EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar is-Suq Uniku Diġitali

Suq Uniku Diġitali jippermetti lill-konsumaturi u lin-negozji biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-Internet u mit-teknoloġiji diġitali.

ATT

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (COM(2015) 192 final tas-6.5.2015)

SOMMARJU

Suq Uniku Diġitali jippermetti lill-konsumaturi u lin-negozji biex jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-Internet u mit-teknoloġiji diġitali.

X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI?

Tistabbilixxi Strateġija għal Suq Uniku Diġitali, waħda mill-10 prijoritajiet ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea fl-Aġenda tagħha għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Ekwità u l-Bidla Demokratika.

PUNTI EWLENIN

L-Istrateġija tistabbilixxi 16-il azzjoni immirata bbażati fuq 3 pilastri:

  • 1.
    Aċċess aħjar għall-konsumaturi għal prodotti u servizzi diġitali madwar l-Ewropa. Taħt dan il-pilastru, il-Kummissjoni se tipproponi:
    • regoli li jiffaċilitaw il-kummerċ elettroniku transkonfinali;
    • reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur biex ir-regoli dwar il-konsumatur jiġu infurzati aktar malajr u b’mod aktar konsistenti;
    • kunsinna transkonfinali aktar effiċjenti u affordabbli ta’ pakketti;
    • tmiem għall-imblukkar ġeografiku* mhux iġġustifikat sabiex tiżdied l-għażla u l-aċċess għall-konsumaturi onlajn Ewropej;
    • l-identifikazzjoni ta’ tħassib potenzjali dwar il-kompetizzjoni li jaffettwa s-swieq Ewropej tal-kummerċ elettroniku;
    • liġi tad-drittijiet tal-awtur moderna u aktar Ewropea;
    • reviżjoni tad-Direttiva dwar Xandir bis-Satellita u bil-Kejbil biex jiġi vvalutat jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandux jitwessa' biex jinkludi trażmissjonijiet onlajn tax-xandara;
    • tnaqqis tal-piż amministrattiv għan-negozji kkawżat minħabba sistemi differenti tal-VAT.
  • 2.
    Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajba u kundizzjonijiet ekwi biex in-netwerks diġitali u s-servizzi innovattivi jiffjorixxu. Il-Kummissjoni tipproponi:
  • 3.
    Il-massimizzazzjoni tal-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija diġitali. Il-Kummissjoni sejra:
    • tipproponi “inizjattiva dwar il-fluss liberu ta’ data” biex tippromwovi l-moviment liberu tad-data fl-UE, kif ukoll inizjattiva dwar il- “Cloud Computing Ewropew” ;
    • tiddefinixxi l-prijoritajiet għall-istandards u l-interoperabbiltà ta’ tagħmir, applikazzjonijiet, repożitorji tad-data, servizzi u netwerks li huma kritiċi għas-Suq Uniku Diġitali;
    • tappoġġja soċjetà diġitali inklussiva fejn iċ-ċittadini jkollhom il-ħiliet xierqa biex jaħtfu l-opportunitajiet tal-Internet u jżidu l-possibilitajiet tagħhom li jsibu xogħol.

Il-Kummissjoni se tlesti dawn l-azzjonijiet sal-aħħar tal-2016.

Għal aktar informazzjoni, ara s-Suq Uniku Diġitali fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

TERMINI EWLENIN

* Imblukkar ġeografiku: fejn il-klijenti onlajn jew jiġu mċaħħda minn aċċess għal sit web abbażi tal-lokazzjoni tagħhom jew jiġu diretti lejn ħanut lokali bi prezz differenti.

ATTI RELATATI

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa - Analiżi u Evidenza li Jakkumpanjaw id-dokument Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (SWD(2015) 100 final tas-6.5.2015)

l-aħħar aġġornament 17.08.2015

Top