EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009IP0091
Equal treatment and access for men and women in the performing arts European Parliament resolution of 10 March 2009 on equality of treatment and access for men and women in the performing arts (2008/2182(INI))
Trattatament u aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-ispettaklu Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Marzu 2009 dwar trattatament u aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-ispettakli artistiċi (2008/2182(INI))
Trattatament u aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-ispettaklu Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Marzu 2009 dwar trattatament u aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-ispettakli artistiċi (2008/2182(INI))
OJ C 87E, 1.4.2010, p. 27–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 87/27 |
It-Tlieta, 10 ta’ Marzu 2009
Trattatament u aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-ispettaklu
P6_TA(2009)0091
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2009 dwar trattatament u aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-ispettakli artistiċi (2008/2182(INI))
2010/C 87 E/07
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra d-Dirtettiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-irġiel u għan-nisa fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi, it-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol (1),
wara li kkunsidra d-Direttiva 97/80/KE tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-piż tal-prova fil-każijiet ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess (2),
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-istatus soċjali tal-artisti (3) u tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa - 2008 (4),
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0003/2009),
A. |
billi l-inugwaljanzi fil-possibiltajiet ta' impjiegi u l-opportunitajiet tan-nisa u l-irġiel huma qawwija u persistenti ħafna fl-ispettakli artistiċi, |
B. |
billi jeħtieġ li jiġu analizzati bis-serjetà l-mekkaniżmi li joħolqu dawn l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa, |
C. |
billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għandu japplika għal dawk kollha involuti fis-settur tal-ispettakli artistiċi, fid-dixxiplini kollha, fit-tipi kollha ta' strutturi (ta' produzzjoni, tixrid u tagħlim) u fis-setturi kollha ta' attività (artistika, teknika, amministrattiva), |
D. |
billi l-irġiel u n-nisa m'humiex impenjati fl-istess proporzjoni fil-professjonijiet differenti tal-ispettakli artistiċi, u billi ma' din il-forma ta' inugwaljanza primarja trid tiżdied l-inugwaljanza ta' kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' impieg, kif ukoll dik tar-remunerazzjoni, |
E. |
billi l-inugwaljanza ta' aċċess għat-teħid ta' deċiżjonijiet, għall-mezzi ta' produzzjoni u għan-netwerks ta' diffużżjoni tinstab f'livelli differenti fid-dixxiplini kollha tal-ispettakli artistiċi, |
F. |
billi l-iskop tal-ugwaljanza fil-professjonijiet tal-ispettakli artistiċi huwa li dan isir billi t-taħlit jiġi stabbilit sistematikament, |
G. |
billi t-talent mhuwiex biżżejjed biex iwassal għal xogħol artistiku ta' kwalità jew għas-suċċess ta' karriera professjonali u billi konsiderazzjoni aħjar għar-rappreżentanza ta' rġiel u nisa fl-oqsma tal-ispettakli artistiċi jkollha l-effett li terġa' jagħti dinamiċità lis-settur kollu, |
H. |
billi għalhekk jeħtieġ li jinbidlu s-sitwazzjonijiet attwali ta' segregazzjoni li għad baqa' fl-arti tal-ispettaklu, mhux biss permezz tal-modernizzazzjoni u d-demokratizzazzjoni tas-settur, imma wkoll billi jiġu ffissasti objettivi realistiċi rigward ugwaljanza li jippromwovu l-ġustizzja soċjali, |
I. |
billi l-inugwaljanzi li hemm ma jħallux li jintużaw kompetenzi u talenti u huma ta' ħsara għad-dinamika artistika, l-influwenza u l-iżvilupp ekonomiku ta' dan is-settur ta' attività, |
J. |
billi l-preġudizzji persistenti bosta drabi jwasslu għal imġiba diskriminatorja lejn in-nisa fil-proċess ta' għażla u ta' ħatriet, kif ukoll fir-relazzjonijiet fuq ix-xogħol, u billi n-nisa, minkejja li jkollhom livell ogħla ta' taħriġ, interess aqwa fit-taħriġ u netwerks aktar sodi, bosta drabi jkollhom dħul anqas minn dak tal-irġiel, |
K. |
billi l-ostakoli għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f'dan is-settur ta' attività għandhom għeruq partikolarment fondi u jiġġustifikaw l-adozzjoni ta' approċċ speċifiku biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi, filwaqt li jitqies ukoll l-effett ta’ lieva li dan jista’ jkollu fuq is-soċjetà kollha kemm hi, |
