EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009IP0141
EU-Mexico Strategic Partnership European Parliament recommendation to the Council of 12 March 2009 on an EU-Mexico Strategic Partnership (2008/2289(INI))
Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Messiku Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tat- 12 ta’ Marzu 2009 dwar Sħubija Strateġika UE-Messiku (2008/2289(INI))
Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Messiku Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tat- 12 ta’ Marzu 2009 dwar Sħubija Strateġika UE-Messiku (2008/2289(INI))
OJ C 87E, 1.4.2010, p. 172–176
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 87/172 |
Il-Ħamis, 12 ta’ Marzu 2009
Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Messiku
P6_TA(2009)0141
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2009 dwar Sħubija Strateġika UE-Messiku (2008/2289(INI))
2010/C 87 E/35
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill ippreżentata minn José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f’isem il-Grupp PPE-DE dwar Sħubija Strateġika UE-Messiku (B6-0437/2008),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Lulju 2008 bit-titolu “Lejn Sħubija Strateġika UE-Messiku” (COM(2008)0447),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar qtil ta’ nisa (femiċidji) fil-Messiku u fl-Amerika Ċentrali, u l-irwol tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu (1),
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (2), iffirmat fit-8 ta’ Diċembru 1997 (Ftehim Globali),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-ħames laqgħat għolja tal-kapijiet tal-istati u tal-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Amerika Latina u tal-Karibew u (UE-LAC), li s’issa saru f’Rio de Janeiro (fit-28 u d-29 ta’ Ġunju 1999), f’Madrid (fis-17 u t-18 ta’ Mejju 2002), fi Guadalajara (fit-28 u d-29 ta’ Mejju 2004), fi Vjenna (fit-12 u t-13 ta’ Mejju 2006) u f’Lima (fis-16 u s-17 ta’ Mejju 2008),
wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tar-Raba’ Laqgħa Għolja Messiku-UE li sar f’Lima, tas-17 ta’ Mejju 2008,
wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tat-Tmien Laqgħa tal-Kumitat Konġunt UE-Messiku li saret fil-Belt tal-Messiku fit-13 u l-14 ta’ Ottubru 2008,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-seba’-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Konġunt (JPC) UE-Messiku, li saret fil-Belt tal-Messiku fit-28 u d-29 ta’ Ottubru 2008,
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tat-13 ta’ Ottubru 2008,
wara li kkunsidra l-messaġġ mill-Assemblea Parlamentari Euro-Latinoamericana (EuroLat) fil-Ħames Laqgħa Għolja UE-LAC tal-1 ta’ Mejju 2008,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2008 dwar il-Ħames Laqgħa Għolja tal-Unjoni Ewropea u tal-Amerika Latina u l-Karibew f’Lima (3),
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ San Salvador adottata waqt it-18-il Laqgħa Għolja Iberoamerikan tal-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet, li sar fid-29 u l-31 ta’ Ottubru 2008,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2006 dwar il-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fi ftehim tal-Unjoni Ewropea (4),
wara li kkunsidra l-Artikoli 114(3) u 83(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0028/2009),
A. |
billi l-Messiku u l-UE għandhom sett ta’ valuri fundamentali u prinċipji komuni u rabtiet storiċi u kulturali, |
B. |
billi r-rispett tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem, kif inhuma mfissra fil-klawsola tad-demokrazija, huma element essenzjali kemm tas-Sħubija Strateġika kif ukoll tal-Ftehim Globali, u għandhom jiġu applikati miż-żewġ partijiet, |
C. |
billi l-Messiku qiegħed aktar ma jmur jikkonsolida l-piż politiku tiegħu fix-xena internazzjonali, kif tikkonferma fil-livell dinji n-nomina reċenti tiegħu bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (għall-2009-2010), u fil-livell reġjonali bil-presidenza tiegħu tas-Segretarjat Pro-Tempore tal-Grupp ta’ Rio (għall-2008-2010), |
