This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Vetturi bil-mutur u trejlers: dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi
Id-Direttiva tarmonizza l-forma u l-kontenut taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi.
ATT
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti tar-reġistrazzjoni għall-vetturi.
SOMMARJU
Id-Direttiva tapplika għad-dokumenti maħruġa mill-pajjiżi tal-UE. Hija għandha tliet għanijiet:
Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni maħruġ mill-pajjiżi tal-UE għandu jkun konformi ma’ mudell deskritt fl-Anness għad-Direttiva. Dan jagħmilha aktar faċli, meta vettura tkun irreġistrata f’pajjiż ieħor tal-UE, li tiġi vverifikata s-sjieda leġittima, b’mod partikolari meta l-applikant ma jkunx id-detentur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni. L-ewwel parti taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni hija għas-sewqan fit-triq, filwaqt li t-tieni parti hija riservata għal informazzjoni dwar is-sjieda.
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu joħorġu ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li jkun jikkonsisti biss mill-Ewwel Parti tal-mudell. Dan japplika f’dawk il-każijiet fejn il-vetturi jkunu intiżi biex jintużaw biss fit-territorju tagħhom u jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta’ aċċess għar-reġistru tal-vettura, f’każ ta’ kontrolli waqt it-traġitt.
Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ minn pajjiż tal-UE għandu jiġi rikonoxxut mill-pajjiżi l-oħrajn tal-UE. Id-Direttiva 2014/46/UE titlob ukoll lill-pajjiżi tal-UE sabiex iżommu reġistru elettroniku ta’ dejta dwar il-vetturi kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom.
L-awtoritajiet ta’ pajjiż tal-UE jiġu nnotifikati jekk test tal-affidabbiltà stradali mwettaq b’konformità mad-Direttiva 2014/45/UE juri li l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ vettura partikolari ġiet sospiża. Din is-sospensjoni għandha tiġi rreġistrata b’mod elettroniku u għandu jitwettaq test addizzjonali tal-affidabbiltà stradali. Is-sospensjoni hija effettiva sakemm jitwettaq b’suċċess test ġdid tal-affidabbiltà stradali.
Meta vettura bil-mutur jew trejler li qabel kienu rreġistrati f’pajjiż tal-UE jiġu rreġistrati mill-ġdid f’pajjiż ieħor tal-UE, l-awtoritajiet kompetenti f’dak il-pajjiż tal-UE għandu jrodd iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni lill-awtoritajiet fil-pajjiż tal-UE fejn kien inħareġ, jekk jintalab dan.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Id-Direttiva 1999/37/KE |
1.6.1999 |
1.6.2004 |
ĠU L 138 tal-1.6.1999 |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Id-Direttiva 2003/127/KE |
5.2.2004 |
15.1.2005 |
ĠU L 10 tas-16.1.2004 |
1.5.2004 |
- |
ĠU L 236 tat-23.9.2003 |
|
Id-Direttiva 2006/103/KE |
1.1.2007 |
1.1.2007 |
ĠU L 363 tal-20.12.2006 |
Id-Direttiva 2013/22/UE |
1.7.2013 |
1.7.2013 |
ĠU L 158 tal-10.6.2013 |
Id-Direttiva 2014/46/UE |
19.5.2014 |
20.5.2017 |
ĠU L 127 tad-29.4.2014 |
ATTI RELATATI
Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE [Il-Ġurnal Uffiċjali L 127 tad-29.4.2014].
Id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta’ April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabbiltà stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li tħassar id-Direttiva 2000/30/KE [Il-Ġurnal Uffiċjali L 127 tad-29.4.2014].
L-aħħar aġġornament: 04.08.2014