EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2018/391A/01
Notice of vacancy CONS/AD/142/18
Avviż ta' pożizzjoni vakanti CONS/AD/142/18
Avviż ta' pożizzjoni vakanti CONS/AD/142/18
OJ C 391A, 29.10.2018, p. 1–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 391/1 |
Avviż ta' pożizzjoni vakanti CONS/AD/142/18
(2018/C 391 A/01)
INFORMAZZJONI ĠENERALI |
|
Dipartiment |
Servizz Legali — JUR |
Post tax-xogħol |
Brussell |
Titlu tal-pożizzjoni |
Konsulent Legali tal-Kunsill — Direttur Ġenerali tas-Servizz Legali |
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 15 |
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
EU SECRET |
DATA TAL-GĦELUQ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET |
is-26 ta’ Novembru 2018 |
Min aħna
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (il-Kunsill) u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom. Jipprovdi pariri u sostenn lill-membri tal-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill u lill-Presidenti tagħhom fl-oqsma kollha ta' attività, inkluż pariri legali u ta' politika, koordinazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra, elaborazzjoni ta' kompromessi, abbozzar kif ukoll l-aspetti prattiċi kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija u t-tmexxija tajba tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill.
Is-Servizz Legali huwa l-konsulent legali tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill u jassisti lill-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu, il-presidenza u s-SĠK sabiex tkun żgurata l-legalità u l-kwalità tal-abbozzar tal-atti. F'kooperazzjoni ma' dipartimenti oħra tal-Kunsill, jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet li jkunu legalment korretti u politikament aċċettabbli, b'approċċ kreattiv fejn xieraq. Għal dan il-għan, huwa jagħti opinjonijiet b'imparzjalità totali — bil-fomm jew bil-miktub, fuq talba tal-Kunsill jew fuq inizjattiva proprja — dwar kwalunkwe kwistjoni ta' natura legali. Barra minn hekk, is-Servizz Legali jirrappreżenta lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill fi proċedimenti quddiem il-qrati tal-Unjoni. L-objettiv kostanti tas-Servizz Legali huwa li jipprovdi kontributi f'waqthom li jkunu kkaratterizzati mir-rispett sħiħ tal-liġi, l-imparzjalità u ċ-ċarezza.
Is-Servizz Legali fih sitt direttorati tematiċi li jkopru l-oqsma tal-attività kollha tal-Unjoni u direttorat wieħed responsabbli għall-kwalità tal-leġislazzjoni.
X'qed infittxu
Is-SĠK qed jirrekluta d-Direttur Ġenerali tas-Servizz Legali, Konsulent Legali tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Din hija pożizzjoni impenjattiva f'ambjent multikulturali u politikament kumpless. Qed infittxu avukat b'esperjenza professjonali f'livell għoli u b'għarfien politiku sod. Għandu jkollu jew ikollha esperjenza f'livelli għolja ta' tmexxija fil-qasam legali. Għandu jew għandha tkun kapaċi tipprovdi orjentazzjoni strateġika globali u tiżgura tmexxija effettiva tal-attivitajiet u l-persunal tad-direttorat ġenerali. Għandu jew għandha tkun kapaċi tipprovdi pariri fl-ogħla livell, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba, lill-Presidenza u lill-Kunsill, lill-President tal-Kunsill Ewropew u lis-Segretarju Ġenerali. Barra minn hekk, ikun jew tkun kapaċi tistabbilixxi relazzjonijiet eċċellenti u tiżgura l-komunikazzjoni ma' interlokuturi interni u esterni fil-livelli kollha.
Peress li s-SĠK jinkoraġġixxi kultura ta' mobbiltà għall-maniġers tiegħu, li għandu jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f'oqsma ta' attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
Maniġers tas-SĠK huma mistennija jagħtu pariri lill-ġerarkija tagħhom u lill-partijiet konċernati, imexxu lill-persunal tagħhom u jirrappreżentaw lill-organizzazzjoni. Dawn l-aspettattivi huma ppreżentati aktar fid-dettall fil-Profil tal-Maniġers Orizzontali tas-SĠK fl-Anness I.
