EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0519

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/519 tat-28 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 22 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/1733

OJ L 87, 3.4.2018, p. 3–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/519/oj

3.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/519

tat-28 ta' Marzu 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 22 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fit-8 ta' Diċembru 2016, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB - International Accounting Standards Board) ħareġ Interpretazzjoni 22 Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS - International Accounting Standards Board). L-Interpretazzjoni tikkjarifika l-kontabbiltà għal tranżazzjonijiet li jinkludu l-irċevuta jew il-ħlas ta' korrispettiv bil-quddiem f'munità barranija.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (European Financial Reporting Advisory Group - EFRAG) tikkonferma li l-Interpretazzjoni IFRS 22 tissodisfa l-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Interpretazzjoni IFRS 22 Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem għandha tiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data ta' bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).


ANNESS

Interpretazzjoni 22 tal-IFRIC

Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem

REFERENZI

Il-Qafas Kunċettwali għar-Rappurtar Finanzjarju

IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji

IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju

SFOND

1.

Il-paragrafu 21 tal-IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju jeħtieġ li entità tirreġistra tranżazzjoni f'munita barranija, mar-rikonoxximent inizjali fil-munita funzjonali tagħha, billi tapplika għall-ammont f'munita barranija r-rata tal-kambju spot bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija (ir-rata tal-kambju) fid-data tat-tranżazzjoni. Il-paragrafu 22 tal-IAS 21 jiddikjara li d-data tat-tranżazzjoni hija d-data li fiha t-tranżazzjoni tikkwalifika l-ewwel għal rikonoxximent skont l-Istandards tal-IFRS (Standards).

2.

Jekk entità tħallas jew tirċievi korrispettiv bil-quddiem f'munita barranija, hija ġeneralment tirrikonoxxi obbligazzjoni ta' assi mhux monetarju jew responsabbiltà mhux monetarja (1) qabel ir-rikonoxximent tal-assi, nefqa jew introjtu relatat. L-assi, in-nefqa jew l-introjtu (jew parti minnu) relatat huwa l-ammont rikonoxxut li japplika l-Istandards rilevanti, li jirriżulta fid-dekontabilizzar tal-assi mhux monetarju jew ir-responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-korrispettiv bil-quddiem.

3.

Il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS (il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet) inizjalment irċieva mistoqsija li tistaqsi kif għandha tiġi determinata “d-data tat-tranżazzjoni” li tapplika l-paragrafi 21–22 tal-IAS 21 meta jiġi rikonoxxut id-dħul. Il-mistoqsija indirizzat b'mod speċifiku ċirkustanzi li fihom entità tirrikonoxxi responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem qabel ma tirrikonoxxi d-dħul relatat. Meta ddiskuta l-kwistjoni, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet innota li l-irċevuta jew il-pagament bil-quddiem ta' korrispettiv f'munita barranija mhuwiex ristrett għal tranżazzjonijiet ta' dħul. Għaldaqstant, il-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet iddeċieda li jiċċara d-data tat-tranżazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju għal użu fuq rikonoxximent inizjali tal-assi, nefqa jew introjtu relatat meta entità tkun irċeviet jew ħallset korrispettiv bil-quddiem f'munita barranija.

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

4.

Din l-Interpretazzjoni tapplika għal tranżazzjoni f'munita barranija (jew parti minnha) meta entità tirrikonoxxi assi mhux monetarju jew responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-pagament jew l-irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem qabel l-entità tirrikonoxxi l-assi, in-nefqa jew l-introjtu relatat (jew parti minnu).

5.

Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax meta entità tkejjel l-assi, in-nefqa jew l-introjtu relatat fuq rikonoxximent inizjali:

(a)

b'valur ġust; jew

(b)

bil-valur ġust tal-korrispettiv imħallas jew riċevut f'data aktar tard minn dik tar-rikonoxximent inizjali tal-assi mhux monetarju jew ir-responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta minn korrispettiv bil-quddiem (pereżempju, il-kejl ta' avvjament li japplika Kombinamenti ta' Negozji tal-IFRS 3).

6.

Entità mhijiex meħtieġa li tapplika din l-Interpretazzjoni fuq:

(a)

taxxi fuq l-introjtu; jew

(b)

kuntratti tal-assigurazzjoni (li jinkludu kuntratti ta' riassigurazzjoni) li toħroġ hi jew kuntratti ta' riassigurazzjoni li żżomm.

ĦRUĠ

7.

