EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1787

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1787 tal-24 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/7632

OJ L 272, 25.10.2019, p. 140–146 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/10/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1533

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1787/oj

25.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/140


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1787

tal-24 ta’ Ottubru 2019

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa dwar l-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent meta r-riskju ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jwettqu l-Istati Membri individwalment.

(2)

Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ntgħarfet li l-livelli ta’ radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel li japplikaw fil-Ġappun. Din il-kontaminazzjoni tista’ tkun ta’ theddida għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (2). Dak ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 (4). Dan tal-aħħar ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 (5), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 (6), li mbagħad ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 (7).

(3)

Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6, skont kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2058 (8) jistipula li l-miżuri previsti fih iridu jiġu riveduti sat-30 ta’ Ġunju 2019, u biex jitqiesu aktar żviluppi fis-sitwazzjoni u fid-data dwar l-okkorrenzi ta’ radjuattività fl-għalf u fl-ikel għall-2017 u għall-2018, jixraq li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6.

(4)

Il-miżuri eżistenti ġew riveduti filwaqt li tqieset aktar minn 100 000data dwar l-okkorrenzi ta’ radjuattività fl-għalf u fl-ikel għajr iċ-ċanga u aktar minn 534 000data dwar l-okkorrenzi ta’ radjuattività fiċ-ċanga, li ngħataw mill-awtoritajiet Ġappuniżi, b’rabta mas-seba’ u mat-tmien staġuni ta’ tkabbir (Jannar 2017 sa Diċembru 2018) wara l-aċċident.

(5)

Id-data ppreżentata mill-awtoritajiet Ġappuniżi għall-2017 u l-2018, tipprovdi l-evidenza li ma ġie osservat l-ebda qbiż tal-livelli massimi ta’ radjuattività fl-għalf u fl-ikel li oriġina minn Chiba, minn Tochigi u minn Iwate matul it-tmien staġun ta’ tkabbir wara l-aċċident u ma għadx hemm il-ħtieġa li jintalab li jsiru l-kampjunar u l-analiżi tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Chiba, Tochigi u Iwate rigward il-preżenza tar-radjuattività qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(6)

Filwaqt li titqies id-data dwar l-okkorrenzi mogħtija mill-awtoritajiet Ġappuniżi għall-2017 u l-2018 għall-prodotti tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw mill-prefettura ta’ Fukushima, jixraq li jitneħħa r-rekwiżit ta’ kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-fażola tas-sojja, tal-petasit Ġappuniż (fuki), tal-feliċilla, tal-felċa rjali Ġappuniża u tal-felċa nagħma u tal-prodotti dderivati minnhom. Għall-għalf u l-ikel l-ieħor li joriġinaw minn dik il-prefettura, jixraq li jinżamm ir-rekwiżit ta’ kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(7)

Rigward il-prefetturi ta’ Miyagi, Ibaraki u Gunma, bħalissa huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi tal-faqqiegħ, tal-prodotti tas-sajd u ta’ ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti dderivati minnhom, qabel ma dawn jiġu esportati lejn l-Unjoni. Id-data dwar l-okkorrenzi fit-tmien staġun tipprovdi evidenza li jixraq li ma jibqgħux meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd, u ta’ ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti dderivati minnhom mill-prefetturi ta’ Miyagi, Ibaraki u Gunma, u tal-faqqiegħ mill-prefettura ta’ Ibaraki, qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Rigward il-pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti dderivati minnhom, jenħtieġ li l-kampjunar u l-analiżi ma jkunux meħtieġa għar-rimjiet tal-bambu li jiġu mill-prefetturi ta’ Ibaraki u Gunma, iżda jenħtieġ li jinżammu għall-prefettura ta’ Miyagi; u l-kampjunar u l-analiżi tal-felċa nagħma, u tal-felċa rjali Ġappuniża mill-prefettura ta’ Miyagi ma għadx hemm bżonn li jibqgħu jsiru. Min-naħa l-oħra, nstabu n-nuqqasijiet ta’ konformità fl-Aralia spp. mill-prefettura ta’ Gunma waqt it-tmien staġun tat-tkabbir u għaldaqstant jixraq li jkunu meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi tal-Aralia spp. u tal-prodotti dderivati minnha li jkunu ġejjin mill-prefettura ta’ Gunma qabel ma dawn jiġu esportati lejn l-Unjoni.