Skop ġenerali tal-kariga
— |
Tipprovdi pariri legali ta' livell għoli, bil-fomm jew bil-kitba, fl-oqsma tal-kompetenza tas-servizz |
— |
Tmexxi d-direttorat ġenerali tiegħek taħt l-awtorità tas-Segretarju Ġenerali |
Kompiti
— |
Tipprovdi pariri ta' livell għoli u opinjonijiet bil-miktub jew bil-fomm fuq kwistjonijiet legali u istituzzjonali, fuq inizjattiva tiegħek jew fuq talba, lis-Segretarju Ġenerali, il-Kunsill, il-Presidenza b'rotazzjoni u, fejn ikun meħtieġ, lill-President tal-Kunsill Ewropew fuq l-aspetti kollha tad-dossiers biex tikkontribwixxi għas-sejbien ta' soluzzjonijiet legalment korretti u aċċettabbli għall-istanza konċernata |
— |
Tiżgura l-motivazzjoni u l-impenn tal-maniġers u l-persunal fis-Servizz Legali |
— |
Tmexxi u tikkoordina l-ħidma tad-Direttorati f'kooperazzjoni mad-Diretturi |
— |
Tiżviluppa u timplimenta l-istrateġija u l-programm ta' ħidma tad-direttorat ġenerali |
— |
Tiddefinixxi l-objettivi tad-direttorat ġenerali u tiżgura li jinkisbu skont l-iskadenzi u l-istandards tal-kwalità meħtieġa |
— |
Tikkontribwixxi għall-ġestjoni u l-iżvilupp organizzattiv ġenerali fis-SĠK b'diversi mezzi |
— |
Tirrappreżenta d-direttorat ġenerali fil-livell ta' direttur ġenerali kemm fis-SĠK kif ukoll esternament, b'mod partikolari fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Presidenza b'rotazzjoni, u fir-relazzjonijiet tiegħu mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji l-oħrajn |
— |
Trawwem kultura ta' komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi kemm fi ħdan is-servizz kif ukoll ma' servizzi oħra tas-SĠK u tippromwovi orjentazzjoni tas-servizz lejn il-partijiet konċernati interni u esterni tad-direttorat ġenerali |
— |
Tassisti u tirrappreżenta lill-Kunsill Ewropew jew lill-Kunsill f'każijiet ta' tilwim u, fejn xieraq, tirrappreżentahom f'kawżi quddiem il-qrati tal-UE |
Ambjent tax-xogħol
— |
Post tax-xogħol: Brussell, Bini Justus Lipsius |
Kompetenzi speċifiċi
Kompetenzi professjonali
— |
Peress li l-Franċiż u l-Ingliż jintużaw b'mod estensiv għall-komunikazzjoni fis-SĠK u ma' istituzzjonijiet oħra, huwa meħtieġ għarfien eċċellenti ta' waħda miż-żewġ lingwi u għarfien tajjeb tal-lingwa l-oħra. L-għarfien ta' lingwi uffiċjali oħra tal-UE jkun ta' vantaġġ. |
— |
Għarfien estensiv tad-dritt tal-UE (kompetenza essenzjali) |
— |
Għarfien estensiv tal-funzjonament u l-proċeduri tal-UE |
— |
Għarfien tar-rwol tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill u tal-proċessi tagħhom tat-tfassil tad-deċiżjonijiet |
— |
Ħiliet tajba fit-teħid ta' deċiżjonijiet, fil-ġudizzju korrett f'sitwazzjonijiet kritiċi u fit-twettiq ta' diversi kompiti fl-istess ħin |
Twettiq ta' kompiti u ksib ta' riżultati
— |
Tistabbilixxi standards għoljin għall-kwalità tax-xogħol (kompetenza essenzjali) |
Kwalitajiet personali
— |
Kapaċità u rieda li tiżviluppa soluzzjonijiet kreattivi u effettivi |
— |
Sens eċċellenti ta' responsabbiltà |
— |
Kapaċità ta' adattament għal bidliet fl-ambjent tax-xogħol, fil-prijoritajiet u fil-metodi ta' ħidma |
Ħiliet interpersonali
— |
Għarfien politiku sod, ħiliet eċċellenti ta' komunikazzjoni, preżentazzjoni u ta' negozjar |
— |
Kapaċità li tistabbilixxi fiduċja fir-relazzjonijiet ta' ħidma ma' rappreżentanti ta' livell għoli tal-partijiet konċernati interni u esterni rilevanti |
— |
Kapaċità li tmexxi u timmotiva timijiet multikulturali u multidixxiplinari kbar |
Kompetenzi Maniġerjali
— |
Kapaċità li tilħaq l-aspettattivi għall-maniġers stabbiliti fil-Profil tal-Maniġers tas-SĠK |
Min jista' japplika
Fil-mument tal-applikazzjoni l-applikanti jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin għall-ammissjoni:
(a) Kondizzjonijiet ġenerali
— |
Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
— |
Igawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini; |
— |
Ikunu wettqu kwalunkwe obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar il-lieva. |
