EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009DP0116
Rules of Procedure: extending the applicability of Rule 139 European Parliament decision of 11 March 2009 extending the applicability of Rule 139 of Parliament’s Rules of Procedure until the end of the seventh parliamentary term
Regoli ta’ Proċedura: estensjoni tal-applikabilità tal-Artikolu 139 Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta’ Marzu 2009 li testendi l-applikabilità tal-Artikolu 139 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sat-tmiem tas-seba' mandat parlamentari
Regoli ta’ Proċedura: estensjoni tal-applikabilità tal-Artikolu 139 Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta’ Marzu 2009 li testendi l-applikabilità tal-Artikolu 139 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sat-tmiem tas-seba' mandat parlamentari
OJ C 87E, 1.4.2010, p. 186–187
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 87/186 |
L-Erbgħa, 11 ta’ Marzu 2009
Regoli ta’ Proċedura: estensjoni tal-applikabilità tal-Artikolu 139
P6_TA(2009)0116
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2009 li testendi l-applikabilità tal-Artikolu 139 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sat-tmiem tas-seba' mandat parlamentari
2010/C 87 E/40
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 (2),
wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-Multilingwiżmu adottat mill-Bureau fis-17 ta’ Novembru 2008,
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar deroga mill-Artikolu 138 u d-deċiżjonijiet sussegwenti li jestendu din id-deroga sat-tmiem tal-mandat attwali tal-parlament,
wara li kkunsidra l-Artikolu 138 u 139 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. |
billi, skont l-Artikolu 138, id-dokumenti kollha tal-Parlament għandhom jitfasslu fil-lingwi uffiċjali, u l-Membri kollha għandhom id-dritt li fil-Parlament jitkellmu fil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom, b'interpretazzjoni fil-lingwi uffiċjali l-oħra, |
B. |
billi, skont l-Artikolu 139, huwa permess li jingħataw derogi mill-Artikolu 138 sat-tmiem tas-sitt mandat parlamentari jekk, u wara li, minkejja prekawzjonijiet xierqa, il-lingwisti meħtieġa għal lingwa uffiċjali ma jkunux disponibbli fin-numri meħtieġa; billi fir-rigward ta’ kull lingwa uffiċjali li għaliha jitqies li deroga hi meħtieġa, il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jaċċerta jekk il-kundizzjonijiet ikunux sodisfatti, u l-Bureau għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu kull sitt xhur, |
C. |
billi, fit-13 ta’ Diċembru 2006, il-Bureau aċċetta li d-diffikultajiet biex il-ħtiġijiet lingwistiċi għall-Malti, ir-Rumen, il-Bulgaru u l-Irlandiż jiġu koperti kienu tali li l-kundizzjonijiet għal deroga mill-Artikolu 138 kienu sodisfatti għal kull waħda minn dawn il-lingwi; billi permezz ta’ deċiżjonijiet sussegwenti il-Bureau estenda dawn id-derogi sabiex mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-tmiem tal-mandat parlamentari tapplika deroga fir-rigward tal-Bulgaru u r-Rumen (interpretazzjoni), iċ-Ċek (interpetazzjoni waqt il-Presidenta Ċeka tal-Kunsill), il-Malti (interpretazzjoni u traduzzjoni) u l-Irlandiz (interpretazzjoni, traduzzjoni u verifika legali-lingwistika), |
D. |
billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 jipprevedi miżuri temporanji (li jiġġeddu) għal perjodu ta’ ħames snin fir-rigward tal-Irlandiż, |
E. |
billi, minkejja l-prekawzjonijiet kollha xierqa, il-kapaċità tal-Irlandiż u tal-Malti mhix mistennija li tkun tali li tippermetti servizz sħiħ ta’ interpretazzjoni f'dawk il-lingwi mill-bidu tas-seba' mandat parlamentari; billi, għal ċerti lingwi, għalkemm ser ikun hemm kapaċità suffiċjenti sabiex il-ħtiġijiet normali tal-Parlament ikunu koperti, in-numru ta’ interpreti jista’ ma jkunx biżżejjed biex jippermetti l-kopertura sħiħa mistennija waqt il-Presidenzi tal-Kunsill tal-Istati Membri konċernati waqt is-seba' mandat parlamentari, |
F. |
billi, minkejja sforzi istituzzjonali bla heda u kontinwi, in-numru ta’ tradutturi u avukati-lingwisti għall-Irlandiż huwa mistenni li jkun għadu tant limitat li, sa fejn wieħed jista jbassar, tista’ tiġi assigurata biss kopertura limitata ta’ din il-lingwa; billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 ma jeżiġixli l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea adottata qabel l-1 ta’ Jannar 2007 (“l-Acquis”) tinqaleb fl-Irlandiż; billi, bħala riżultat tal-miżuri ta’ deroga stipulati f'dak ir-Regolament, attwalment huma l-proposti tal-Kummissjoni għal regolamenti ta’ kodeċiżjoni li qegħdin jiġu ppreżentati fl-Irlandiż, u sakemm din is-sitwazzjoni tippersisti, mhux ser ikun possibbli li s-servizzi tal-Parlament jippreparaw il-verżjonijiet legali Irlandiżi ta’ tipi oħra ta’ atti legali, |
G. |
billi, waqt is-seba' mandat parlamentari, Stati Ewropej oħra jafu jsiru membri tal-Unjoni Ewropea; billi, għal-lingwi l-ġodda kkonċernati, jista’ jagħti l-każ li ma jkunx hemm numru biżżejjed ta’ lingwisti disponibbli mill-ġurnata tal-adeżjoni, u miżuri tranżitorji jkunu meħtieġa, |
H. |
billi, l-Artikolu 139(4) jipprevedi li, fuq rakkomandazzjoni raġjunata mill-Bureau, il-Parlament jista’ jiddeċiedi, fl-aħħar tal-mandat parlamentari, li jestendi dak l-Artikolu, |
I. |
billi, fid-dawl ta’ l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-Bureau irrakkomanda li l-Artikolu 139 jiġi estiż sat-tmiem tas-seba' mandat parlamentari, |
1. |
Jiddeċiedi li jestendi l-applikabilità tal-Artikolu 139 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament sat-tmiem tas-seba' mandat parlamentari; |
2. |
Jagħti istuzzjonijiet lill-President tiegħu li jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bħala informazzjoni. |
(2) ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3.