(8)

Fir-rigward tal-prefetturi ta’ Nagano u Niigata, fil-preżent huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi tal-faqqiegħ u ta’ ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati tagħhom u dderivati minnhom, qabel ma dawn jiġu esportati lejn l-Unjoni. Id-data dwar l-okkorrenzi fit-tmien staġun tat-tkabbir tipprovdi l-evidenza li jixraq li ma jibqgħux meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi tal-faqqiegħ minn dawn iż-żewġ prefetturi, u tal-pjanti selvaġġi li jittieklu, tal-felċa nagħma, tal-felċa rjali Ġappuniża u tal-Aralia spp. , u tal-prodotti dderivati minnhom li jkunu ġejjin mill-prefettura ta’ Nagano, qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(9)

Id-data dwar l-okkorrenzi fis-seba’ u fit-tmien staġuni tat-tkabbir tipprovdi l-evidenza li jixraq li jinżamm ir-rekwiżit ta’ kampjunar u analiżi tal-faqqiegħ u tal-koxjabura u tal-prodotti dderivati minnhom li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Shizuoka, Yamanashi u Yamagata qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(10)

Filwaqt li titqies id-data dwar l-okkorrenzi fis-seba’ u fit-tmien staġuni tat-tkabbir, jixraq li jiġu organizzati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 b’mod li jinġabru flimkien il-prefetturi li minnhom irid isir kampjunar u analiżi tal-istess ikel u għalf qabel l-esportazzjoni fl-Unjoni.

(11)

Il-kontrolli li jitwettqu mal-importazzjoni juru li l-kundizzjonijiet speċjali stipulati mil-liġi tal-Unjoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi u ilu aktar minn seba’ snin ma jinsab xi nuqqas ta’ konformità fil-kontrolli mal-importazzjoni. Għalhekk, jixraq li tinżamm frekwenza baxxa ta’ kontrolli mal-importazzjoni.

(12)

Jixraq li tiġi prevista reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 meta jkunu disponibbli r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi għall-preżenza ta’ radjuattività fl-ikel u fl-għalf tad-disa’ u tal-għaxar staġuni tat-tkabbir (2019 u 2020) wara l-aċċident, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(13)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

Il-ħut u l-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Anness II li jinqabdu jew jinħasdu fl-ibħra tal-kosta tal-prefettura ta’ Fukushima għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi, irrispettivament minn fejn jiġu żbarkati dawn il-prodotti.”.

(2)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Rieżami

Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel it-30 ta’ Ġunju 2021.”

(3)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness III huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/6 li telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 297/2011

(ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad-29 ta’ Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 tat-28 ta’ Marzu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 tal-5 ta’ Jannar 2016 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014

(ĠU L 3, 6.1.2016, p. 5).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2058 tal-10 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 294, 11.11.2017, p. 29).


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS II

Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni jeħtieġu li jitteħdulhom il-kampjuni u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

(a)   prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Fukushima:

il-faqqiegħ u l-prodotti dderivati minnu li jidħlu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, ex 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

il-ħut u l-prodotti tas-sajd li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 bl-eċċezzjoni ta’:

l-aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u l-aċċola ta’ denbha isfar (Seriola lalandi) li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 5985, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

iċ-ċervjola (Seriola dumerili) li tidħol taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 5985, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

il-pagru tal-Ġappun (Pagrus major) li jidħol taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 5985, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

is-sawrella imperjali (Pseudocaranx dentex) li tidħol taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 49 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 5985, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