(b) Kondizzjonijiet speċifiċi
— |
Ikollhom lawrja universitarja ta' livell għoli fil-liġi li tagħti aċċess għal studji li jwasslu għal dottorat fil-liġi jew ikollhom kwalifika professjonali ekwivalenti (1); |
— |
Ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali fl-għoti ta' pariri legali b'livell għoli ħafna ta' responsabbiltà; |
— |
Ikollhom esperjenza maniġerjali sostanzjali li mill-inqas 3 snin minnhom ikunu fi rwol maniġerjali ta' livell għoli fil-qasam legali. |
Rimarki
— |
Is-SĠK huwa impenjat favur opportunitajiet indaqs (ara l-Anness II) u jilqa' b'mod attiv applikazzjonijiet mill-kandidati kwalifikati kollha li ġejjin minn ambjenti differenti u mill-firxa ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE. Biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, is-SĠK jinkoraġġixxi applikazzjonijiet minn nisa, li bħalissa huma anqas rappreżentati fil-livell maniġerjali ta' livell għoli. Id-Direttorat għar-Riżorsi Umani jista' jipprovdi assistenza lil kandidati b'diżabilità matul il-proċedura tar-reklutaġġ. Fuq il-post tax-xogħol jistgħu jsiru aġġustamenti raġonevoli għal persunal b'diżabilità. Is-SĠK joffri wkoll bosta miżuri għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali mal-ħajja privata. Għal aktar informazzjoni dwar opportunitajiet indaqs fis-SĠK, tista' tikkuntattja l-Uffiċċju tal-Opportunitajiet Indaqs (egalite-des-chances@consilium.europa.eu). |
— |
Din il-pożizzjoni teħtieġ awtorizzazzjoni tas-sigurtà li tippermetti aċċess għad-dokumenti klassifikati (livell EU SECRET). Il-kandidati li japplikaw għall-pożizzjoni jridu jkunu lesti jgħaddu minn investigazzjoni ta' sigurtà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2). Il-ħatra għal din il-pożizzjoni ssir effettiva biss bil-kondizzjoni li l-kandidat magħżul jew magħżula tkun kisbet ċertifikat validu ta' approvazzjoni tas-sigurtà. Kandidat mingħajr awtorizzazzjoni tas-sigurtà ser jiġi jew tiġi offruta kuntratt temporanju sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sigurtà. |
— |
Il-kandidati li jintgħażlu għandhom ikunu lesti li jsegwu l-programm ta' taħriġ għall-maniġers tas-SĠK jekk ikun meħtieġ. |
— |
Din il-pożizzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (pożizzjoni maniġerjali superjuri). |
— |
Din il-pożizzjoni ġiet ippubblikata wkoll fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea. |
— |
L-Awtorità tal-Ħatra ser tiġi megħjuna minn bord konsultattiv tal-għażla sabiex tagħżel il-kandidat. — Il-bord konsultattiv tal-għażla ser ikollu l-appoġġ ta' ċentru ta' evalwazzjoni. Ir-rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta' evalwazzjoni ma jibqgħux validi wara sentejn mid-data li fiha saru l-eżerċizzji rilevanti jew mat-tmiem tal-kuntratt qafas bejn is-SĠK u ċ-ċentru ta' evalwazzjoni inkwistjoni — skont liema data tiġi l-ewwel. |
— |
Il-bord konsultattiv tal-għażla l-ewwel ser jevalwa u jqabbel il-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-kandidati kollha, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni komparattiva, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jagħmel lista ristretta tal-aktar kandidati li huwa jqis huma adatti u jistedinhom għall-ewwel intervista. Peress li din l-ewwel għażla hija bbażata fuq evalwazzjoni komparattiva tal-applikazzjonijiet, l-issodisfar tar-rekwiżiti ta' din il-pożizzjoni vakanti ma jiggarantix stedina għall-ewwel intervista. Minn fost il-kandidati intervistati, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jagħmel preselezzjoni tal-kandidati biex jipparteċipaw f'ċentru ta' evalwazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni tar-reklutaġġ, kif ukoll fit-tieni intervista mal-bord konsultattiv tal-għażla. |
— |
L-ippjanar proviżorju tal-għażla huwa kif ġej:
|
Biex tapplika
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija nhar it-Tnejn 26 ta' Novembru 2018 f'23.59 (ħin ta' Brussell).
