Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats
IPA II: l-Istrument tal-UE għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni 2014-2020
SOMMARJU TA’:
Regolament (UE) Nru 231/2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Din it-tieni fażi tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) timmira li tgħin lil pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-UE sabiex jimplimentaw riformi komprensivi sabiex iħejju għas-sħubija tagħhom. Dan jinkiseb l-aktar billi jallinjaw ir-regoli u l-politiki tagħhom mal-istandards u l-prattiki tal-UE.
PUNTI EWLENIN
L-objettiv ewlieni tal-IPA II huwa li joffri appoġġ lill-benefiċjarji fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ riformi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi, soċjali u ekonomiċi, bl-għan tas-sħubija fl-UE.
Appoġġ
L-assistenza prinċipalment tiffoka fuq għadd magħżul ta’ oqsma ta’ politika li se jgħinu lill-benefiċjarji jipprogressaw u jissodisfaw il-kriterji għall-adeżjoni mal-UE.
L-appoġġ jgħin lill-pajjiżi biex:
Benefiċjarji
L-IPA II se jippermetti appoġġ kontinwu lill-pajjiżi kandidati u lill-kandidati potenzjali, jiġifieri l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Kosovo*, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija.
Approċċ effiċjenti u flessibbli
Baġit u implimentazzjoni
Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 jistabbilixxi l-baġit tal-IPA II għall-2014-2020 għal EUR 11.699-il biljun. Ħafna mir-regoli u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm jistgħu jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 236/2014 (ara s-sommarju), regolament trażversali li jallinja u jissimplifika l-implimentazzjoni tal-istrumenti esterni kollha tal-UE.
Il-Kummissjoni Ewropea adottat att ta’ implimentazzjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 447/2014. Dan jistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 u regoli dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 fir-rigward ta’:
Ir-Regolament (UE) Nru 447/2014 ġie emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/891 biex jallinja r-regoli għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ffinanzjati fl-ambitu tal-IPA II b’miżuri speċifiċi b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19. Dan jippermetti:
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, pp. 11-26)
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2014 tat-2 ta’ Mejju 2014 dwar ir-regoli speċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 132, 3.5.2014, pp. 32-52)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 447/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.3.2014, pp. 95-108)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 20.08.2020