EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DP0349

In-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet lil kumitati parlamentari konġunti, delegazzjonijiet lill-kumitati ta' koperazzjoni parlamentari u l-Assemblej Parlamentari multilaterali Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2009 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet lil kumitati parlamentari konġunti, delegazzjonijiet lill-kumitati ta' koperazzjoni parlamentari u l-Assemblej Parlamentari multilaterali

OJ C 212E, 5.8.2010, p. 136–139 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/136


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
In-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet lil kumitati parlamentari konġunti, delegazzjonijiet lill-kumitati ta' koperazzjoni parlamentari u l-Assemblej Parlamentari multilaterali

P6_TA(2009)0349

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet lil kumitati parlamentari konġunti, delegazzjonijiet lill-kumitati ta' koperazzjoni parlamentari u l-Assemblej Parlamentari multilaterali

2010/C 212 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra l-Artikoli 188 u 190 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' koperazzjoni, u ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE,

waqt li jinsab anzjuż biex isaħħaħ id-demokrazija parlamentari permezz ta' djalogu interparlamentari kontinwu,

1.

Jiddeċiedi li n-numru tad-delegazzjonijiet u tal-gruppi reġjonali tagħhom għandu jkun kif ġej:

(a)   l-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija

Delegazzjonijiet għal:

Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Kroazja

Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt għaż-Zona Ekonomika Ewropea (ŻEE)

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Albanija, il-Bosnia u Ħerżegovìna, il-Montenegro u l-Kosovo

(b)   ir-Russja, l-Istati tas-Sħubija tal-Lvant, l-Asja Ċentrali u l-Mongolja

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Russja

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Ukraina

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Moldova

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarus

Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Armenja, UE-Ażerbajġan u UE-Ġeorġja

Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Każakstan, UE-Kirġiżtan u UE-Użbekistan, u għar-relazzjonijiet mat-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Mongolja

(c)   il-Magreb, il-Maxreq, l-Iżrael u l-Palestina

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Iżrael

mal-Kunsill Leġiżlattiv tal-Palestina

mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi

mal-pajjiżi tal-Maxreq

(d)   Il-Peniżola Għarbija, l-Iraq u l-Iran

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Peniżola Għarbija

mal-Iraq

mal-Iran

(e)   Il-kontinent Amerikan

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Istati Uniti

mal-Kanada

mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali

mal-pajjiżi tal-Komunità Andina

mal-Mercosur

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì

(f)   Asja/Paċifiku

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Ġappun

mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

mal-Indja

mal-Afganistan

mal-pajjiżi tal-Asja t'Isfel

mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u ma' l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN)

mal-Peniżola Koreana

mal-Awstralja u n-New Zealand

(g)   Afrika

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Parlament Pan-Afrikan

(h)   Assemblej Multilaterali

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO

(li se tkun magħmula minn membri tas-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża).

2.

(a)

Jiddeċiedi li l-membri tal-Kumitati Parlamentari EPA għandhom ikunu esklussivament mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Iżvilupp – filwaqt li tiġi żgurata ż-żamma tal-irwol prinċipali tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali bħala l-kumitat responsabbli – u li dawn għandhom jikkoordinaw b’mod attiv il-ħidma tagħhom mal-AssembleaParlamentari Konġunta AKP-UE;

(b)

Jiddeċiedi li l-membri tal-Assemblej Parlamentari Euromed, Eurolat u Euronest għandhom jiġu esklussivament mid-delegazzjonijiet bilaterali jew subreġjonali li tkopri kull waħda minn dawn l-Assemblej;

3.

Ifakkar fid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti li tistabbilixxi Assemblea Parlamentari Euronest li tassoċja l-Parlament Ewropew mal-Parlamenti tal-Ukraina, tal-Moldova, tal-Belarus, tal-Armenja, tal-Ażerbajġan u tal-Ġeorġja; jiddeċiedi, f'dak li għandu x'jaqsam mal-Belarus, li l-Konferenza tal-Presidenti għandha tissottometti proposti dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Belarus fl-Assemblea Parlamentari Euronest;

4.

Jiddeċiedi li l-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tfassal abbozz ta' kalendarju annwali, li għandu jkun adottat mill-Konferenza tal-Presidenti b'konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bil-patt li, madankollu, il-Konferenza tal-Presidenti tista' tbiddel il-kalendarju sabiex ikun hemm lok għal reazzjoni għal avvenimenti politiċi;

5.

Jiddeċiedi li l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jaħtru sostituti permanenti biex ikunu parti minn kull tip ta' delegazzjoni u li n-numru ta' dawn is-sostituti ma jistax jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li jirrappreżentaw lill-gruppi jew il-Membri mhux affiljati;

6.

Jiddeċiedi li jintensifika l-koperazzjoni u l-konsultazzjoni mal-kumitati kkonċernati bix-xogħol tad-delegazzjonijiet billi jorganizza laqgħat konġunti bejn dawn il-korpi fil-postijiet tax-xogħol tas-soltu tiegħu;

7.

Se jagħmel ħiltu biex jiżgura f'livell prattiku li rapporteur(s)/president(i) tal-kumitati jistgħu ukoll jieħdu sehem fil-proċedimenti tad-delegazzjonijiet, tal-kumitati ta' koperazzjoni parlamentari, tal-kumitati parlamentari konġunti u l-Assemblej Parlamentari multilaterali; u jiddeċiedi li l-President fuq talba konġunta tal-presidenti tad-delegazzjoni u l-kumitat ikkonċernati, għandu jawtorizza missjonijiet ta' dan it-tip;

8.

Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fl-ewwel sessjoni parzjali tas-seba’ leġiżlatura;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Top