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil
Selection.of.Officials-Applications.Management.Posts@consilium.europa.eu (3), u jkunu waslu sad-data tal-għeluq indikata hawn fuq. Mhumiex ser jitqiesu l-applikazzjonijiet li jaslu tard.
Għal kwalunkwe korrispondenza marbuta mal-proċedura tal-għażla għandu jintuża l-indirizz elettroniku indikat hawn fuq (fil-linja tas-suġġett għandu jitniżżel it-titlu li ġej: CONS/AD/142/18 Legal Service)
Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx il-kriterji kollha tal-eliġibbiltà biex b'hekk jevitaw l-esklużjoni awtomatika mill-proċedura tal-għażla.
Biex ikunu validi, l-applikazzjonijiet iridu jinkludu:
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni (Anness V) mimlija u datata kif meħtieġ; il-formola tal-applikazzjoni elettronika tinstab fuq is-sit web tal-Kunsill minn dan il-link: http://www.consilium.europa.eu/en/general-secretariat/jobs/job-opportunities/ |
(b) |
curriculum vitae dettaljat (4), flimkien ma' ittra ta' motivazzjoni, bl-Ingliż jew bil-Franċiż, preferibbilment fil-format Europass (http://europass.cedefop.europa.eu), li jkopri l-karriera kollha tal-kandidat u jelenka, fost oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u d-dmirijiet attwali tal-kandidat; u |
(c) |
scans tad-diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u scans tad-dokumenti u ċ-ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali. Id-dokumenti ta' prova jridu jinħarġu minn parti terza u mhux biżżejjed li sempliċiment jintbagħat is-CV imsemmi f'(b). |
Id-dokumenti kollha ta' prova mehmuża mal-applikazzjoni jridu jkunu f'format ta' test Word, pdf jew jpg, jingħataw isem (bl-Ingliż jew bil-Franċiż) u jkunu nnumerati f'sekwenza (Anness 1, 2, eċċ.). Trid tiġi mehmuża wkoll lista tal-annessi kollha. Applikazzjonijiet li jintbagħtu permezz ta' soluzzjoni ta' ħżin ta' data bbażata fuq cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni tal-fajls mhumiex ser jiġu kkunsidrati.
Il-kandidat magħżul jew magħżula ser tintalab tipprovdi l-verżjonijiet oriġinali tad-dokumenti msemmija hawn fuq.
Ser tintbagħatlek email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni tiegħek. Jekk sa ġimgħa wara d-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet ma tkunx irċevejt l-email ta' konferma, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Selection.of.Officials-Applications.Management.Posts@consilium.europa.eu
Rieżami tal-applikazzjonijiet
Il-proċeduri relatati ma' talbiet għal rieżami, appelli u riferimenti lill-Ombudsman Ewropew jinsabu fl-Anness III ta' dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti.
Protezzjoni tad-data
Ir-regoli għall-ipproċessar ta' data personali b'rabta ma' din il-proċedura tal-għażla jinsabu fl-Anness IV ta' dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti.
