EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2056

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2056 tat-22 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

C/2017/5716

OJ L 294, 11.11.2017, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/2056/oj

11.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/26


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2056

tat-22 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 (2) jistabbilixxi li azzjonijiet innovattivi urbani jridu jiġu implimentati fi żmien perjodu massimu ta' tliet snin. Madankollu, perjodu itwal jista' jkun neċessarju biex jippermetti lill-awtoritajiet urbani biex jivverifikaw b'mod sħiħ l-aspetti kollha tas-soluzzjonijiet innovattivi proposti, biex jiġbru r-riżultati u biex jiżguraw it-trasferibbiltà tas-soluzzjonijiet lil awtoritajiet urbani oħra fl-Unjoni.

(2)

Sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni sħiħa ta' soluzzjonijiet innovattivi u kumplessi, b'tali mod li l-azzjonijiet innovattivi jipproduċu b'mod sħiħ il-valur miżjud tagħhom, il-qafas ta' żmien previst fir-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 jenħtieġ għalhekk li jiġi estiż b'sena.

(3)

Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

(4)

Sabiex ikun żgurat li l-emenda tar-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 tiġi applikata fil-kuntest tas-sejħa li jmiss, li hija ppjanata għal Diċembru 2017, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Kull azzjoni innovattiva għandha tiġi implimentata fi żmien perjodu massimu ta' erba' snin”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 1).


Top