EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CO0043

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-22 ta' Jannar 2010.
ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta’ Koezjoni għall-proġett ta’ ajruport internazzjonali ġdid ta’ Ateni fi Spata - Rikors għal annullament - Prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
Kawża C-43/09 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:36





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2010 – Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑43/09 P)

“Appell – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta’ Koezjoni għall-proġett ta’ ajruport internazzjonali ġdid ta’ Ateni fi Spata – Rikors għal annullament – Prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

1.                     Dritt Komunitarju - Interpretazzjoni - Atti tal-istituzzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1386/2002, Artikolu 1) (ara l-punti 33, 35)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Applikazzjoni ratione temporis - Applikazzjoni immedjata tar-regoli l-ġodda għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li nħolqot taħt ir-regoli preċedenti (ara l-punti 47 sa 54)

3.                     Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)( ċ)) (ara l-punti 61-63)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad‑19 ta’ Novembru 2008, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T‑404/05) li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal‑Kummissjoni E(2005)3243, tal‑1 ta’ Settembru 2005, dwar tnaqqis tal‑għanjuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta’ Koezjoni għall-proġett Nru 95/09/65/040, dwar l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta’ Ateni fi Spata.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top