D. |
billi huwa importanti li l-UE tirrikonoxxi l-kontribut tal-Messiku għas-sistema multilaterali ġaladarba l-multilateraliżmu huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi li ż-żewġ partijiet, il-Messiku u l-UE, impenjaw ruħhom li jippromwovu fl-isfera internazzjonali, |
E. |
billi l-Messiku beda skema ta’ riformi strutturali f’setturi strateġiċi u sar l-għaxar ekonomija bħala kobor fid-dinja, huwa membru tal-G-20 u tal-G-5 (il-Brażil, iċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Messiku) u huwa, barra minn hekk, l-uniku pajjiż Latin-Amerikan li hu membru tal-OECD, |
F. |
billi l-Messiku għandu popolazzjoni ta’ aktar minn 100 miljun bi predominanza ta’ żgħażagħ billi 45 % tal-Messikani huma taħt l-20 sena, u jokkupa pożizzjoni ġeostrateġika importanti bħala pont bejn l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel u bejn il-Karibew u l-Paċifiku, |
G. |
billi l-Ftehim Globali għandu tliet pilastri: id-djalogu politiku; il-ħolqien gradwali ta’ żona ta’ kummerċ ħieles; u l-koperazzjoni; billi, barra minn hekk, minn meta daħal fis-seħħ il-ftehim fis-sena 2000, ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat issaħħu u kkonsolidaw ruħhom aktar, kemm politikament kif ukoll fl-oqsma tal-kummerċ u l-koperazzjoni, |
H. |
billi waqt is-Laqgħa Għolja ta’ Lima l-UE u l-Messiku enfasizzat l-iżvilupp pożittiv fil-flussi kummerċjali u tal-investiment bil-Ftehim Globali, |
I. |
billi, kemm b’mod bilaterali u kif ukoll fil-qafas tal-Ftehim Globali, l-UE u l-Messiku saħħu l-kuntatti tagħhom fil-livelli kollha u fl-istituzzjonijiet kollha, b’mod partikolari fil-qasam parlamentari u fil-kuntest tal-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku u l-EuroLat, |
J. |
billi l-proposta għal Sħubija Strateġika waslet fi żmien ta’ kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali, u hemm ir-riskju li din il-kriżi taffettwa l-bilanċ ekonomiku u soċjali tar-relazzjoni bilaterali, |
K. |
billi relazzjonijiet aktar fil-fond bejn l-UE u l-Messiku jistgħu jgħinu biex iseddqu l-kunsens bejn l-UE u s-sħab Latini-Amerikani tagħha dwar kwistjonijiet reġjonali u globali, hekk li jiffaċilitaw il-promozzjoni konġunta ta’ interessi u valuri komuni f’fora internazzjonali u reġjonali, |
L. |
billi s-Sħubija Strateġika teħtieġ li tiġi meqjusa bħala qabża kwalitattiva 'l quddiem fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Messiku f’żewġ livelli differenti: b’mod multilaterali, f’termini ta’ koordinazzjoni reċiproka fi kwistjonijiet ta’ importanza dinjija, u b’mod bilaterali, permezz tal-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejniethom u ta’ inizjattivi partikolari, |
M. |
billi l-proċessi ta’ integrazzjoni politika u ekonomika, il-fatt li l-globalizzazzjoni ekonomika qiegħda kull ma tmur tinfirex u l-importanza tad-dibattitu dwar id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, inter alia, biddlu l-prijoritajiet fl-aġenda taż-żewġ reġjuni, |
N. |
billi l-qagħda strateġika tal-Messiku u n-network tal-ftehim kummerċjali tiegħu jfissru li huwa ta’ importanza strateġika kbira għall-esportazzjoni Ewropea, billi l-UE hija t-tieni sors tal-investiment barrani tiegħu, |
O. |
billi z-Zona ta’ Kummerċ Ħieles bejn il-Messiku u l-Unjoni Ewropea għandha rwol importanti fir-relazzjonijiet bilaterali tal-Unjoni Ewropea minħabba li għandha ambitu komprensiv ħafna (merkanzija, servizzi, akkwisti pubbliċi, kompetizzjoni, drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali, investiment u ħlasijiet relatati), |
P. |
billi l-emigrazzjoni Messikana lejn l-UE, inter alia, hija waħda mill-kwistjonijiet l-iktar importanti u sensittivi għall-Messiku, minħabba n-numru kbir ta’ immigranti Messikani, li ħafna minnhom huma kwalifikati ħafna, fl-Unjoni, |
1. |
Jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Kungress tal-Istati Uniti Messikani. |
(1) ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 140.
(2) ĠU L 276, 28.10.2000, p.45.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0177.
(4) ĠU C290 E, 29.11.2006, p. 107.