Din l-Interpretazzjoni tindirizza kif għandha tiġi determinata d-data tat-tranżazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju għal użu fuq rikonoxximent inizjali tal-assi, in-nefqa jew l-introjtu relatat (jew parti minnu) dwar id-dekontabilizzar ta' assi mhux monetarju jew responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-pagament jew mill-irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem f'munita barranija.

KUNSENS

8.

Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 21-22 tal-IAS 21, id-data tat-tranżazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju għal użu fuq rikonoxximent inizjali tal-assi, in-nefqa jew l-introjtu relatat (jew parti minnu) hija d-data li fiha entità tirrikonoxxi inizjalment l-assi mhux monetarju jew ir-responsabbiltà mhux monetarja li tirriżulta mill-pagament jew mill-irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem.

9.

Jekk hemm diversi pagamenti jew irċevuti bil-quddiem, l-entità għandha tiddetermina data tat-tranżazzjoni għal kull pagament jew irċevuta ta' korrispettiv bil-quddiem.


(1)  Pereżempju, il-paragrafu 106 ta' IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti jeħtieġ li jekk klijent iħallas korrispettiv, jew entità jkollha dritt għal ammont ta' korrispettiv li huwa inkundizzjonat (jiġifieri riċevibbli), qabel ma l-entità tittrasferixxi oġġett jew servizz lill-klijent, l-entità għandha tippreżenta l-kuntratt bħala responsabbiltà tal-kuntratt meta jsir il-pagament jew meta l-pagament ikun dovut (skont liema jiġi l-ewwel).

Appendiċi A

Data u tranżizzjoni effettiva

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-IFRIC 22 u għandu l-istess awtorità ta' partijiet oħra tal-IFRIC 22.

DATA EFFETTIVA

A1

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi ta' rapportar annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

TRANŻIZZJONI

A2

Mal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni jew:

(a)

billi tapplika b'mod retrospettiv Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji tal-IAS 8; jew

(b)

prospettivament għall-assi, l-infiq u l-introjtu kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-Interpretazzjoni rikonoxxuti inizjalment jew wara:

(i)

il-bidu tal-perjodu ta' rapportar li fih l-entità tapplika għall-ewwel darba din l-Interpretazzjoni; jew

(ii)

il-bidu ta' perjodu ta' rappurtar preċedenti ppreżentat bħala informazzjoni komparattiva fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-perjodu ta' rapportar li fih l-entità tapplika għall-ewwel darba din l-Interpretazzjoni.

A3

Entità li tapplika l-paragrafu A2(b) għandha, mal-applikazzjoni inizjali, tapplika l-Interpretazzjoni għal assi, infiq u introjtu rikonoxxuti inizjalment fil-bidu tal-perjodu ta' rapportar jew wara fil-paragrafu A2(b)(i) jew (ii) li għalihom l-entità rrikonoxxiet assi mhux monetarji jew responsabbiltajiet mhux monetarji li jirriżultaw mill-korrispettiv bil-quddiem qabel dik id-data.

Appendiċi B

L-emenda f'dan l-Appendiċi għandha tkun applikata għal perjodi annwali ta' rapportar li jibdew fl-1 ta' Lulju 2018 jew wara. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, din l-emenda għandha tkun applikata għal dak il-perjodu aktar bikri.

Emenda għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

Il-paragrafu 39AC ġie miżjud.

39AC

Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem tal-IFRIC 22 żied il-paragrafu D36 u emenda l-paragrafu D1. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRIC 22.

Fl-Appendiċi D, huwa emendat il-paragrafu D1. Ġew miżjuda intestatura u l-paragrafu D36.

D1

Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin:

(a)

tranżazzjonijiet ta' pagament ibbażat fuq l-azzjonijiet (il-paragrafi D2 u D3);

(b)

(t)

deżinjazzjoni ta' kuntratti sabiex wieħed jixtri jew ibigħ entrata mhux finanzjarja (il-paragrafu D33);

(u)

dħul (il-paragrafi D34 u D35); u

(v)

tranżazzjonijiet f'munita barranija u korrispettiv bil-quddiem (il-paragrafu D36).

Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem

D36

Min juża għall-ewwel darba ma għandux għalfejn japplika l-IFRIC 22 Tranżazzjonijiet f'Munita Barranija u Korrispettiv bil-Quddiem lil assi, infiq u introjtu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-Interpretazzjoni inizjalment rikonoxxuti qabel id-data ta' tranżizzjoni għall-Istandards tal-IFRS.


Top