EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1783

Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (riformulazzjoni)

OJ L 405, 2.12.2020, p. 1–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/12/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1783/oj

2.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 405/1


REGOLAMENT (UE) 2020/1783 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2020

dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda)

(riformulazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (3) ġie emendat qabel. Peress li għandhom isiru iżjed emendi sostanzjali, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

L-Unjoni għandha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa l-Unjoni bħala spazju ta’ libertà, sigurtà, u ġustizzja, li fih il-moviment liberu tal-persuni huwa assigurat. Għall-istabbiliment ta’ spazju bħal dan, l-Unjoni għandha tadotta, fost miżuri oħrajn, miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li huma meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(3)

Għall-finijiet tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tal-iżvilupp ta’ spazju ta’ ġustizzja ċivili fl-Unjoni li huwa rregolat bil-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka u rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi, huwa neċessarju li tkompli tittejjeb u titħaffef il-kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri differenti fir-rigward tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb l-effettività u l-ħeffa tal-proċedimenti ġudizzjarji billi jissimplifika u jirrazzjonalizza l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-proċedimenti transfruntiera, filwaqt li jgħin biex inaqqas id-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. L-għoti ta’ aktar ċertezza legali u proċeduri aktar simplifikati, razzjonalizzati u diġitalizzati ser jinkoraġġixxi lill-individwi u lin-negozji biex jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntiera, u b’hekk tingħata spinta lill-kummerċ fl-Unjoni u, bħala konsegwenza, lill-funzjonament tas-suq intern.

(4)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri differenti fir-rigward tal-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali.

(5)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” jenħtieġ li jinftiehem li jfisser ukoll awtoritajiet li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, li jaġixxu skont delega ta’ setgħa minn awtorità ġudizzjarja jew li jaġixxu taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja, u li huma kompetenti taħt il-liġi nazzjonali biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali. Dan jinkludi b’mod partikolari awtoritajiet li jikkwalifikaw bħala qorti skont atti legali oħrajn tal-Unjoni, bħar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1111 (4) u r-Regolamenti (UE) Nru 1215/2012 (5) u (UE) Nru 650/2012 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(6)

Sabiex jiġi żgurat l-ogħla grad ta’ ċarezza u ċertezza legali, it-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li tiġi trażmessa fuq formola mimlija fil-lingwa tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta jew f’lingwa oħra aċċettata minn dak l-Istat Membru. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li mill-aktar possibbli jintużaw formoli għal aktar komunikazzjoni bejn il-qrati rilevanti.

(7)

Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni rapida tat-talbiet u l-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tax-xhieda, jenħtieġ li jintużaw kwalunkwe teknoloġiji ta’ komunikazzjoni moderna adattati. Għaldaqstant, bħala regola, il-komunikazzjoni u l-iskambju kollha ta’ dokumenti jenħtieġ li jsiru permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata sigura u affidabbli li tinkludi sistemi tal-IT nazzjonali li huma interkonnessi u teknikament interoperabbli, pereżempju, u mingħajr preġudizzju għall-progress teknoloġiku ulterjuri, ibbażata fuq e-CODEX. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema tal-IT deċentralizzata għal skambji ta’ data skont dan ir-Regolament. In-natura deċentralizzata ta’ dik is-sistema tal-IT ser tippermetti l-iskambji ta’ data esklużivament bejn Stat Membru wieħed u ieħor, mingħajr l-involviment tal-ebda istituzzjoni tal-Unjoni f’dawk l-iskambji.

(8)

Mingħajr preġudizzju għall-progress teknoloġiku futur, is-sistema tal-IT deċentralizzata sigura u l-komponenti tagħha jenħtieġ li ma jinftehmux bħala li jikkostitwixxu neċessarjament “servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat kif definit mir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(9)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun responsabbli għall-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur ta’ software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw minflok sistema nazzjonali tal-IT, f’konformità mal-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tfassal, tiżviluppa u tmantni s-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza f’konformità mar-rekwiżiti u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data stipulati fir-Regolamenti (UE) 2018/1725 (8) u (UE) 2016/679 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’mod partikolari l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza jenħtieġ li jinkludi wkoll il-miżuri tekniċi xierqa u jippermetti l-miżuri organizzattivi neċessarji sabiex jiġi żgurat livell ta’ sigurtà u interoperabbiltà, li jkun xieraq għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-kuntest tal-kumpilazzjoni tax-xhieda.

(10)

Fir-rigward tal-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata li huma taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni, l-entità ta’ ġestjoni jenħtieġ li jkollha biżżejjed riżorsi sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-sistema.

(11)

L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti taħt il-liġi nazzjonali jenħtieġ li jkunu responsabbli bħala kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li jwettqu skont dan ir-Regolament għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra bejn l-Istati Membri.

(12)

It-trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata tista’ ssir impossibbli minħabba interruzzjoni tas-sistema jew minħabba n-natura tax-xhieda, pereżempju meta jiġu trażmessi kampjuni ta’ DNA jew ta’ demm. Mezzi oħra ta’ komunikazzjoni jistgħu jkunu aktar xierqa anke f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jistgħu jinkludu sitwazzjoni fejn it-trasformazzjoni ta’ dokumentazzjoni voluminuża għall-forma elettronika timponi piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti jew fejn id-dokument oriġinali ikun meħtieġ f’forma kartaċja biex tiġi vvalutata l-awtentiċità tiegħu. Fejn ma tintużax is-sistema tal-IT deċentralizzata, it-trażmissjoni jenħtieġ li titwettaq bl-aktar mezzi alternattivi xierqa. Tali mezzi alternattivi jenħtieġ li jwasslu, fost l-oħrajn, għal trażmissjoni li ssir kemm jista’ jkun malajr u b’mod sigur permezz ta’ mezzi elettroniċi siguri oħra jew bil-posta.

(13)

Sabiex titjieb it-trażmissjoni elettronika transfruntiera tad-dokumenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, tali dokumenti jenħtieġ li ma jiġux miċħuda l-effett legali u jenħtieġ li ma jitqisux inammissibbli bħala prova fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika. Madankollu, jenħtieġ li dak il-prinċipju jkun mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-effetti legali jew l-ammissibbiltà ta’ tali dokumenti bħala prova f’konformità mal-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li dan ikun ukoll mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali rigward il-konverżjoni tad-dokumenti.

(14)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għall-kapaċità li l-awtoritajiet jiskambjaw informazzjoni skont sistemi stabbiliti taħt strumenti oħra tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) 2019/1111 jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (10), anke fejn dik l-informazzjoni jkollha valur evidenzjarju, u għalhekk l-għażla tal-aktar metodu adattat titħalla f’idejn l-awtorità rikjedenti.

(15)

Talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li jiġu eżegwiti bil-ħeffa. Jekk mhuwiex possibbli li talba tiġi eżegwita fi żmien 90 jum minn meta tasal mill-qorti rikjesta, il-qorti rikjesta jenħtieġ li tinforma lill-qorti rikjedenti kif xieraq, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet li jżommuha milli teżegwixxi t-talba bil-ħeffa.

(16)

Biex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun effettiv, iċ-ċirkostanzi li fihom hija possibbli li tiġi miċħuda l-eżekuzzjoni tat-talba ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li jiġu limitati għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali strettament limitati.

(17)

Il-qorti rikjesta jenħtieġ li teżegwixxi talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

(18)

Il-partijiet għall-proċedimenti u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, jenħtieġ li jkunu jistgħu jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, jekk dan ikun previst mil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti, sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-proċedimenti b’mod komparabbli bħallikieku x-xhieda tkun ġiet ikkumpilata fl-Istat Membru tal-qorti rikjedenti. Jenħtieġ li jkollhom ukoll id-dritt li jitolbu li jipparteċipaw fil-kumpilazzjoni tax-xhieda sabiex ikollhom rwol aktar attiv fil-kumpilazzjoni tax-xhieda. Madankollu, il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-qorti rikjesta f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

(19)

Ir-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, jekk dan ikun kompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti, sabiex ikunu f’pożizzjoni aħjar li jevalwaw ix-xhieda. Jenħtieġ li jkollhom ukoll id-dritt li jitolbu li jipparteċipaw fil-kumpilazzjoni tax-xhieda, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-qorti rikjesta f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, sabiex ikollhom rwol aktar attiv fil-kumpilazzjoni tax-xhieda.

(20)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-kumpilazzjoni tax-xhieda, jenħtieġ li jkun possibbli li qorti ta’ Stat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, tikkumpila x-xhieda direttament fi Stat Membru ieħor, jekk it-talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda tkun aċċettata minn dan tal-aħħar, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest.

