EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Flessibbiltà tar-regoli tal-PST: it-tisħiħ tar-rabta bejn l-investiment, ir-riformi strutturali u r-responsabbiltà fiskali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2015) 12 final) – L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir

X'INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Hija tipprovdi gwida dwar kif tintuża bl-aħjar mod il-flessibilità offruta mir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST).
  • Dan isaħħaħ ir-rabta bejn ir-riformi strutturali, l-investiment u r-responsabilità fiskali sabiex jiġi stimolat il-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir fl-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

Kjarifikazzjonijiet dwar ir-riformi strutturali

  • Il-Kummissjoni tispjega li tista’ tikkunsidra l-impatt tar-riformi strutturali jekk dawn ir-riformi:
    • ikunu maġġuri,
    • ikollhom effetti baġitarji pożittivi fuq termini ta’ żmien twil li jistgħu jiġu vverifikati, inklużi billi jgħollu l-potenzjali sostenibbli tat-tkabbir, u
    • huma implimentati kollha.
  • Għal miżuri ta’ riforma li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni ex-ante (bil-quddiem), il-pajjiżi tal-UE għandhom jippreżentaw pjan ta’ riforma b’informazzjoni dettaljata u skandenzi realistiċi.
  • Il-KE tevalwa r-riformi qabel ma’ tirrakkomanda lill-Kunsill devjazzjonijiet temporanji possibbli mill-objettivi baġitarji fuq termini ta’ żmien medju (MTO) jew it-triq tal-aġġustament baġitarju għalih.
    • Għall-pajjiżi li mhumiex taħt il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (il-fergħa preventiva), tista’ tkun awtorizzata devjazzjoni ta’ massimu ta’ 0.5% tal-PDG, sakemm tingħalaq fi żmien erba’ snin mill-attivazzjoni tal-klawsola tar-riforma strutturali.
    • Għal pajjiżi taħt proċedura ta’ defiċit eċċessiv (il-fergħa korrettiva), il-KE tista’ tagħtihom aktar żmien sabiex jerġgħu lura fil-limitu ta’ 3% tal-PDG, bil-kundizzjoni illi r-riformi jsiru u li jkun hemm biżżejjed sforzi sabiex id-defiċit eċċessiv ikun ikkoreġut.

Kjarifiki dwar l-investiment

Il-Kummissjoni tistqarr li:

  • Il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi tal-UE għall-EFSI ma jgħħoddux meta jkun definit l-aġġustament fiskali taħt jew il-fergħa preventiva jew dik korrettiva tal-SPG, minħabba li l-miri speċifiċi jeskludu miżuri ta’ darba. Jekk pajjiż jara d-defiċit tiegħu jaqbeż it-3% tal-PDG, il-KE ma tagħtix bidu għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv jekk dan ikun minħabba l-kontribuzzjoni, sakemm id-devjazzjoni tkun limitata u mistenija li tkun temporanja.
  • Pajjiżi li m’għandhomx proċedura ta’ defiċit eċċessiv jistgħu jiddevjaw b’mod temporanju mill-MTO jew mill-mixja lejn aġġustament fiskali tiegħu, b’mod speċjali f’każijiet ta’ tkabbir negattiv jew lakuni ta’ output negattivi, jekk jinvestu direttament fi proġetti kofinanzjati mill-UE taħt il-politiki strutturali u ta’ koeżjoni (inklużi proġetti kofinanzjati skont l-inizjattiva tal-impjeigi għaż-żgħażagħ), Netwerks trans-Ewropej u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif ukoll proġetti ko-finanzjati mill-EFSI.

Kjarifikazzjonijiet dwar kundizzjonijiet ċikliki

Sabiex jitqies aħjar iċ-ċaqliq taċ-ċiklu ekonomiku, il-KE sejra tuża matriċi li tispeċifika l-aġġustament fiskali xieraq mistenni minn pajjiżi fil-fergħa preventiva tal-SGP. Dan ifisser li dawn il-pajjiżi jistgħu jagħmlu sforz fiskali akbar meta ż-żminijiet ikunu aħjar.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bnak Ewropew ta’ Investiment; L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir ((COM(2015) 12 final, 13.1.2015)

l-aħħar aġġornament 30.03.2017

Top