EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DP0234

Talba għad-difiża ta' l-immunità tal-Onorevoli Renato Brunetta Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Renato Brunetta (2008/2147(IMM))

OJ C 184E, 8.7.2010, p. 135–135 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/135


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Talba għad-difiża ta' l-immunità tal-Onorevoli Renato Brunetta

P6_TA(2009)0234

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Renato Brunetta (2008/2147(IMM))

2010/C 184 E/29

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Renato Brunetta għad-difiża tal-immunità tiegħu fir-rigward tal-proċeduri ċivili miġjuba kontrih quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Firenze, fil-15 ta' Mejju 2008, imħabbra fis-seduta plenarja fl-4 ta' Ġunju 2008,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta' Ottubru 2008 (1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0195/2009),

1.

Jiddeċiedi li jiddefendi l-immunità u l-privileġġi ta' Renato Brunetta;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli, immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Taljana.


(1)  Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Każ 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391 u Każi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra vDe Gregorio u Clemente, li li għadhom mhumiex irrapportati fil-Ġabra.


Top