(21)

It-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, pereżempju l-vidjokonferenza, li hija mezz importanti biex tiġi ssimplifikata u aċċellerata l-kumpilazzjoni tax-xhieda, bħalissa mhux qed tintuża bil-potenzjal sħiħ tagħha. Fejn ix-xhieda għandha tiġi kkumpilata billi persuna tiġi eżaminata bħal xhud, parti fil-proċedimenti jew espert preżenti fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-qorti rikjedenti tikkumpila dik ix-xhieda direttament permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra, jekk dik it-teknoloġija tkun disponibbli għall-qorti u l-qorti tqis li l-użu ta’ din it-teknoloġija jkun xieraq minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u l-kondotta xierqa tal-proċedimenti. Il-vidjokonferenza tista’ tintuża wkoll biex jinstema’ minuri kif previst fir-Regolament (UE) 2019/1111. Madankollu, fejn il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jqisu li ċertu kondizzjonijiet huma neċessarji, il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda jenħtieġ li ssir skont dawk il-kondizzjonijiet f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jenħtieġ li jkunu jistgħu jiċħdu l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda kompletament jew parzjalment, jekk tali kumpilazzjoni diretta tax-xhieda tkun tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi ta’ dak l-Istat Membru.

(22)

Meta x-xhieda għandha tiġi kkumpilata permezz tas-smigħ ta’ persuna permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra, il-qorti rikjedenti jenħtieġ li tingħata, fuq talba tagħha, assistenza biex issib interpretu, inkluż biex issib interpretu ċċertifikat fejn ikun speċifikament mitlub.

(23)

Il-qorti vestita mill-proċedimenti jenħtieġ li tipprovdi lill-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom bi struzzjonijiet dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dokumenti jew ta’ materjal ieħor matul meta x-xhieda tingħata permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija oħra xierqa ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.

(24)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari, tali persuni jenħtieġ li jkunu jistgħu, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fiż-żona li fiha huma akkreditati, jikkumpilaw xhieda mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel, billi jisimgħu, mingħajr il-ħtieġa ta’ miżuri koerċittivi, ċittadini tal-Istat Membru li jirrappreżentaw, fil-kuntest ta’ proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li jirrappreżentaw. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla għad-diskrezzjoni tal-Istat Membru jekk l-aġenti diplomatiċi jew l-uffiċjali konsulari tiegħu għandhomx is-setgħa li jikkumpilaw xhieda bħala parti mill-funzjonijiet tagħhom.

(25)

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari jenħtieġ li ssir fil-bini tal-missjoni diplomatika jew il-konsulat ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Tali ċirkostanzi jistgħu jinkludu l-fatt li l-persuna li għandha tinstema’ ma tistax tmur sal-bini minħabba marda serja.

(26)

L-eżekuzzjoni ta’ talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li ma toħloqx pretensjoni għal xi rimborż ta’ taxxi jew spejjeż. Madankollu, jekk il-qorti rikjesta tirrikjedi rimborż, it-tariffi mħallsa lil esperti u interpreti, kif ukoll l-ispejjeż maħluqa mit-twettiq skont il-proċedura speċjali prevista fil-liġi nazzjonali jew bl-użu ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni mill-bogħod, jenħtieġ li ma jiġux imġarrba minn dik il-qorti. F’każ bħal dan, il-qorti rikjedenti jenħtieġ li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura rimborż mingħajr dewmien. Fejn tinħtieġ l-opinjoni ta’ espert, il-qorti rikjesta jenħtieġ li tkun tista’, qabel ma teżegwixxi t-talba, titlob lill-qorti rikjedenti depożitu xieraq jew ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż.

(27)

Sabiex jiġu aġġornati l-formoli fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew biex isiru bidliet tekniċi f’dawk il-formoli, is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għal dak l-Anness. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom b’mod sistematiku għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(28)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(29)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevali fuq id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi mill-Istati Membri li għandhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni bħal dan ir-Regolament.. Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jkollhom jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti li jiffaċilitaw aktar kooperazzjoni fil-kumpilazzjoni tax-xhieda, dment li dawk il-ftehimiet jew arranġamenti jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.

(30)

Huwa essenzjali li jkunu disponibbli mezzi effettivi għall-kisba, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xhieda, u li d-drittijiet tad-difiża jiġu rrispettati u li l-informazzjoni kunfidenzjali tiġi protetta. F’dan il-kuntest, huwa importanti li jitħeġġeġ l-użu tat-teknoloġija moderna.

(31)

Il-proċeduri għall-kumpilazzjoni, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li jiżguraw li d-drittijiet proċedurali, kif ukoll il-privatezza u l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data personali, ikunu protetti f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

(32)

Huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat f’konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza kif imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti li jiġi żgurat li kwalunkwe proċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kif ukoll ir-Regolament (UE) 2018/1725. Id-data personali jenħtieġ li tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti fih.

(33)

F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi, sabiex tivvaluta l-effetti reali ta’ dan ir-Regolament u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri. Fejn l-Istati Membri jiġbru data dwar l-għadd ta’ talbiet trażmessi u talbiet eżegwiti, kif ukoll dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom it-trażmissjoni tkun twettqet permezz ta’ mezzi oħra u mhux bis-sistema tal-IT deċentralizzata, jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni t-tali data għal finijiet ta’ monitoraġġ. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppat mill-Kummissjoni bħala sistema back-end jenħtieġ li jiġbor b’mod programmatiku d-data meħtieġa għal finijiet ta’ monitoraġġ u tali data jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri jagħżlu li jużaw sistema nazzjonali tal-IT minflok is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppat mill-Kummissjoni dik is-sistema tista’ tiġi mgħammra biex tinġabar b’mod programmatiku dik id-data u f’dak il-każ tali data jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-Kummissjoni.

(34)

Billi għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-ħolqien ta’ qafas legali ssemplifikat li jiżgura t-trażmissjoni diretta, effettiva u rapida ta’ talbiet u komunikazzjonijiet dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda, jintlaħqu pjuttost aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(35)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-13 ta’ Settembru 2019 (14).

(36)

Sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu jsiru aktar aċċessibbli u jinqraw aktar faċilment, ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament.

(37)

F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tar-Regolament attwali.

(38)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattament dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika f’materji ċivili jew kummerċjali fejn il-qorti ta’ Stat Membru, f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru, titlob:

(a)

lill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tikkumpila xhieda; jew

(b)

il-kumpilazzjoni tax-xhieda direttament fi Stat Membru ieħor.

2.   Ma għandhiex issir talba biex tinkiseb xhieda li mhijiex maħsuba għall-użu fi proċedimenti ġudizzjarji li jkunu diġà bdew jew li hemm il-ħsieb li jinbdew.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“qorti” tfisser qrati u awtoritajiet oħra fl-Istati Membri kif mgħarrfa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31(3), li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, li jaġixxu skont delega ta’ setgħa minn awtorità ġudizzjarja jew li jaġixxu taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja, u li huma kompetenti taħt il-liġi nazzjonali biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali;

(2)

“sistema tal-IT deċentralizzata” tfisser netwerk ta’ sistemi nazzjonali tal-IT u punti ta’ aċċess interoperabbli li joperaw taħt ir-responsabbiltà u l-ġestjoni individwali ta’ kull Stat Membru, li jippermettu l-iskambju transfruntier sigur u affidabbli ta’ informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali.

Artikolu 3

Trażmissjoni diretta bejn il-qrati

1.   It-talbiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) għandhom jiġu trażmessi mill-qorti li quddiemha qed jinbdew il-proċedimenti jew li quddiemha jkun hemm il-ħsieb li jinbdew (il-“qorti rikjedenti”), direttament lill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor (il-“qorti rikjesta”) għall-kumpilazzjoni tax-xhieda.

2.   Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta’ qrati kompetenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont dan ir-Regolament. Il-lista għandha tindika wkoll it-territorju u, fejn applikabbli, il-ġurisdizzjoni speċjali ta’ dawk il-qrati.

Artikolu 4

Korp ċentrali

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar korp ċentrali responsabbli għal:

(a)

provvista ta’ tagħrif lill-qrati;

(b)

tfittxija ta’ soluzzjonijiet għal xi diffikultajiet li jistgħu jinħolqu rigward talba;

(c)

trażmissjoni, f’każijiet eċċezzjonali, ta’ talba lill-qorti kompetenti fuq talba ta’ qorti rikjedenti.

2.   Stati Membri federali, Stati Membri li fihom japplikaw diversi sistemi legali u Stati Membri b’unitajiet territorjali awtonomi għandhom ikunu ħielsa li jaħtru aktar minn korp ċentrali wieħed.

3.   Kull Stat Membru għandu jaħtar wkoll il-korp ċentrali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew awtorità kompetenti waħda jew aktar biex ikunu responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq talbiet magħmula skont l-Artikolu 19.

