Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan joħloq l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE) għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), entità dedikata fil-livell tal-UE li tipprovdi assistenza u għarfien espert relatati mad-drittijiet fundamentali fl-UE u tistabbilixxi l-kompiti u l-għanijiet prinċipali, il-funzjonament u l-governanza interna tagħha.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jiddefinixxi l-kompiti tal-FRA kif ġej:

  • tipprovdi informazzjoni u data rilevanti, oġġettiva, affidabbli u komparabbli lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali;
  • tiżviluppa metodi u standards biex ittejjeb il-komparabilità, l-oġġettività u l-affidabilità tad-data fil-livell tal-UE;
  • twettaq, tikkoopera jew tħeġġeġ riċerka xjentifika u stħarriġ;
  • tifformula konklużjonijiet u opinjonijiet fuq suġġetti tematiċi speċifiċi;
  • toħroġ pubblikazzjonijiet fuq suġġetti dwar drittijiet fundamentali speċifiċi;
  • tippubblika rapport annwali fuq kwistjonijiet koperti mill-mandat tagħha u tenfasizza eżempji tal-aħjar prattika,;
  • tfassal strateġija ta’ komunikazzjoni u tippromwovi djalogu mas-soċjetà ċivili biex tqajjem kuxjenza pubblika dwar id-drittijiet fundamentali u xxerred informazzjoni dwar ix-xogħol tagħha.

FRA mhix entità li tfassal standards u ma tittrattax ilmenti individwali.

Programmazzjoni annwali u pluriennali

Kull sena, id-direttur tal-FRA fjassal abbozz ta’ dokument ta’ programmazzjoni li jkun fih programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali. Dan jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-uffiċċjali ta’ kollegament nazzjonali u lill-Kumitat Xjentifiku.

Abbażi tar-riżultati tad-diskussjonijiet mal-korp preparatorju kompetenti tal-Kunsill u l-opinjonijiet li jaslu għand il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Kumitat Xjentifiku, il-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-aġenzija jiġu adottati mill-bord maniġerjali tagħha.

Kooperazzjoni ma’ entitajiet oħra

FRA għandha żżomm rabtiet mill-qrib ma’:

MINN META JIBDA JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Marzu 2007.

SFOND

FRA ħadet post l-entità predeċessur tagħha — iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ Ewropew dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija — fi Vjenna, billi ħadet f’idejha x-xogħol tiegħu.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, pp. 1-14).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 06.05.2022

Top