L. |
billi jeżistu nuqqasijiet kbar fil-protezzjoni soċjali tal-artisti kemm nisa u kemm irġiel, u billi speċjalment fil-każ tan-nisa dan iwassal għal sitwazzjoni ta' dħul anqas, |
1. |
Jenfasizza l-firxa u l-persistenza tal-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa fl-ispettakli artistiċi u l-impatt li l-metodu inugwali kif inhu organizzat dan is-settur jista' jkollu fuq is-soċjetà kollha meta wieħed jikkunsidra in-natura partikulari tal-attivitajiet tiegħu; |
2. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa assoluta li jiġi promoss u mħeġġeġ l-aċċess tan-nisa għall-professjonijiet artistiċi kollha fejn huma għadhom f'minorità; |
3. |
Ifakkar li l-proporzjoni ta’ nisa fil-professjonijiet artistiċi u li jokkupaw karigi uffiċjali fil-qasam kulturali huwa baxx ħafna u li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed f'karigi ta' responsabbiltà fl-entitajiet kulturali jew fl-akkademji u fl-universtitajiet; |
4. |
Jirrikonoxxi l-bżonn li jinbdew jittieħdu miżuri speċifiċi f'dan is-settur biex janalizzaw il-mekkaniżmi u l-imġiba li joħolqu dawn l-inugwaljanzi; |
5. |
Ifakkar li l-imġiba tista' tindibdel biss meta rġiel u nisa jaħdmu flimkien u jkun hemm kumplimentarjetà ta' punti di vista, sensibilità, metodi u interessi; |
6. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi promoss l-aċċess tan-nisa għall-professjonijiet artistiċi kollha u għall-professjonijiet kollha tal-ispettaklu fejn huma jinsabu f'minoranza u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex ineħħu kull ostakolu għall-aċċess tan-nisa għall-ogħla istituzzjonijiet kulturali, akkademiċi u universitarji; |
7. |
Jenfasizza li d-diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa tippenalizza l-iżvilupp tas-settur kulturali billi ċċaħħdu mit-talent u l-kompetenzi, u jinnota l-fatt li t-talenti għandhom bżonn kuntatt mal-pubbliku biex jiġu rikonoxxuti; |
8. |
Jitlob li jiddaħħlu miżuri li jkollhom l-iskop li jtejbu l-preżenza tan-nisa fil-bordijiet tad-diretturi tal-istituzzjonijiet, b'mod partikulari permezz tal-promozzjoni tal-ugwaljanza f'intrapriżi u fi stabbilimenti kulturali u organizzazzjonijiet professjonali; |
9. |
Jistieden lil dawk attivi fil-qasam kulturali biex itejbu l-preżenza ta' nisa kreattivi u tax-xogħlijiet tagħhom fil-programmazzjonijiet, kollezzjonijiet, publikazzjonijiet jew konsulenzi; |
10. |
Jinnota li l-progress li nkiseb rigward l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jippermetti li tiddaħħal b'mod progressiv t-taħlita ta' rġiel u nisa fi gruppi tax-xogħol, l-ippjanar ta' programmi u l-laqgħat professjonali li attwalment ħafna drabi jaħdmu fuq sistema ta' seprazzjoni tas-sessi li ftit hi kompatibbli mal-ħtiġijiet tas-soċjetà tagħna; |
11. |
Jenfasizza l-importanza li kull meta jkun possibbli tkun garantità l-anonimità tal-kandidati u jinsisti fuq il-ħtieġa li tinżamm l-użanza li fir-reklutaġġ ta' mużiċisti tal-orkestri, l-awdizzjonijiet isiru wara paraventu li għen biex in-nisa jidħlu f'orkestri; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex għall-ġlieda kontra l-inugwljanzi fl-arti tal-ispettaklu jipprevedu sa minn issa mira realista inizjali li tikkonsisti fl-iżgurar tal-preżenza ta' talanqas terz tal-persuni ta' sess minoritarju fil-fergħat kollha tas-settur: |
13. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri:
|
14. |
Ifakkar lill-istituzzjonijiet kulturali fil-ħtieġa assoluta li jwettqu bil-fatti l-prinicpju demokratiku ta' paġa ugwali għal xogħol għal-irġiel u n-nisa, prinċipju li fil-qasam artistiku, kif ukoll f'għadd ta' setturi oħrajn, mhux dejjem jiġi applikat; |
15. |
Fl-aħħar nett, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex fis-setturi tal-arti tal-ispettaklu jistabbilixxu analiżi komparattiva tas-sitwazzjonijiet attwali fil-pajjiżi differenti tal-Unjoni sabiex jiffaċilitaw il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' politiki komuni u jitfasslu statistiċi biex il-progress li jsir ikun jista' jitkejjel u jitqabbel; |
16. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex itejbu l-qagħda soċjali fil-qasam tal-arti u tal-kultura, filwaqt li jikkunsidraw l-kategoriji differenti tax-xogħol, u sabiex jiggarantixxu protezzjoni soċjali aħjar; |
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 269, 5.10.2002, p.15.
(3) ĠU C 125 E, 22.5.2008, p. 223.
(4) Testi adottati ta' dik id-data, P6_TA(2008)0399.