KAPITOLU II

TRAŻMISSJONI U EŻEKUZZJONI TA’ TALBIET

TAQSIMA 1

Trażmissjoni ta’ talbiet

Artikolu 5

Formola u kontenut tat-talba

1.   It-talbiet għandhom isiru permezz tal-formola A jew, fejn xieraq, il-formola L fl-Anness I. Kull talba għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a)

il-qorti rikjedenti u, fejn xieraq, il-qorti rikjesta;

(b)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet għall-proċedimenti u r-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun hemm;

(c)

in-natura u s-suġġett tal-każ u dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti;

(d)

deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda rikjesta;

(e)

fejn it-talba hija għall-eżami ta’ persuna:

l-isem u l-indirizz tal-persuna li għandha tiġi eżaminata,

il-mistoqsijiet li għandhom isiru lill-persuna li għandha tiġi eżaminata jew dikjarazzjoni tal-fatti li dwarhom dik il-persuna għandha tiġi eżaminata,

fejn xieraq, referenza għad-dritt li jirrifjutaw li jagħtu xhieda skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti,

kull ħtieġa li l-eżami jkun eżegwit taħt ġurament jew dikjarazzjoni minflok ġurament, u kull formola speċjali li għandha tintuża’ għal tali ġurament jew dikjarazzjoni,

fejn xieraq, kull informazzjoni oħra li l-qorti rikjedenti tqis neċessarja;

(f)

fejn it-talba hija għal xi forma ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda apparti dik imsemmija fil-punt (e), id-dokumenti jew l-oġġetti oħra li għandhom jiġu spezzjonati;

(g)

fejn xieraq, kwalunkwe talba skont l-Artikolu 12(3) jew (4), jew l-Artikolu 13 jew 14 u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dawn.

2.   It-talba u d-dokumenti kollha li jakkumpanjaw it-talba għandhom jiġi eżentati mill-ħtieġa ta’ awtentikazzjoni jew ta’ xi formalità ekwivalenti.

3.   Id-dokumenti li l-qorti rikjedenti tqis li huma meħtieġa li żżid mal-eżekuzzjoni tat-talba għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni tad-dokumenti fil-lingwa li fiha nkitbet it-talba.

Artikolu 6

Lingwa

It-talbiet u l-komunikazzjonijiet magħmula skont dan ir-Regolament għandhom jitfasslu fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rikjest jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn il-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba għandha titwettaq, jew f’lingwa oħra li l-Istat Membru li jkun indika li ser jaċċetta.

Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni għajr tiegħu stess li fiha jistgħu jimtlew il-formoli stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 7

Trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

1.   It-talbiet u l-komunikazzjonijiet magħmula skont dan ir-Regolament għandhom jiġu trażmessi permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata sigura u affidabbli b’rispett dovut għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Dik is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq soluzzjoni interoperabbli bħal e-CODEX.

2.   Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandu japplika għat-talbiet u l-komunikazzjonijiet trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata.

3.   Meta t-talbiet u l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkunu jeħtieġu jew ikollhom siġill jew firma miktuba bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw siġilli elettroniċi kkwalifikati jew firem elettroniċi kkwalifikati kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

4.   Meta t-trażmissjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ma tkunx possibbli minħabba interruzzjoni fis-sistema tal-IT deċentralizzata jew minħabba n-natura tax-xhieda kkonċernata, jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, it-trażmissjoni għandha ssir bl-aktar mezz alternattiv xieraq u rapidu, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-affidabbiltà u s-sigurtà.

Artikolu 8

Effetti legali ta’ dokumenti elettroniċi

Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali jew jitqiesu inammissibbli bħala prova fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika.

TAQSIMA 2

Riċevuta ta’ talbiet

Artikolu 9

Riċevuta ta’ talbiet

1.   Fi żmien sebat ijiem minn meta tkun irċeviet talba, il-qorti rikjesta għandha tibgħat konferma tar-riċevuta lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola B fl-Anness I. Meta t-talba ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7, il-qorti rikjesta għandha tniżżel nota dwar dan fil-konferma tar-riċevuta.

2.   Fejn il-qorti rikjesta ma jkollhiex ġurisdizzjoni biex teżegwixxi talba, li ssir permezz tal-formola A fl-Anness I, li tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 dik il-qorti għandha tibgħat it-talba lill-qorti kompetenti tal-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-qorti rikjedenti b’dan permezz tal-formola C fl-Anness I.

Artikolu 10

Talbiet mhux kompluti

1.   Jekk talba ma tistax tiġi eżegwita minħabba li ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa imsemmija fl-Artikolu 5, il-qorti rikjesta għandha tinforma b’dan lill-qorti rikjedenti mingħajr dewmien u, l-aktar tard, fi żmien 30 jum minn meta tkun irċeviet it-talba, permezz tal-formola D fl-Anness I, u għandha titlob lill-qorti rikjedenti biex tibgħat l-informazzjoni nieqsa, fejn għandha tispeċifika liema hija l-informazzjoni nieqsa b’mod preċiż kemm jista’ jkun.

2.   Jekk talba ma tistax tiġi eżegwita minħabba li jkun intalab depożitu jew ħlas bil-quddiem f’konformità mal-Artikolu 22(3), il-qorti rikjesta għandha tinforma b’dan lill-qorti rikjedenti mingħajr dewmien, l-aktar tard fi żmien 30 jum minn meta tkun irċeviet it-talba, permezz tal-formola D fl-Anness I, u għandha tinforma lill-qorti rikjedenti kif għandu jsir id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem. Il-qorti rikjesta għandha tinforma li rċeviet id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem mingħajr dewmien, l-aktar tard fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi d-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem, permezz tal-formola E fl-Anness I.

Artikolu 11

Tlestija tat-talba

1.   Jekk il-qorti rikjesta tkun niżżlet nota fuq il-konferma tar-riċevuta skont l-Artikolu 9(1) li t-talba ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 jew informat lill-qorti rikjedenti skont l-Artikolu 10 li t-talba ma tistax tiġi eżegwita għaliex ma tinkludix l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fl-Artikolu 5, il-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 12 għandu jibda jgħodd minn meta l-qorti rikjesta tkun irċeviet it-talba kompluta b’mod debitu.

2.   Fejn il-qorti rikjesta titlob depożitu jew ħlas bil-quddiem f’konformità mal-Artikolu 22(3), il-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 12 għandu jibda jgħodd minn meta jsir id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem.

TAQSIMA 3

Kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-eżekuzzjoni ta’ talba

1.   Il-qorti rikjesta għandha teżegwixxi t-talba mingħajr dewmien u, l-aktar tard, fi żmien 90 jum minn meta tirċievi t-talba.

2.   Il-qorti rikjesta għandha teżegwixxi t-talba f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

3.   Il-qorti rikjedenti tista’ titlob li t-talba tiġi eżegwita f’konformità ma’ proċedura speċjali prevista mil-liġi nazzjonali tagħha, permezz tal-formola A fl-Anness I. Il-qorti rikjesta għandha teżegwixxi t-talba skont il-proċedura speċjali għajr jekk li jsir hekk ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tagħha jew minħabba li hija ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba diffikultajiet prattiċi kbar. Jekk il-qorti rikjesta ma tikkonformax mat-talba li t-talba tiġi eżegwita skont il-proċedura speċjali għal waħda minn dawk ir-raġunijiet, hija għandha tinforma lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola H fl-Anness I.

4.   Il-qorti rikjedenti tista’ titlob lill-qorti rikjesta biex tuża’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni speċifika għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, partikolarment permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ telekonferenza.

Il-qorti rikjesta għandha tuża t-teknoloġija ta’ komunikazzjoni speċifikata skont l-ewwel subparagrafu għajr jekk tagħmel dan ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tagħha jew il-qorti rikjesta ma tistax tagħmel dan minħabba diffikultajiet prattiċi kbar.

Jekk il-qorti rikjesta ma tużax it-teknoloġija ta’ komunikazzjoni speċifika minħabba waħda minn dawk ir-raġunijiet, hija għandha tinforma lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola H fl-Anness I.

Jekk it-teknoloġija ta’ komunikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mhix disponibbli fil-qorti rikjedenti jew fil-qorti rikjesta, dawk il-qrati jistgħu jagħmlu t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni disponibbli permezz ta’ ftehim reċiproku.

Artikolu 13

Kumpilazzjoni tax-xhieda bil-preżenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet

1.   Jekk il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti tipprevedi hekk, il-partijiet u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom id-dritt li jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta.

2.   Fit-talba tagħha, il-qorti rikjedenti għandha tinforma lill-qorti rikjesta, permezz tal-formola A fl-Anness I, li l-partijiet u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, ser ikunu preżenti u, fejn adatt, li qed tintalab il-parteċipazzjoni tagħhom għall-kumpilazzjoni tax-xhieda. Din l-informazzjoni tista’ tingħata wkoll fi kwalunkwe ħin adatt ieħor.

