This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Vjeġġi ta’ skart bla periklu fl-UE u bejnha u pajjiżi terzi
L-Unjoni Ewropea (UE) għandha sistema li tissorvelja u tikkontrolla l-vjeġġi tal-iskart fil-fruntieri tagħha u mal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u ma’ pajjiżi terzi li ffirmaw il-Konvenzjoni ta’ Basel.
ATT
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart.
SOMMARJU
L-Unjoni Ewropea (UE) għandha sistema li tissorvelja u tikkontrolla l-vjeġġi tal-iskart fil-fruntieri tagħha u mal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u ma’ pajjiżi terzi li ffirmaw il-Konvenzjoni ta’ Basel.
X'JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?
Huwa jistabbilixxi r-regoli għall-kontroll tal-vjaġġi tal-iskart bil-għan li jittejjeb il-ħarsien ambjentali.
Huwa jinkorpora wkoll fil-liġi tal-UE d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Basel kif ukoll ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni tal-OECD tal-2001 dwar il-kontroll tal-movimenti transkonfinali tal-iskart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru (jiġifieri fejn l-iskart jiġi pproċessat sabiex jirkupra prodott li jkun jista’ jintuża jew jiġi kkonvertit f’karburant).
PUNTI EWLENIN
Il-liġi tapplika għall-vjeġġi ta’ skart:
• |
bejn pajjiżi tal-UE fi ħdan l-UE jew fi tranżitu bejn pajjiżi terzi;
|
• |
importat fl-UE minn pajjiżi terzi;
|
• |
esportat mill-UE lejn pajjiżi terzi;
|
• |
li jrid jgħaddi mill-UE, fi triqtu minn jew lejn pajjiżi terzi.
|
Hija tkopri kważi t-tipi kollha ta’ skart, bl-eċċezzjoni tal-iskart radjuattiv, l-iskart iġġenerat abbord il-vapuri, il-vjeġġi soġġetti għar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tar-regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali, ċerti vjeġġi ta’ skart mill-Antartiku, l-importazzjonijiet fl-UE ta’ ċertu skart iġġenerat mill-forzi armati jew minn organizzazzjonijiet ta’ sokkors f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, eċċ.
Proċeduri ta’ kontroll
Jeżistu 2 proċeduri ta’ kontroll għall-vjeġġ tal-iskart, jiġifieri:
1. |
ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali tal-Artikolu 18 normalment applikabbli għall-vjeġġi intiżi għall-irkupru tal-iskart elenkat fl-Anness III (skart elenkat b’lewn “aħdar” - mhux perikoluż, bħal karti jew plastik) jew IIIA, u |
2. |
il-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel għal tipi oħrajn ta’ vjeġġi ta’ skart, inklużi:
|
Dispożizzjonijiet oħrajn
• |
Il-partijiet kollha involuti għandhom jiżguraw li l-iskart jiġi ġestit b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, billi jirrispetta r-regoli internazzjonali u tal-UE, matul il-proċess tal-vjeġġ u meta jiġi rkuprat jew mormi.
|
• |
Il-proċedura ta’ notifika teħtieġ il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati mill-vjeġġ (il-pajjiż tad-dispaċċ, il-pajjiż tat-tranżitu u l-pajjiż tad-destinazzjoni) li għandu jingħata fi żmien 30 jum.
|
• |
In-notifikatur għandu dover li jieħu lura vjeġġi ta’ skart li jinstabu li huma illegali jew li ma jistgħux jiġu pprovduti kif maħsub (inkluż l-irkupru jew ir-rimi tal-iskart).
|
Projbizzjonijiet kummerċjali
L-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ta’ skart maħsub għar- rimi huma pprojbiti, għajr għall-pajjiżi tal-EFTA li huma parti mill-Konvenzjoni ta’ Basel.
L-esportazzjonijiet għall-irkupru ta’ skart perikoluż (jiġifieri li jikkawża riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent) huma pprojbiti, għajr dawk indirizzati lejn pajjiżi li għalihom tapplika d-deċiżjoni tal-OECD.
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ skart intiż għal rimi jew irkupru huma pprojbiti, għajr għal importazzjonijiet minn:
• |
pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD;
|
• |
pajjiżi terzi li huma parti mill-Konvenzjoni ta’ Basel;
|
• |
pajjiżi li kkonkludew ftehim bilaterali mal-UE jew ma’ pajjiżi tal-UE; jew
|
• |
żoni oħrajn matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi.
|
Sistemi ta' spezzjoni
Il-liġi ġiet emendata fl-2014 sabiex issaħħaħ is-sistemi ta’ spezzjoni tal-pajjiżi tal-UE. Hija tistabbilixxi rekwiżiti ta’ spezzjoni minimi b’enfasi fuq flussi ta’ skart problematiku (bħal skart perikoluż u skart mibgħut illegalment għal dumping jew trattament sub-standard). Il-pajjiżi tal-UE jridu jħejju pjanijiet ta’ spezzjoni sal-2017.
MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Mill-15.7.2006.
Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku dwar il-vjeġġi ta’ skart tal-Kummissjoni Ewropea.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 |
15.7.2006 |
- |
Att(i) emendatorji |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2008 |
19.7.2008 |
- |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 219/2009 |
20.4.2009 |
- |
|
Direttiva 2009/31/KE |
25.6.2009 |
- |
|
Ir-Regolament (UE) Nru 660/2014 |
17.7.2014 |
- |
L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 ġew integrati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
EMENDI GĦALL-ANNESSI
Ir-Regolament (KE) Nru 1379/2007 (ĠU L 309 tas-27.11.2007, p. 7-20).
Regolament (KE) Nru 669/2008 (ĠU L 188 tas-16.7.2008, p. 7-15).
Regolament (KE) Nru 308/2009 (ĠU L 97 tas-16.4.2009, p. 8-11).
Regulation (UE) Nru 664/2011 (ĠU L 182 tat-12.7.2011, p. 2-4).
Regulation (UE) Nru 135/2012 (ĠU L 46 tas-17.2.2012, p. 30-32).
Regulation (UE) Nru 255/2013 (ĠU L 79 tal-21.3.2013, p. 19-23).
Ir-Regolament (UE) Nru 1234/2014 (ĠU L 332 tad-19.11.2014, p. 15-17).
ATTI RELATATI
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 801/2007 tas-6 ta’ Lulju 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 179 tas-7.7.2007, p. 6-35).
L-aħħar aġġornament: 20.04.2015