EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DP0236

Talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Hannes Swoboda Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2009 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda (2009/2014(IMM))

OJ C 184E, 8.7.2010, p. 137–137 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/137


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Hannes Swoboda

P6_TA(2009)0236

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda (2009/2014(IMM))

2010/C 184 E/31

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Hannes Swoboda mill-Qorti Kriminali Reġjonali ta' Vienna, mibgħuta fl-20 Jannar 2009 u imħabbra fil-5 ta' Diċembru 2008 fis-seduta plenarja tal-5 Frar 2009,

wara li sema' lil Hannes Swoboda skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew permezz ta' vot dirett universali,

wara li kkunsidra s-sentenzi tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986 (1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

wara li kkunsidra l-Artikolu 57 tal-Bundes-Verfassungsgesetzes Awstrijaka (Liġi Kostituzzjonali Federali),

wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0190/2009),

1.

Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Hannes Swoboda,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Awstrija.


(1)  Każ 101/63, Wagner v Fohrmann u Krier, [1964] ECR. 419, u Każ 149/85, Wybot v Faure u oħrajn, [1986] ECR 2391.


Top