3.   Jekk tintalab il-parteċipazzjoni tal-partijiet u jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, il-qorti rikjesta għandha tiddetermina il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw, f’konformità mal-Artikolu 12.

4.   Il-qorti rikjesta għandha tinforma lill-partijiet u, jekk ikun hemm, lir-rappreżentanti tagħhom, bil-ħin u l-post fejn ser issir il-kumpilazzjoni tax-xhieda u, fejn xieraq, bil-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, permezz tal-formola I fl-Anness I.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 huma mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-qorti rikjesta li titlob lill-partijiet u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, li jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda jew li jipparteċipaw fiha jekk dan ikun previst mil-liġi tal-Istat Membru tagħha.

Artikolu 14

Kumpilazzjoni tax-xhieda bil-preżenza u l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tal-qorti rikjedenti

1.   Fejn ikun kompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti, rappreżentanti tal-qorti rikjedenti għandu jkollhom id-dritt li jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-terminu “rappreżentant” jinkludi persunal ġudizzjarju maħtur mill-qorti rikjedenti f’konformità mal-liġi nazzjonali. Il-qorti rikjedenti tista’ taħtar wkoll lil kwalunkwe persuna oħra, bħal espert, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

3.   Fit-talba tagħha, il-qorti rikjedenti għandha tinforma lill-qorti rikjesta, permezz tal-formola A fl-Anness I, li r-rappreżentanti tagħha, ser ikunu preżenti u, fejn adatt, li qed tintalab il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kumpilazzjoni tax-xhieda. Din l-informazzjoni tista’ tingħata wkoll fi kwalunkwe ħin adatt ieħor.

4.   Jekk tintalab il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, il-qorti rikjesta għandha tiddetermina, f’konformità mal-Artikolu 12, il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw.

5.   Il-qorti rikjesta għandha tinforma lill-qorti rikjedenti bil-ħin u l-post fejn ser issir il-kumpilazzjoni tax-xhieda u, fejn xieraq, bil-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw ir-rappreżentanti tagħha fil-kumpilazzjoni tax-xhieda, permezz tal-formola I fl-Anness I.

Artikolu 15

Miżuri koerċittivi

Fejn meħtieġ, meta teżegwixxi talba, il-qorti rikjesta għandha tapplika l-miżuri koerċittivi adatti fil-każijiet u sa fejn ikunu previsti fil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta għall-eżekuzzjoni ta’ talba li ssir għall-istess fini mill-awtoritajiet nazzjonali jew minn waħda mill-partijiet ikkonċernati.

Artikolu 16

Ċaħda tal-eżekuzzjoni ta’ talbiet

1.   Talba għall-eżami ta’ persuna ma għandhiex tiġi eżegwita fejn il-persuna kkonċernata tinvoka d-dritt li tirrifjuta li tagħti xhieda jew hija pprojbita milli tagħti xhieda,

(a)

skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta; jew

(b)

skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti, u tali dritt jew projbizzjoni jkunu ġew speċifikati fit-talba, jew, jekk neċessarju, ikunu ġew ikkonfermati mill-qorti rikjedenti, fuq talba tal-qorti rikjesta.

2.   L-eżekuzzjoni ta’ talba tista’ tinċaħad biss għal raġunijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, fejn tapplika raġuni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

it-talba ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-eżekuzzjoni tat-talba ma taqax fil-funzjonijiet tal-ġudikatura skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta;

(c)

il-qorti rikjedenti ma tikkonformax mat-talba tal-qorti rikjesta li tikkompleta t-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont l-Artikolu 10 fi żmien 30 jum minn meta l-qorti rikjesta tkun talbet dan; jew

(d)

id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem mitlub f’konformità mal-Artikolu 22(3) ma jsirx fi żmien 60 jum minn meta l-qorti rikjesta tkun talbet dan id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem.

3.   Il-Qorti rikjesta ma għandhiex tiċħad li teżegwixxi talba għall-unika raġuni li, skont il-liġi nazzjonali tagħha, qorti oħra ta’ dak l-Istat Membru għandha ġurisdizzjoni esklussiva fuq is-suġġett tal-każ jew li l-liġi ta’ dak l-Istat Membru ma tammettix id-dritt ta’ azzjoni dwar is-suġġett.

4.   Jekk l-eżekuzzjoni ta’ rikjesta tinċaħad għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-qorti rikjesta għandha tinforma lill-qorti rikjedenti b’dan fi żmien 60 jum minn meta tirċievi t-talba mill-qorti rikjesta, permezz tal-formola K fl-Anness I.

Artikolu 17

Notifika ta’ dewmien

Jekk il-qorti rikjesta mhijiex f’pożizzjoni li teżegwixxi t-talba fi żmien 90 jum minn meta tirċievi t-talba, hija għandha tinforma lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola J fl-Anness I. Meta tagħmel dan, hija għandha tagħti r-raġunijiet għad-dewmien kif ukoll iż-żmien stmat li hija tipprevedi li teħtieġ biex teżegwixxi t-talba.

Artikolu 18

Proċedura wara l-eżekuzzjoni tat-talba

Il-qorti rikjesta għandha tibgħat lill-qorti rikjedenti d-dokumenti li jikkonfermaw l-eżekuzzjoni tat-talba, mingħajr dewmien u, fejn xieraq, għandha tirritorna d-dokumenti li tkun irċeviet mill-qorti rikjedenti. Dawk id-dokumenti għandhom ikunu akkumpanjati minn konferma ta’ eżekuzzjoni permezz tal-formola K fl-Anness I.

TAQSIMA 4

Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti u kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Artikolu 19

Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti

1.   Fejn qorti titlob il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda fi Stat Membru ieħor, hija għandha tissottometti talba lill-korp ċentrali jew lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, permezz tal-formola L fl-Anness I.

2.   Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda tista’ sseħħ biss jekk tkun tista’ titwettaq fuq bażi volontarja mingħajr l-użu ta’ miżuri koerċittivi.

Fejn il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda timplika li persuna għandha tiġi eżaminata, l-qorti rikjedenti għandha tinforma lil dik il-persuna li l-kumpilazzjoni tax-xhieda għandha sseħħ fuq bażi volontarja.

3.   Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda għandha titwettaq minn membru tal-persunal ġudizzjarju jew minn kwalunkwe persuna oħra, bħal espert, li tiġi maħtura, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.

4.   Fi żmien 30 jum minn meta jirċievu t-talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest għandhom jinformaw lill-qorti rikjedenti dwar jekk it-talba ġietx aċċettata u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jinformaw lill-qorti rikjedenti bil-kondizzjonijiet li taħthom il-kumpilazzjoni tax-xhieda għandha titwettaq skont il-liġi tal-Istat Membru tagħha, permezz tal-formola M fl-Anness I.

Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti jistgħu jassenjaw qorti tal-Istat Membru tagħhom biex tieħu sehem fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda sabiex jiġi żgurat li dan l-Artikolu jiġi applikat sewwa u li l-kondizzjonijiet li taħthom titwettaq il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda jiġi rrispettati.

5.   Fejn il-qorti rikjedenti ma tirċevix informazzjoni fi żmien 30 jum mill-konferma tal-wasla tat-talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda dwar jekk it-talba tkunx ġiet aċċettata, hija tista’ tibgħat nota ta’ tfakkir lill-korp ċentrali jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest. Jekk il-qorti rikjedenti ma tirċevix tweġiba fi żmien 15-il jum mill-konferma tal-wasla tan-nota ta’ tfakkir, it-talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda għandha titqies bħala aċċettata. Madankollu, f’ċirkostanzi straordinarji fejn il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti ma setgħux jirreaġixxu għat-talba sal-iskadenza wara t-tfakkira, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda jistgħu xorta jibqgħu jiġu invokati b’mod eċċezzjonali fi kwalunkwe ħin wara li tgħaddi dik l-iskadenza sal-mument tal-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda attwali.

6.   Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jistgħu jassenjaw qorti tal-Istat Membru tagħhom biex jipprovdu assistenza prattika fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda.

7.   Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jistgħu jiċħdu talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda biss jekk:

(a)

din ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

din ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fl-Artikolu 5; jew

(c)

il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mitluba tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi fl-Istat Membru tagħha.

8.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kondizzjoni stabbilita f’konformità mal-paragrafu 4, il-qorti rikjedenti (għandha twettaq il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tagħha.

Artikolu 20

Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra

1.   Fejn ix-xhieda għandha tiġi kkumpilata bl-eżami ta’ persuna li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, u l-qorti tirrikjedi l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mal-Artikolu 19, dik il-qorti għandha tagħmel il-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra dment li tali teknoloġija tkun disponibbli lill-qorti u l-qorti tqis l-użu ta’ tali teknoloġija bħala adatta fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.