it-tonn blu tal-Paċifiku(Thunnus orientalis) li jidħol taħt il-kodiċijiet ex 0302 35, ex 0303 45, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 14 41, ex 1604 14 48 u ex 1604 20 70;

il-kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jidħol taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00, ex 0303 54 10, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 49, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 30, ex 0305 54 90, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, 1604 15 u ex 1604 20 50;

l-Aralia spp. u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

ir-rimjiet tal-bambu (Phyllostachys pubescens) u l-prodotti dderivati minnhom li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 07 09 99, ex 0710 80, ex 0711 90, ex 0712 90, ex 2004 90 u 2005 91 00;

il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

il-kaki (Diospyros sp.) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM 0810 70 00, ex 0811 90, ex 0812 90 u ex 0813 50;

(b)   prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Miyagi

il-faqqiegħ u l-prodotti dderivati minnu li jidħlu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, ex 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

l-Aralia spp. u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

ir-rimjiet tal-bambu (Phyllostachys pubescens) u l-prodotti dderivati minnhom li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 07 09 99, ex 0710 80, ex 0711 90, ex 0712 90, ex 2004 90 u 2005 91 00;

il-feliċilla (Pteridium aquilinum) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(c)   prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Gunma

il-faqqiegħ u l-prodotti dderivati minnu li jidħlu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, ex 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

l-Aralia spp. u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(d)   prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Yamagata, jew Shizuoka:

il-faqqiegħ u l-prodotti dderivati minnu li jidħlu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, ex 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(e)   prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Ibaraki, Nagano jew Niigata:

il-koxjabura (rimjiet tal-Eleutherococcus sciadophylloides) u l-prodotti dderivati minnha li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(f)    prodotti komposti li fihom aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati taħt il-punti minn (a) sa (e) ta’ dan l-Anness.


ANNESS II

L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

Dikjarazzjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’

…(Prodott u pajjiż ta’ oriġini)

Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-LottNumru tad-Dikjarazzjoni

F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

(ir-rappreżentant awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6)

JIDDIKJARA li ……(il-prodotti msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6) ta’ din il-kunsinna magħmula minn: ………(deskrizzjoni tal-kunsinna, tal-prodott, tal-għadd u tat-tip ta’ pakketti, tal-piż gross jew nett) imbarkata minn …(il-post tal-imbarkazzjoni) nhar il- …(id-data tal-imbarkazzjoni) ittrasportata minn …(l-identifikazzjoni tat-trasportatur) diretta lejn … (il-post u l-pajjiż tad-destinazzjoni) li ġejja mill-istabbiliment …… (l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment)

hija konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137.

JIDDIKJARA li l-kunsinna tikkonċerna:

il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li nħasdu u/jew li ġew ipproċessati qabel il-11 ta’ Marzu 2011;

il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li ma joriġinawx u li mhumiex mibgħuta minn waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/1787, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott;

il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li huma mibgħuta minn, iżda ma joriġinawx f’waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott, u li matul it-tranżitu ma ġewx esposti għal radjuattività;

il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li joriġinaw minn waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott, u li tteħdulhom il-kampjuni nhar il- …(data) li ġew issuġġettati għall-analiżi fil-laboratorju nhar il- …(id-data) fil-laboratorju …(isem il-laboratorju), biex jiġu ddeterminati l-livelli ta’ radjunuklidi, ta’ ċesju-134 u ta’ ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż;

il-prodotti msemmijin fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1787 ta’ oriġini mhix magħrufa jew prodott idderivat minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawk il-prodotti bħala ingredjent(i) ta’ oriġini mhix magħrufa, li tteħdulhom il-kampjuni nhar il- …(data) u ġew issoġġettati għall-analiżi f’laboratorju nhar il- …(data) fil-laboratorju …(isem il-laboratorju), biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ radjunuklidi, ta’ ċesju-134 u ta’ ċesju-137. Ir-rapport analitiku huwa mehmuż.

Magħmul fi …nhar il …

Timbru u firma tar-rappreżentant awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 6(2) jew (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6


Top