(1) L-Artikolu 5(3)(c) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolamenti tal-Persunal) jesiġi li l-kandidati jkollhom mill-inqas:
(i) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kompluti, iċċertifikati b'diploma meta t-tul ta' żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar, jew |
(ii) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kompluti, iċċertifikati b'diploma u esperjenza professjonali adegwata ta' mill-inqas sena meta t-tul ta' żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-inqas tliet snin. |
(2) ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1
(3) Dan l-indirizz elettroniku huwa kkollegat ma' indirizz elettroniku funzjonali u jista' jipproċessa biss messaġġi b'livell ta' kunfidenzjalità “Normali”; messaġġi elettroniċi mibgħuta b'livell ieħor ta' kunfidenzjalità (eż. “Personali”, “Privat”, “Kunfidenzjali”) ma jistgħux jiġu pproċessati. Għaldaqstant jekk jogħġbok agħżel il-livell ta' kunfidenzjalità “Normali”.
(4) Il-kandidati huma mitluba ma jinkludux ritratti fis-CV tagħhom.
ANNESS I
Il-Profil tal-Maniġers Orizzontali tas-SĠK
Bħala maniġer tas-SĠK int iżżid il-valur billi taġixxi kemm bħala konsulent kif ukoll bħala maniġer u dejjem tkun rappreżentant(a) tas-SĠK.
Fit-twettiq ta' dawn ir-rwoli inti mistenni(ja) li:
Bħala Rappreżentant(a)
— |
Taġixxi b'integrità, esternament kif ukoll internament. |
— |
Taġixxi fl-interess tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Unjoni b'mod ġenerali. Tiżgura li diverġenzi li jista' jkun hemm jiġu identifikati u indirizzati. |
— |
Toħloq relazzjonijiet ta' kunfidenza, fiduċja, u trasparenza, u tkun netwerker attiv(a). |
— |
Tfittex ir-riżultati u tkun influwenti, u fl-istess ħin turi rispett u sens ta' servizz. |
Bħala Konsulent(a)
— |
Tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-Unjoni. Turi sens ta' proattività u kreattività. Taħseb minn qabel u tippjana għal żviluppi futuri. Tipprovdi soluzzjonijiet. |
— |
Tagħti pariri lill-partijiet konċernati tagħna biex tiffaċilita l-kisbiet tal-għanijiet tagħhom u fl-interess taż-żewġ istituzzjonijiet tagħna. Taġixxi b'mod oġġettiv u ġust. |
— |
Ikollok għarfien tal-interazzjoni bejn it-teħid tad-deċiżjonijiet u d-dibattitu pubbliku. Tieħu ħsieb li l-pariri tiegħek jieħdu kont tas-sitwazzjoni politika tal-partijiet konċernati tagħna u jintegraw konsiderazzjonijiet ta' komunikazzjoni. |
— |
Tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet leġittimu permezz tal-kooperazzjoni, relazzjonijiet ta' xogħol tajbin u kompromess fost l-Istati Membri u mal-Istituzzjonijiet u partijiet konċernati oħrajn. |
— |
Iżżomm ruħek infurmat(a) tajjeb dwar l-iżviluppi fil-qasam ta' responsabbiltà tiegħek, kif ukoll lil hinn mill-ħidma immedjata tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Ma titlifx il-perspettiva ġenerali. |
Bħala Maniġer
— |
Tagħti awtonomizzazzjoni lill-membri tal-persunal tiegħek, tiddelega u tafda, tappoġġa u timmotiva, tagħti feedback u gwida, tinkoraġġixxi l-inizjattiva u l-kuraġġ biex il-membri tal-persunal jaħsbu b'mod kreattiv; tnaqqas il-ġerarkija u l-kontroll kemm jista' jkun, filwaqt li tinżamm il-kwalità. |
— |
Tikkomunika b'mod ċar dwar l-objettivi u l-aspettattivi u tiżgura l-fluss ta' informazzjoni lejn, minn u fost il-membru tal-persunal tiegħek kif ukoll ma' DĠs, direttorati u unitajiet oħrajn. |
— |
Taġixxi dejjem fl-interess tas-SĠK kollu, mhux biss tad-DĠ, id-Direttorat jew l-Unità tiegħek, u tiżgura li nipprovdu riżultati lill-partijiet konċernati tagħna. Tkisser il-kompartimentazzjoni. |
— |