2.   Talba għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra jenħtieġ li ssir bl-użu tal-formola N fl-Anness I. Il-qorti rikjedenti u l-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew il-qorti assenjata biex tipprovdi assistenza prattika fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda għandhom jaqblu dwar l-arranġamenti prattiċi għas-smigħ.

Fuq talba, il-qorti rikjedenti għandha tingħata assistenza biex issib interpretu, jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 21

Kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li l-qrati tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-aġenti diplomatiċi jew lill-uffiċjali konsulari tagħhom li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fiż-żona fejn huma akkreditati biex jikkumpilaw xhieda fil-bini tal-missjoni diplomatika jew tal-konsulat, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel, billi jisimgħu, fuq bażi volontarja u mingħajr l-użu ta’ miżuri koerċittivi, lil ċittadini tal-Istat Membru li huma jirrappreżentaw fil-kuntest ta’ proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li jirrappreżentaw. L-aġent diplomatiku jew l-uffiċjal konsulari rikjest għandu jeżegwixxi t-talba f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tagħhom.

TAQSIMA 5

Spejjeż

Artikolu 22

Spejjeż

1.   L-eżekuzzjoni ta’ talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda f’konformità mal-Artikolu 12, ma għandha tagħti lok għall-ebda pretensjoni għar-rimborż ta’ taxxi jew ta’ spejjeż.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-qorti rikjesta tista’ teħtieġ ir-rimborż tat-taxxi jew l-ispejjeż. Jekk il-qorti rikjesta titlob dan, il-qorti rikjedenti għandha tiżgura li s-segwenti jiġu rimborżati mingħajr dewmien:

it-tariffi mħallsa lil esperti u interpreti, u

l-ispejjeż li jinħolqu mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12(3) u (4).

L-obbligu tal-partijiet li jħallsu tali tariffi jew spejjeż għandu jiġi rregolat mil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.

3.   Fejn tkun meħtieġa l-opinjoni ta’ espert, qabel ma teżegwixxi t-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, il-qorti rikjesta tista’ titlob lill-qorti rikjedenti depożitu xieraq jew ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż mistennija tal-opinjoni esperta mitluba. Fil-każijiet l-oħra kollha, depożitu jew ħlas bil-quddiem ma għandux ikun kondizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda.

Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem għandu jsir mill-partijiet jekk dan ikun previst bil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Manwal u emendar tal-Anness I

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna regolarment manwal li jkun fih l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31 u l-ftehimiet u jew l-arranġamenti fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 29(3). Hija għandha tagħmel il-manwal disponibbli elettronikament, b’mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali u fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24 biex temenda l-Anness I sabiex taġġorna l-formoli stipulati hemmhekk jew biex tagħmel bidliet tekniċi f’dawk il-formoli.

Artikolu 24

Eżerċizzju ta’ delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 23(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-22 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 23(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti ddeżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 23(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 25

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu s-sistema tal-IT deċentralizzata, li jistabbilixxu s-segwenti:

(a)

l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi għall-finijiet tas-sistema tal-IT deċentralizzata;

(b)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-protokolli ta’ komunikazzjoni;

(c)

l-objettivi fir-rigward tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-miżuri tekniċi rilevanti li jiżguraw l-istandards minimi tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fi ħdan is-sistema tal-IT deċentralizzata;

(d)

l-objettivi fir-rigward tad-disponibbiltà minima u r-rekwiżiti tekniċi relatati possibbli għas-servizzi pprovduti mis-sistema tal-IT deċentralizzata;

(e)

l-istabbiliment ta’ kumitat ta’ tmexxija li fih rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiġu żgurati t-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati sat-23 ta’ Marzu 2022 f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 26

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 27

Software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur ta’ software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw bħala s-sistema back-end tagħhom minflok sistema nazzjonali tal-IT. Il-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, twettaq il-manutenzjoni u tappoġġa implimentazzjoni mingħajr ħlas tal-komponenti tas-software li jkunu jsostnu l-punti ta’ aċċess.

Artikolu 28

Spejjeż tas-sistema tal-IT deċentralizzata

1.   Kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-punti ta’ aċċess tiegħu b’interkonnessjoni mas-sistemi tal-IT nazzjonali fil-kuntest tas-sistema tal-IT deċentralizzata.

2.   Kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-istabbiliment u l-aġġustament tas-sistemi tal-IT nazzjonali tiegħu biex jagħmilhom interoperabbli mal-punti ta’ aċċess, u għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-amministrazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ dawk is-sistemi.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw għal għotjiet bħala appoġġ għall-attivitajiet imsemmija f’dawk il-paragrafi skont il-programmi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 29

Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn Stati Membri

1.   Dan ir-Regolament għandu jieħu preċedenza b’rabta mal-materji li għalihom japplika fuq dispożizzjonijiet oħra li jinsabu f’xi ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi mill-Istati Membri u b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-Proċedura Ċivili u l-Konvenzjoni ta’ The Hague tat-18 ta’ Marzu 1970 dwar il-Kumpilazzjoni tax-xhieda Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali, f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri li huma parti minn dan.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jżommu jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti biex jiffaċilitaw aktar il-kumpilazzjoni tax-xhieda, dment li dawk il-ftehimiet jew arranġamenti huma kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

kopja ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament imsemmi fil-paragrafu 2 konkluż bejn l-Istati Membri, kif ukoll abbozzi ta’ kwalunkwe tali ftehim jew arranġament li għandhom il-ħsieb li jadottaw; u

(b)

kull denunzja ta’ dawk il-ftehimiet jew arranġamenti jew emendi għalihom.

Artikolu 30

Protezzjoni tal-informazzjoni trażmessa

1.   Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali li jsir skont dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju jew it-trażmissjoni ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

walunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Id-data personali li ma tkunx rilevanti għat-trattament ta’ każ speċifiku għandha titħassar minnufih.

2.   L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu bħala kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-informazzjoni trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tintuża mill-qorti rikjesta biss għall-għan li għalih tkun ġiet trażmessa.

4.   Il-qrati rikjesti għandhom jiżguraw li tali informazzjoni tibqa’ kunfidenzjali, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

5.   Il-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali li jippermettu lis-suġġetti tad-data jkunu informati dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni trażmessa skont dan ir-Regolament.

6.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE.

Artikolu 31

Komunikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dan li ġej:

(a)

il-lista mfassla skont l-Artikolu 3(2) li tindika t-territorju u, fejn applikabbli, il-ġurisdizzjoni speċjali tal-qrati;

(b)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi ċentrali u l-awtoritajiet kompetenti maħturin skont l-Artikolu 4(3), filwaqt li jindikaw il-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom;

(c)

il-mezzi tekniċi għall-irċevuta ta’ talbiet li jkunu disponibbli għall-qrati fil-lista mfassla skont l-Artikolu 3(2);

(d)

il-lingwi aċċettati għat-talbiet, kif imsemmi fl-Artikolu 6.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni d-dettalji tal-awtoritajiet l-oħra li huma kompetenti biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla f’dawk id-dettalji.

4.   L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk huma jkunu f’pożizzjoni li jħaddmu s-sistema tal-IT deċentralizzata aktar kmieni minn kif inhu meħtieġ minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli elettronikament, b’mod partikolari permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

Artikolu 32

Monitoraġġ

1.   Sat-2 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, ir-riżultati u l-impatt ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-monitoraġġ tal-eżiti, ir-riżultati u l-impatt ta’ dan ir-Regolament. Dan għandu jistabbilixxi meta d-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinġabar għall-ewwel darba, li għandha tkun sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Lulju 2026, u f’liema intervalli ulterjuri għandha tinġabar dik id-data.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, id-data li ġejja li hija meħtieġa għall-finijiet ta’ monitoraġġ, fejn din tkun disponibbli:

(a)

l-għadd ta’ talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda trażmessi f’konformità mal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 19(1) rispettivament;

(b)

l-għadd ta’ talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda eżegwiti f’konformità mal-Artikolu 12 u l-Artikolu 19(8) rispettivament;

(c)

l-għadd ta’ każijiet li fihom it-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda tkun ġiet trażmessa b’mezzi oħra u mhux bis-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 7(4).

4.   Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza u, fejn tkun mgħammra biex tagħmel dan, is-sistema back-end nazzjonali għandhom jiġbru b’mod programmatiku d-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 u jittrażmettuha lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.

Artikolu 33

Evalwazzjoni

1.   Mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 f’konformità mal-Artikolu 35(3), il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fejn xieraq, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 34

Tħassir

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 għandu jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 li għandu jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 msemmi fl-Artikolu 35(3) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.

2.   L-Artikolu 31(3) għandu japplika mit-23 ta’ Marzu 2022.

3.   L-Artikolu 7 għandu japplika minn l-ewwel jum tax-xahar wara l-perijodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 25.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D.M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-4 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1111 tal-25 ta’ Ġunju 2019 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u dwar sekwestru internazzjonali ta’ minuri (ĠU L 178, 2.7.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1).

