Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi li mhumiex membri tal-UE (2014-2020)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi strument tal-finanzjament għall-promozzjoni u għall-appoġġ tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja kollha, jipprovdi assistenza b'mod indipendenti mill-kunsens tal-gvernijiet tal-pajjiżi kkonċernati.

ATT

Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna.

SOMMARJU

L-objettiv ewlieni tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) huwa li jipprovdi assistenza għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija fil-pajjiżi mhux tal-UE u għar-rispett għad-drittijiet fundamentali.

Dan l-istrument tal-UE huwa mfassal sabiex jikkumplimenta mezzi tal-UE oħrajn li jippromwovu d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem (bħal djalogi politiki jew strumenti varji ta' kooperazzjoni finanzjarja u teknika).

APPOĠĠ GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM MADWAR ID-DINJA

L-EIDHR sejjer jappoġġja inter alia:

  • demokrazija aktar rappreżentattiva, il-promozzjoni tal-pluraliżmu politiku, espressjoni ħielsa u libertà tal-internet;
  • il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali bħalma hemm fid-Dikjarazzjoni Universali tal-UN tad-Drittijiet tal-Bniedem (jiġifieri l-abolizzjoni tal-kundanna għall-mewt jew il-prevenzjoni tat-tortura, il-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tar-reliġjoni jew tat-twemmin);
  • il-protezzjoni u l-assistenza għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
  • enfażi aktar b'saħħitha fuq gruppi vulnerabbli (minoritajiet nazzjonali, etniċi, reliġjużi, lingwistiċi u sesswali), li jiffokaw ukoll fuq id-drittijiet tan-nisa u t-tfal;
  • it-tisħiħ tas-soċjetà ċivili jiġifieri l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, inkluż il-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet lokali u mal-istituzzjonijiet statali relevanti;
  • Missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tal-UE (EOM) li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom u li jtejbu l-proċessi demokratiċi u elettorali.

APPROĊĊ FLESSIBBLI SABIEX ISSIR REAZZJONI GĦAL SITWAZZJONIJIET PERIKOLUŻI

L-EIDHR se jkollu fokus aktar b'saħħtu fuq sitwazzjonijiet ta' emerġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar fil-periklu. Se jkun kapaċi jwieġeb b'mod aktar flessibbli u fil-ħin, permezz ta' mekkaniżmi speċifiċi ta' finanzjament, bħal għotjiet diretti fejn sejħiet għal propost mhumiex possibbli minħabba klima politika diffiċli għaċ-ċittadini, pereżempju, riskju ta' intimidazzjoni jew ritaljazzjoni.

L-UE għandha tiżgura wkoll l-aktar użu effiċjenti ta' riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni tagħhom lokalment.

RWOL EWLIENI TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI

L-EIDHR sejjer jippermetti lill-UE sabiex tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta' soċjetajiet ċivili li sejrin tajjeb u għall-irwol speċifiku tagħhom bħala atturi prinċipali għal bidla pożittiva fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-pajjiżi kkonċernati.

BAĠIT U IMPLIMENTAZZJONI

Il-baġit tal-EIDHR għall-2014-2020 huwa ta' EUR1.333 biljun . Ħafna mir-regoli u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 236/2014, regolament trasversali li jallinja u jissimplifika l-implimentazzjoni tal-istrumenti esterni kollha tal-UE.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 235/2014

1.1.2014

-

ĠU L 77 tal-15.3.2014.

L-aħħar aġġornament: 17.09.2014

Top