Ikollok il-kuraġġ li tindirizza l-konflitti, il-prestazzjoni insuffiċjenti u diffikultajiet oħra fil-pront; tiżgura l-benessri u l-iżvilupp tal-persunal tiegħek, u taqdi l-obbligu li tieħu ħsieb il-persunal tiegħek. |
— |
Waqt li qed tmexxi u tiffaċilita l-bidla, tinvolvi lill-persunal tiegħek biex jiġi żgurat li s-SĠK ilaħħaq mal-iżviluppi u jsir aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv. Tkun l-ewwel biex tagħti l-eżempju ta' dak li qed tgħid. |
— |
Tkun responsabbli għall-aħjar użu tar-riżorsi umani u finanzjarji tas-SĠK. |
ANNESS II
Opportunitajiet indaqs fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
Bħala entità li tħaddem, is-SĠK huwa responsabbli biex jiżgura l-ugwaljanza tal-opportunitajiet bejn l-irġiel u n-nisa u biex jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi. L-għanijiet ewlenin tal-politika tiegħu ta' Opportunitajiet Indaqs huma li:
— |
jiżgura li l-politika tiegħu dwar ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-persunal tirrispetta l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; |
— |
jikseb rappreżentanza bbilanċjata ta' rġiel u nisa, speċjalment f'pożizzjonijiet maniġerjali; |
— |
itejjeb is-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità, fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-binjiet tiegħu u ta' ambjent tax-xogħol li jkun inklużiv u adattat għall-ħtiġijiet tagħhom: L-aġġustamenti għall-persuni b'diżabilità (“akkomodazzjoni raġonevoli”) jistgħu jinvolvu l-arranġament mill-ġdid tad-doveri jew ir-responsabbiltajiet, l-għoti ta' għajnuniet tekniċi u aġġustamenti oħra tal-ambjent tax-xogħol. Miżuri bħal dawn jittieħdu dment li ma jimponux piż eċċessiv fuq ir-riżorsi tal-istituzzjoni. |
— |
jipproteġi l-persunal tiegħu minn fastidju fuq il-post tax-xogħol; |
— |
jieħu kont tal-ħtiġijiet tal-persunal li jinstab bilanċ bejn l-impenji tax-xogħol u dawk familjari tagħhom billi joffri pakkett tajjeb ta' miżuri favur il-familja, inkluż ħinijiet flessibbli ta' xogħol, telexogħol u kondiviżjoni ta' impjieg. |
Miżuri ta' bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata
Fis-SĠK kollu titħaddem sistema ta' ħinijiet flessibbli tax-xogħol konformi ma' ġimgħa ta' 40 siegħa xogħol, fejn il-persunal mhux maniġerjali jista' jagħmel użu minn flexileave. F'bosta ambjenti ta' xogħol, jista' jsir qbil dwar skeda tal-ħin individwali fi ħdan is-sigħat qafas mis-07:00 sat-20:00. Jista' jingħata impjieg part-time, pereżempju għall-indukrar ta' wild dipendenti sal-età ta' 12-il sena, jew 14-il sena meta l-uffiċjal ikun ġenitur waħdu.
Il-leave statutorju tal-maternità huwa ta' 20 ġimgħa u meta l-omm terġa' lura għax-xogħol tista' tingħata sa sagħtejn kuljum għat-treddigħ. Il-missirijiet għandhom id-dritt għal leave tal-paternità mħallas ta' għaxart ijiem. Jista' jingħata leave tal-ġenituri għal perijodu sa sitt xhur għal kull wild bil-ħlas ta' benefiċċju b'rata fissa. Fil-każ ta' mard serju jew diżabilità ta' wild, il-leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri huma itwal. Jista' jingħata wkoll leave tal-familja bil-ħlas ta' benefiċċju b'rata fissa fil-każ ta' membri tal-familja b'mard serju jew diżabilità. Jingħata leave speċjali f'każijiet bħal żwieġ, twelid jew adozzjoni ta' wild, u mewt jew mard serju ta' membru tal-familja. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, jista' jingħata leave bla ħlas għal raġunijiet personali (CCP).
Skont il-kompiti u l-ambjent tax-xogħol, huwa possibbli t-telexogħol bl-iskema ta' telexogħol standard (eż. jumejn fl-uffiċċju u tlett ijiem mid-dar fil-ġimgħa) jew bl-iskema ta' telexogħol okkażjonali (sa 60 jum xogħol mid-dar fis-sena).