(11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta’ data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(14)  ĠU C 370, 31.10.2019, p. 24.


ANNESS I

FORMOLA A

TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA

(Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (1))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Qorti rikjedenti:

2.1.

Isem:

2.2.

Indirizz:

2.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

2.2.2.

Post u kodiċi postali:

2.2.3.

Pajjiż:

2.3.

Tel.

2.4.

Fax ((*)):

2.5.

Posta elettronika:

3.

Qorti rikjesta:

3.1.

Isem:

3.2.

Indirizz:

3.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

3.2.2.

Post u kodiċi postali:

3.2.3.

Pajjiż:

3.3.

Tel.

3.4.

Fax ((*)):

3.5.

Posta elettronika:

4.

Fil-każ imressaq mir-rikorrent/mill-petizzjonant(i) (2)

4.1.

Isem:

4.2.

Indirizz:

4.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

4.2.2.

Post u kodiċi postali:

4.2.3.

Pajjiż:

4.3.

Tel. ((*)):

4.4.

Fax ((*)):

4.5.

Posta elettronika ((*)):

5.

Rappreżentanti tar-rikorrent/tal-petizzjonant

5.1.

Isem:

5.2.

Indirizz:

5.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

5.2.2.

Post u kodiċi postali:

5.2.3.

Pajjiż:

5.3.

Tel.

5.4.

Fax ((*)):

5.5.

Posta elettronika:

6.

Kontra l-konvenut/l-intimat(i) (3)

6.1.

Isem:

6.2.

Indirizz:

6.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

6.2.2.

Post u kodiċi postali:

6.2.3.

Pajjiż:

6.3.

Tel. ((*)):

6.4.

Fax ((*)):

6.5.

Posta elettronika ((*)):

7.

Rappreżentanti tal-konvenut/tal-intimat

7.1.

Isem:

7.2.

Indirizz:

7.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

7.2.2.

Post u kodiċi postali:

7.2.3.

Pajjiż:

7.3.

Tel.

7.4.

Fax ((*)):

7.5.

Posta elettronika:

8.

Preżenza u parteċipazzjoni tal-partijiet

8.1.

Il-partijiet u, jekk ikollhom, ir-rappreżentanti tagħhom, li ser ikunu preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda: ☐

8.2.

Hija mitluba l-parteċipazzjoni tal-partijiet u jekk ikollhom, tar-rappreżentanti tagħhom: ☐

8.3.

Jekk xi parti jew ir-rappreżentant tagħha ser ikunu preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda, għandha tiġi organizzata l-interpretazzjoni għal-lingwa li ġejja: ☐BG, ☐ES, ☐CZ, ☐DE, ☐ET, ☐EL, ☐EN, ☐FR, ☐GA, ☐HR, ☐IT, ☐LV, ☐LT, ☐HU, ☐MT, ☐NL, ☐PL, ☐PT, ☐RO, ☐SK, ☐SL, ☐FI, ☐SV, ☐ oħra:

9.

Preżenza u parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti: ☐

9.1.

Ir-rappreżentanti ser ikunu preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda: ☐

9.2.

Hija mitluba l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti: (4)

9.2.1.

Isem:

9.2.2.

Titlu:

9.2.3.

Funzjoni:

9.2.4.

Kompitu:

9.3.

Jekk xi rappreżentant tal-qorti rikjedenti ser ikun preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda, għandha tiġi organizzata l-interpretazzjoni għal-lingwa li ġejja: ☐ BG, ☐ ES, ☐ CZ, ☐ DE, ☐ ET, ☐ EL, ☐ EN, ☐ FR, ☐ GA, ☐ HR, ☐ IT, ☐ LV, ☐ LT, ☐ HU, ☐ MT, ☐ NL, ☐ PL, ☐ PT, ☐ RO, ☐ SK, SL, ☐ FI, ☐ SV, ☐ oħra:

10.

In-natura u s-suġġett tal-każ u dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti (f’anness, skont il-każ):

11.

Kumpilazzjoni tax-xhieda li għandha ssir

11.1.

Deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda li għandha titwettaq (f’anness, skont il-każ):

11.2.

Eżami tax-xhieda: ☐

11.2.1.

Isem u kunjom:

11.2.2.

Data tat-twelid, jekk disponibbli:

11.2.3.

Indirizz:

11.2.3.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

11.2.3.2.

Post u kodiċi postali:

11.2.3.3.

Pajjiż:

11.2.4.

Tel. ((*)):

11.2.5.

Fax ((*)):

11.2.6.

Posta elettronika ((*)):

11.2.7.

Mistoqsijiet li għandhom isiru lix-xhud jew dikjarazzjoni tal-fatti li ser jiġu eżaminati dwarhom (f’anness, skont il-każ):

11.2.8.

Dritt għar-rifjut tal-għoti ta’ xhieda skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti (f’anness, skont il-każ): iva ☐ le ☐

11.2.9.

Jekk jogħġbok eżamina x-xhud

11.2.9.1.

taħt ġurament: ☐

11.2.9.2.

b’dikjarazzjoni: ☐

11.2.10.

Kwalunkwe informazzjoni oħra li l-qorti rikjedenti tqis meħtieġa (f’anness, skont il-każ):

11.3.

Kumpilazzjoni oħra ta’ xhieda

11.3.1.

id-dokumenti li għandhom jiġu spezzjonati u deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba (f’anness, skont il-każ):

11.3.2.

l-oġġetti li għandhom jiġu spezzjonati u deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba (f’anness, skont il-każ)

12.

Jekk jogħġbok eżegwixxi t-talba

12.1.

f’konformità ma’ proċedura speċjali (Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2020/1783) prevista mil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti deskritta fl-anness ☐

12.2.

u/jew bl-użu ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni (Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2020/1783) stabbilita fil-formola N ☐

12.3.

l-informazzjoni li ġejja hija meħtieġa għall-eżekuzzjoni tat-talba:

13.

Raġunijiet għan-nuqqas ta’ trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata (Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2020/1783) (5)

It-trażmissjoni elettronika ma kinitx possibbli minħabba:

disturb fis-sistema tal-IT

in-natura tax-xhieda

ċirkostanzi eċċezzjonali

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA B

KONFERMA TAR-RIĊEVUTA TA’ TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA

(Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (6))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:

3.

Isem il-qorti rikjedenti:

4.

Qorti rikjesta

4.1.

Isem:

4.2.

Indirizz:

4.3.

Tel.

4.4.

Fax ((*)):

4.5.

Posta elettronika:

5.

It-talba waslet fi ... (id-data tar-riċevuta) mill-qorti indikata fil-punt 4.

6.

It-talba ma tistax tiġi ttrattata għax:

6.1.

Il-lingwa użata għall-mili tal-formola mhix aċċettata (Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/1783): ☐

6.1.1.

Jekk jogħġbok uża waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin:

6.2.

Id-dokument ma jistax jinqara: ☐

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku

FORMOLA C

NOTIFIKA TAT-TRAŻMISSJONI TA’ TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA

(Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (7))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Isem il-qorti rikjedenti:

3.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:

4.

It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti indikata fil-punt 3 tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda u ntbagħtet lil

4.1.

Isem il-qorti kompetenti:

4.2.

Indirizz:

4.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

4.2.2.

Post u kodiċi postali:

4.2.3.

Pajjiż:

4.3.

Tel.

4.4.

Fax ((*)):

4.5.

Posta elettronika:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA D

TALBA GĦAL INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA

(Artikolu 10 tar- Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (8))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

3.

Isem il-qorti rikjesta:

4.

Isem il-qorti rikjedenti:

5.

It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tistax tiġi eżegwita mingħajr l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

6.

It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tistax tiġi eżegwita qabel ma jsir depożitu jew ħlas bil-quddiem f’konformità mal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2020/1783 Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem għandu jsir bil-mod li ġej:

6.1.

Isem sid il-kont:

6.2.

Isem il-bank/BIC jew kodiċi bankarju rilevanti ieħor:

6.3.

Numru tal-kont/IBAN:

6.4.

Data sa meta l-ħlas kien dovut:

6.5.

Ammont tad-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem mitlub:

6.6.

Munita:

☐ Euro (EUR)

☐ Lev Bulgaru (BGN)

☐ Kuna Kroata (HRK)

☐ Koruna Ċeka (CZK)

☐ Forint Ungeriż (HUF)

☐ Zloty Pollakka (PLN)

☐ Lira sterlina (GBP)

☐ Leu Rumen ((RON)

☐ Krona Żvediża (SEK)

☐ Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika (kodiċi ISO)):

6.7.

Numru ta’ referenza tal-ħlas/deskrizzjoni/messaġġ lir-riċevitur:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA E

KONFERMA TAR-RIĊEVUTA TA’ DEPOŻITU JEW ĦLAS BIL-QUDDIEM

(Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (9))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:

3.

Isem il-qorti rikjedenti:

4.

Isem il-qorti rikjesta:

5.

Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem waslu fi … (id-data tar-riċevuta) mill-qorti indikata fil-punt 4.

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA F (10)

TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR DEWMIEN

(Artikolu 12(1) u Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili (kumpilazzjoni tax-xhieda) (11))

IT-TALBA LI ĠEJJA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA NTBAGĦTET IŻDA MHI DISPONIBBLI L-EBDA INFORMAZZJONI DWAR L-EŻITU TAL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti/korp ċentrali/awtorità kompetenti rikjesta (jekk disponibbli):

3.

Isem il-qorti rikjedenti:

4.

Isem il-qorti/korp ċentrali/awtorità kompetenti rikjesta:

5.

It-talba oriġinali għall-kumpilazzjoni tax-xhieda (formola A) jew it-talba oriġinali għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda (formola L) hija mehmuża. ☐

Informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-qorti rikjedenti:

5.1.

talba mibgħuta ☐

data………………………

5.2.

konferma tar-riċevuta ☐

data………………………

5.3.

notifika ta’ dewmien ☐

data………………………

5.4.

waslet informazzjoni oħra ☐

……………………………………

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA G (12)

TWEĠIBA GĦAL TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR DEWMIEN

(Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (13))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti/korp ċentrali/awtorità kompetenti rikjesta (jekk disponibbli):

3.

Isem il-qorti rikjedenti:

4.

Isem il-qorti/korp ċentrali/awtorità kompetenti rikjesta:

5.

ID-DEWMIEN KIEN DOVUT GĦAL:

5.1.

It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma waslitx ☐

5.2.

L-indirizz attwali tal-persuna li għandha tiġi eżaminata għadu qed jiġi ddeterminat ☐

5.3.

Iċ-ċitazzjoni għadha qed tiġi nnotifikata lill-persuna li għandha tiġi eżaminata ☐

5.4.

Il-persuna ma dehritx għas-smigħ minkejja li ġiet innotifikata biċ-ċitazzjoni ☐

5.5.

Intbagħtet tweġiba għat-talba fi ... (data). Tweġiba mehmuża ☐

5.6.

Il-ħlas ta’ depożitu jew ħlas bil-quddiem mitlub fi … (data) għadu ma sarx ☐

5.7.

Oħrajn:…. ☐

6.

Huwa stmat li t-talba ser tiġi eżegwita sa ... (indika data prevista).

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA H

NOTIFIKA DWAR IT-TALBA GĦAL PROĊEDURI SPEĊJALI U/JEW GĦALL-UŻU TA’ TEKNOLOĠIJI TA’ KOMUNIKAZZJONI

(Artikolu 12(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (14))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:

3.

Isem il-qorti rikjedenti:

4.

Isem il-qorti rikjesta:

5.

It-talba għall-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont il-proċedura speċjali indikata fil-punt 12.1. tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda (formola A) ma setatx tiġi ssodisfata għax:

5.1.

il-proċedura rikjesta hija inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta: ☐

5.2.

it-twettiq tal-proċedura rikjesta mhux possibbli minħabba diffikultajiet prattiċi kbar: ☐

6.

It-talba għall-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz tal-użu ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod indikati fil-punt 12.2. tat-talba (formola A) għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma setgħatx tiġi ssodisfata għax:

6.1.

L-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni huwa inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta ☐

6.2.

L-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni mhux possibbli minħabba diffikultajiet prattiċi kbar ☐

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA I

IN-NOTIFIKA TAD-DATA, IL-ĦIN, IL-POST TAL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA U L-KONDIZZJONIJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI

(Artikoli 13(4) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (15))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:

3.

Qorti rikjedenti

3.1.

Isem:

3.2.

Indirizz:

3.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

3.2.2.

Post u kodiċi postali:

3.2.3.

Pajjiż:

3.3.

Tel.

3.4.

Fax ((*)):

3.5.

Posta elettronika:

4.

Qorti rikjesta

4.1.

Isem:

4.2.

Indirizz:

4.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

4.2.2.

Post u kodiċi postali:

4.2.3.

Pajjiż:

4.3.

Tel.

4.4.

Fax ((*)):

4.5.

Posta elettronika:

5.

Id-data u l-ħin tal-kumpilazzjoni tax-xhieda:

6.

Il-post tal-kumpilazzjoni tax-xhieda, jekk differenti minn dak imsemmi fil-punt 4:

7.

Fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jipparteċipaw:

8.

Fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw ir-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA J

NOTIFIKA TA’ DEWMIEN

(Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (16))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:

3.

Isem il-qorti rikjedenti:

4.

Isem il-qorti rikjesta:

5.

It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tistax tiġi eżegwita fi żmien 90 jum minn meta waslet minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

5.1.

L-indirizz attwali tal-persuna li għandha tiġi eżaminata għadu qed jiġi ddeterminat ☐

5.2.

Iċ-ċitazzjoni għadha qed tiġi nnotifikata lill-persuna li għandha tiġi eżaminata ☐

5.3.

Il-persuna ma dehritx għas-smigħ minkejja li ġiet innotifikata biċ-ċitazzjoni ☐

5.4.

Intbagħtet tweġiba għat-talba fi ... (data). Tweġiba mehmuża ☐

5.5.

Il-ħlas ta’ depożitu jew ħlas bil-quddiem mitlub fi ... (data) għadu ma sarx ☐

5.6.

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika): … ☐

6.

Huwa stmat li t-talba ser tiġi eżegwita sa ... (indika data prevista).

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA K

INFORMAZZJONI DWAR L-EŻEKUZZJONI TAT-TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA

(Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (17))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:

3.

Isem il-qorti rikjedenti:

4.

Isem il-qorti rikjesta:

5.

It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ġiet eżegwita ☐

Id-dokumenti li jikkonfermaw l-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda huma mehmuża:

6.

L-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda inċaħdet minħabba li:

6.1.

Il-persuna li għandha tiġi eżaminata invokat id-dritt li tirrifjuta li tixhed jew talbet li tiġi pprojbita milli tixhed: ☐

6.1.1.

skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta: ☐

6.1.2.

skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti: ☐

6.2.

It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar -Regolament (UE) 2020/1783 ☐

6.3.

Skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta, l-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma taqax taħt il-funzjonijiet tal-ġudikatura ☐

6.4.

Il-qorti rikjedenti ma rrispettatx it-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-qorti rikjesta bid-data … (data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali) ☐

6.5.

Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem mitlub f’konformità mal-Artikolu 22 (3) tar-Regolament (UE) 2020/1783 ma sarx. ☐

7.

Raġunijiet oħra għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA L

TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI DIRETTA TAX-XHIEDA

(Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (għall-kumpilazzjoni tax-xhieda) (18))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-korp ċentrali/l-awtorità kompetenti ((*)):

3.

Qorti rikjedenti:

3.1.

Isem:

3.2.

Indirizz:

3.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

3.2.2.

Post u kodiċi postali:

3.2.3.

Pajjiż:

3.3.

Tel.

3.4.

Fax ((*)):

3.5.

Posta elettronika:

4.

Korp ċentrali/awtorità kompetenti tal-Istat rikjest

4.1.

Isem:

4.2.

Indirizz:

4.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

4.2.2.

Post u kodiċi postali:

4.2.3.

Pajjiż:

4.3.

Tel.

4.4.

Fax ((*)):

4.5.

Posta elettronika:

5.

Fil-każ imressaq mir-rikorrent/mill-petizzjonant(i) (19)

5.1.

Isem:

5.2.

Indirizz:

5.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

5.2.2.

Post u kodiċi postali:

5.2.3.

Pajjiż:

5.3.

Tel. ((*)):

5.4.

Fax ((*)):

5.5.

Posta elettronika ((*)):

6.

Rappreżentanti tar-rikorrent/tal-petizzjonant

6.1.

Isem:

6.2.

Indirizz:

6.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

6.2.2.

Post u kodiċi postali:

6.2.3.

Pajjiż:

6.3.

Tel.

6.4.

Fax ((*)):

6.5.

Posta elettronika:

7.

Kontra l-konvenut/l-intimat(i) (20)

7.1.

Isem:

7.2.

Indirizz:

7.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

7.2.2.

Post u kodiċi postali:

7.2.3.

Pajjiż:

7.3.

Tel. ((*)):

7.4.

Fax ((*)):

7.5.

Posta elettronika ((*)):

8.

Rappreżentanti tal-konvenut/tal-intimat

8.1.

Isem:

8.2.

Indirizz:

8.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

8.2.2.

Post u kodiċi postali:

8.2.3.

Pajjiż:

8.3.

Tel.

8.4.

Fax ((*)):

8.5.

Posta elettronika:

9.