Il-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal li ġejjin huma disponibbli għall-persunal bit-tfal, skont kriterji ta' prijorità:
il-crèche tas-SĠK għat-tfal minn 0 sa 4 snin, indukrar wara l-ħin tal-iskola u faċilitajiet fi żmien il-vaganzi organizzati mill-Kummissjoni Ewropea u attivitajiet wara l-ħin tal-iskola fl-iskejjel Ewropej.
Għal aktar informazzjoni, ibgħat posta elettronika lil egalite-des-chances@consilium.europa.eu
ANNESS III
Talba għal rieżami – Proċeduri ta' appell — Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew
Jekk, f'xi stadju tal-proċedura tal-għażla, inti tqis li xi deċiżjoni tolqtok b'mod negattiv, tista' tuża l-mezzi li ġejjin:
— |
Titlob rieżami tad-deċiżjonijiet meħuda mill-bord konsultattiv tal-għażla Fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-ittra li tgħarrfek b'deċiżjoni meħuda mill-bord konsultattiv tal-għażla, inti tista' tressaq talba bil-miktub għal rieżami ta' tali deċiżjoni, u tagħti r-raġunijiet tat-talba tiegħek, lil:
|
— |
Proċedura ta' appell
|
— |
Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew Bħal kull ċittadin ieħor tal-Unjoni, inti tista' tressaq ilment lil:
skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman ippubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 113 tal-4 ta' Mejju 1994. Għandek tkun taf li lmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew ma għandhom ebda effett ta' sospensjoni fuq il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 90(2) u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal biex jiġu ppreżentati lmenti jew appelli quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
ANNESS IV
Protezzjoni tad-data
Bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-organizzazzjoni tal-proċedura tal-għażla, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiżgura li d-data personali tal-applikanti tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (1).
Il-bażi legali għall-proċedura tal-għażla hija r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (2013/488/UE). Il-proċedura tal-għażla titmexxa taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għar-Riżorsi Umani (DĠ ORG.1), Unità tal-Persunal u Mobbiltà, u l-kontrollur huwa l-kap ta' dik l-unità. L-informazzjoni pprovduta mill-applikanti ser tkun aċċessibbli għall-membri tal-uffiċċju għall-għażla ta' uffiċjali u l-ġerarkija ta' superjuri tagħhom, għall-membri tal-Kumitat Konsultattiv tal-Għażla, u, jekk meħtieġ, għall-unità tal-konsulenti legali. L-informazzjoni amministrattiva li tidentifika l-applikant u/jew l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura jistgħu jintbagħtu lil ċentru ta' evalwazzjoni.
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-ġbir ta' data li tidentifika l-applikanti kollha għal pożizzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jintgħażel wieħed minn dawk l-applikanti.
Id-data inkwistjoni hija:
— |
data personali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-applikanti (kunjom, isem, data tat-twelid, sess, ċittadinanza); |
— |
informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex tiffaċilita l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura (indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefown); |
— |
informazzjoni mogħtija mill-applikanti biex ikun possibbli jiġi evalwat jekk jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni stipulati fl-avviż ta' pożizzjoni vakanti (ċittadinanza; lingwi; kwalifiki tal-applikanti u s-sena meta nkisbu, tip ta' diploma/lawrja, isem l-istituzzjoni minn fejn inkisbu, esperjenza professjonali); |
— |
fejn applikabbli, informazzjoni dwar it-tip u t-tul ta' żmien tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-applikanti; |
— |
ir-riżultati tat-testijiet tal-għażla li jkunu għamlu l-applikanti, inkluż l-evalwazzjonijiet magħmula mill-konsulenti taċ-ċentru ta' evalwazzjoni f'isem il-bord tal-għażla. |
L-ipproċessar jibda mid-data meta tkun waslet l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jiġu ffajljati u jinħażnu fl-arkivji għal sentejn.
L-applikanti kollha jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għal u d-dritt ta' rettifika tad-data personali. Talbiet sostanzjati għandhom jintbagħtu b'posta elettronika lill-uffiċċju għall-għażla tal-uffiċjali fl-indirizz Selection.of.officials@consilium.europa.eu
L-applikanti jistgħu jirrikorru fi kwalunkwe mument għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data edps@edps.europa.eu
ANNESS V