Il-provi ser jinġabru permezz ta’:

9.1.

Isem:

9.2.

Titlu:

9.3.

Funzjoni:

9.4.

Kompitu:

10.

In-natura u s-suġġett tal-każ u dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti (f’anness, skont il-każ):

11.

Kumpilazzjoni tax-xhieda li għandha ssir

11.1.

Deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda (f’anness, skont il-każ):

11.2.

Eżami tax-xhieda

11.2.1.

Ismijiet u kunjom:

11.2.2.

Data tat-twelid, jekk disponibbli:

11.2.3.

Indirizz:

11.2.3.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

11.2.3.2.

Post u kodiċi postali:

11.2.3.3.

Pajjiż:

11.2.4.

Tel. ((*)):

11.2.5.

Fax ((*)):

11.2.6.

Posta elettronika ((*)):

11.2.7.

Mistoqsijiet li għandhom isiru lix-xhud jew dikjarazzjoni tal-fatti li ser jiġu eżaminati dwarhom (f’anness, skont il-każ):

11.2.8.

Dritt għar-rifjut tal-għoti ta’ xhieda taħt il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti (f’anness, skont il-każ): iva ☐ le ☐

11.3.

Kumpilazzjoni oħra ta’ xhieda (f’anness, skont il-każ):

12.

Il-qorti rikjedenti titlob li l-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir direttament bl-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni stabbilita fil-formola N ☐

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA M

INFORMAZZJONI MILL-KORP ĊENTRALI/AWTORITÀ KOMPETENTI DWAR KUMPILAZZJONI DIRETTA TAX-XHIEDA

(Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (għall-kumpilazzjoni tax-xhieda) (21))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:

2.

Numru ta’ referenza tal-korp ċentrali/awtorità kompetenti:

3.

Isem il-qorti rikjedenti:

4.

Korp ċentrali/awtorità kompetenti

4.1.

Isem:

4.2.

Indirizz:

4.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

4.2.2.

Post u kodiċi postali:

4.2.3.

Pajjiż:

4.3.

Tel.

4.4.

Fax ((*)):

4.5.

Posta elettronika:

5.

Informazzjoni mill-korp ċentrali/awtorità kompetenti

5.1.

Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mat-talba hija aċċettata:☐

5.2.

Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mat-talba hija aċċettata skont il-kondizzjonijiet li ġejjin (f’anness, skont il-każ):

5.3.

Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mat-talba hija miċħuda minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

5.3.1.

it-talba ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1783: ☐

5.3.2.

it-talba ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa skontl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/1783: ☐

5.3.3.

il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mitluba tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat Membru tal-korp ċentrali/l-awtorità kompetenti: ☐

6.

Il-qorti li ġejja ġiet assenjata biex tipprovdi assistenza prattika fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda:

6.1.

Isem:

6.2.

Indirizz:

6.2.1.

Triq u numru/kaxxa postali:

6.2.2.

Post u kodiċi postali:

6.2.3.

Pajjiż:

6.3.

Tel.

6.4.

Fax ((*)):

6.5.

Posta elettronika:

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:

FORMOLA N

INFORMAZZJONI DWAR IL-PRATTIKALITAJIET TEKNIĊI BIEX ISSIR VIDJOKONFERENZA JEW BIEX TINTUŻA TEKNOLOĠIJA OĦRA TA’ KOMUNIKAZZJONI MILL-BOGĦOD

(Artikoli 12(4) u 20 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (22))

1.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti ((*)):

2.

Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta ((*)):

3.

Isem il-qorti rikjedenti ((*)):

4.

Isem il-qorti rikjesta ((*)):

5.

Data teknika tal-qorti rikjedenti:

5.1.

ISDN ((*)):

5.2.

IP:

5.3.

Tel. tal-awla ((*)):

5.4.

Informazzjoni oħra:

6.

Forma preferuta ta’ konnessjoni (fil-każ ta’ aktar possibbiltajiet imniżżla fil-punt 5):

7.

Data/i u ħin(ijiet) preferuti ta’ konnessjoni:

7.1.

data:

7.2.

ħin (23):

8.

Data/i u ħin(ijiet) preferuti għall-ittestjar tal-konnessjoni:

8.1.

data:

8.2.

ħin (23):

8.3.

persuna ta’ kuntatt għall-ittestjar tal-konnessjoni jew għal assistenza teknika oħra:

8.4.

lingwa għall-komunikazzjoni: ☐ BG, ☐ ES, ☐ CZ, ☐ DE, ☐ ET, ☐ EL, ☐ EN, ☐ FR, ☐ GA, ☐ HR, ☐ IT, ☐ LV, ☐ LT, ☐ HU, ☐ MT, ☐ NL, ☐ PL, ☐ PT, ☐ RO, ☐ SK, ☐ SL, ☐ FI, ☐ SV, ☐ oħra:

8.5.

tel. f’każ ta’ diffikultajiet tekniċi waqt l-ittestjar tal-konnessjoni jew il-kumpilazzjoni tax-xhieda:

9.

Informazzjoni dwar l-interpretazzjoni:

9.1.

Hija mitluba assistenza biex jinstab interpretu: ☐

9.2.

Il-lingwi rilevanti: ☐ BG, ☐ ES, ☐ CZ, ☐ DE, ☐ ET, ☐ EL, ☐ EN, ☐ FR, ☐ GA, ☐ HR, ☐ IT, ☐ LV, ☐ LT, ☐ HU, ☐ MT, ☐ NL, ☐ PL, ☐ PT, ☐ RO, ☐ SK, ☐ SL, ☐ FI, ☐ SV, ☐ oħra:

10.

Informazzjoni dwar jekk hux ser issir reġistrazzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda (24):

10.1.

iva ☐

10.2.

le ☐

11.

Oħra: ….

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:


(1)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1.

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(2)  Fejn ikun hemm aktar minn rikorrent/petizzjonant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 4.1. sa 4.5.

(3)  Fejn ikun hemm aktar minn konvenut/intimat wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 6.1. sa 6.5.

(4)  Fejn ikun hemm aktar minn rappreżentant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punt 9.2.

(5)  Dan il-punt japplika biss mid-data ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata.

(6)  ĠU L 405, 2.12.2020, p. 1.

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(7)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1.

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(8)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1.

(9)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1.

(10)  L-użu ta’ din il-formola mhuwiex obbligatorju.

(11)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1

(12)  L-użu ta’ din il-formola mhuwiex obbligatorju.

(13)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1

(14)  ĠU 405, , 2.12.2020, p. 1

(15)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(16)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1

(17)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1

(18)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(19)  Fejn ikun hemm aktar minn rikorrent/petizzjonant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 5.1. sa 5.5.

(20)  Dan il-punt mhux obbligator ju.Fejn ikun hemm aktar minn konvenut/intimat wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 7.1. sa 7.5.

(21)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(22)  ĠU 405, 2.12.2020, p. 1

((*))  Dan il-punt mhux obbligatorju.

(23)  Ħin lokali tal-Istat Membru rikjest.

(24)  Pereżempju reġistrazzjoni jew traskrizzjoni online tal-kumpilazzjoni tax-xhieda.


ANNESS II

REGOLAMENT IMĦASSAR B’LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1)

 

Regolament (KE) Nru 1103/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta’ Ottubru 2008 li jadatta numru ta’ strumenti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tielet Parti (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 80)

L-emendi biss għall-Artikoli 19(2) u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2

Artikolu 2(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2), (3) u (4)

Artikolu 8

Artikolu 7(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 8(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 9(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 10(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 12(3)

Artikolu 10(4)

Artikolu 12(4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 13(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 13(5)

Artikolu 12(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 14(2)

Artikolu 12(3)

Artikolu 14(3)

Artikolu 12(4)

Artikolu 14(4)

Artikolu 12(5)

Artikolu 14(5)

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 16(4)

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 17(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 17(3)

Artikolu 19(3)

Artikolu 17(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 19(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 19(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 19(5)

Artikolu 19(6)

Artikolu 17(5)

Artikolu 19(7)

Artikolu 17(6)

Artikolu 19(8)

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 18

Artikolu 22

Artikolu 19(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 20

Artikolu 26

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 21(1)

Artikolu 29(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 29(2)

Artikolu 21(3)(a)

Artikolu 21(3)(b)

Artikolu 29(3)(a)

Artikolu 21(3)(c)

Artikolu 29(3)(b)

Artikolu 30

Artikolu 22, l-ewwel paragrafu

Artikolu 31(1)

Artikolu 22, it-tieni subparagrafu

Artikolu 31(2)

Artikolu 31(3)

Artikolu 31(4)

Artikolu 32

Artikolu 23

Artikolu 33(1)

Artikolu 33(2)

Artikolu 24

Artikolu 34

Artikolu 24(1)

Artikolu 35(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(2)

Artikolu 35(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 35(2)

 

Artikolu 35(3)

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


Top