EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0791

Regolament tal-kummissjoni (UE) Nru 791/2012 tat- 23 ta’ Awwissu 2012 li jemenda, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kummerċ fl-ispeċijiet tal-fawna u l-flora selvaġġi, ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

OJ L 242, 7.9.2012, p. 1–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 020 P. 264 - 275

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/791/oj

7.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 791/2012

tat-23 ta’ Awwissu 2012

li jemenda, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kummerċ fl-ispeċijiet tal-fawna u l-flora selvaġġi, ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun irregolat il-kummerċ fihom (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 19(2), (3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu implimentati ċerti Riżoluzzjonijiet adottati fil-ħmistax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), minn hawn ‘il quddiem “il-Konvenzjoni”, ċerti dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati u għandhom jiżdiedu iktar dispożizzjonijiet għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (2).

(2)

L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 wriet li xi dispożizzjonijiet fih għandhom jiġu emendati sabiex jiġi żgurat li dak ir-Regolament jiġi implimentat fl-Unjoni b’mod armonizzat u effiċjenti.

(3)

Għalhekk, għandhom jinbidlu d-dispożizzjonijiet marbuta mal-kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni u l-immarkar tal-kampjuni, il-ħruġ retrospettiv ta’ ċerti dokumenti, il-kundizzjonijiet li bihom jistgħu jinħarġu ċertifikati ta’ sjieda personali, ir-reġim applikat għall-effetti personali u domestiċi fi ħdan l-Unjoni kif ukoll għall-esportazzjoni mill-ġdid tagħhom, il-kundizzjonijiet li bihom il-kampjuni tal-“Anness A” jistgħu jkunu soġġetti għal attivitajiet kummerċjali fi ħdan l-Unjoni, u l-kundizzjonijiet li japplikaw għal ċertifikati maħruġa minn qabel.

(4)

L-Artikoli 2 u 3 kif ukoll l-Annessi I sa VI għar-Regolament (KE) Nru 865/2006 għandhom jitħassru minn dak ir-Regolament billi se jsiru parti integrali minn Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 (3) ġdid adottat taħt l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4).

(5)

Fil-ħmistax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, ġew aġġornati r-referenzi standard għan-nomenklatura li għandhom jintużaw biex jindikaw l-ismijiet xjentifiċi tal-ispeċijiet fil-permessi u ċ-ċertifikati. Għaldaqstant dawn il-bidliet għandhom jiġu riflessi fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-preambolu, is-sentenza marbuta mal-bażi legali tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 hija ssostitwita minn dan li ġej:

“Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun irregolat l-kummerċ fihom (*), u b’mod partikolari l-Artikoli 19(2), (3) u (4) tiegħu,

(*)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.”;"

(2)

Fl-Artikolu 1, jiddaħħlu l-punti segwenti (4a) u (4b):

“(4a)

‘ħażna kkultivata ta’ ġenituri’ tfisser l-insjem tal-pjanti kkoltivati taħt kundizzjonijiet ikkontrollati li jintużaw għar-riproduzzjoni, u li kellhom jiġu, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti, f’konsultazzjoni ma’ awtorità xjentifika kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat:

(i)

stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet taċ-CITES u liġijiet nazzjonali rilevanti u b’mod li ma jkunx ta’ detriment għas-soppravivenza tal-ispeċijiet fil-ħajja selvaġġa; kif ukoll

(ii)

miżmuma fi kwantitajiet suffiċjenti għall-propagazzjoni sabiex jiġi mminimizzat jew eliminat il-bżonn tat-tkattir mis-selvaġġ, b’tkattir bħal dan li jseħħ biss bħala eċċezzjoni u limitat għall-ammont meħtieġ biex tinżamm is-saħħa u l-produttività tal-ħażna kkultivata ta’ ġenituri;

(4b)

‘trofew tal-kaċċa’ tfisser annimal sħiħ, jew parti jew derivat ta’ annimal li jingħarfu faċilment, speċifikati fuq kwalunkwe permess jew ċertifikat ta’ akkumpanjament taċ-CITES li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikunu nejjin, ipproċessati jew manifatturati;

(ii)

ikunu nkisbu legalment mill-kaċċatur permezz ta’ kaċċa għall-użu personali tal-kaċċatur;

(iii)

ikunu qed jiġu importati, esportati jew esportati mill-ġdid mill-kaċċatur jew f’ismu, bħala parti mit-trasferiment mill-pajjiż tal-oriġini tiegħu, sakemm jaslu fl-Istat tar-residenza normali tal-kaċċatur;”

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Il-formoli msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 (**) għandhom jimtlew billi jiġu ttajpjati.

(**)  ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13.”."

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-formoli 1 sa 4 tal-Anness I ipprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012, formoli 1 u 2 tal-Anness II pprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012, formoli 1 u 2 tal-Anness III pprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012, formoli 1 u 2 tal-Anness V ipprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012, il-folji ta’ kontinwazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 u t-tikketti msemmija fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 ma jistax ikun fihom tħassir jew modifiki, sakemm dak it-tħassir jew modifiki ma jkunux ġew awtentikati mit-timbru u l-firma tal-awtorità amministrattiva emittenti. Fil-każ tan-notifikazzjonijiet tal-importazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 u l-folji ta’ kontinwazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012, it-tħassir jew l-emendi jistgħu wkoll jiġu awtentikati mit-timbru u mill-firma tal-uffiċju tad-dwana tal-introduzzjoni.”;

(4)

Fl-Artikolu 5a, l-ewwel subparagrafu qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ eżemplari ta’ pjanti li ma jibqgħux jikkwalifikaw għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jew tar-Regolament (KE) Nru 338/97 skont in-‘Noti dwar l-interpretazzjoni tal-Annessi A, B, C, u D’ fl-Anness għalih, skont liema ġew legalment esportati u importati, il-pajjiż li jrid jiġi indikat fil-kaxxa 15 tal-formoli fl-Anness I u III pprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012, il-kaxxa 4 tal-formoli fl-Anness II pprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012, u l-kaxxa 10 tal-formoli fl-Anness V pprovduti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jista’ jkun il-pajjiż fejn il-kampjuni ma jkunux baqgħu jikkwalifikaw għall-eżenzjoni.”;

(5)

L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Annessi għall-formoli

1.   Jekk anness mehmuż ma’ xi formola msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 ikun parti integrali minn dik il-formola, dak il-fatt u l-għadd tal-paġni għandhom ikunu indikati biċ-ċar fuq il-permess jew ċertifikat ikkonċernat u kull paġna tal-Anness trid tinkludi li ġej:

(a)

in-numru tal-permess jew ċertifikat u d-data tal-ħruġ tiegħu;

(b)

il-firma u t-timbru jew is-siġill tal-awtorità amministrattiva li ħarġet il-permess jew iċ-ċertifikat.

2.   Meta l-formoli msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jintużaw għal iktar minn speċi waħda f’konsenja, għandu jinhemeż anness li, b’żieda mal-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu, għal kull speċi fil-konsenja, jirriproduċi l-kaxxi 8 sa 22 tal-formola kkonċernata kif ukoll l-ispazji li jkun hemm fil-kaxxa 27 tagħha għall-inklużjoni tal-‘kwantità/massa netta attwalment importata jew (ri-)esportata’ u, fejn xieraq, ‘l-għadd ta’ annimali mejta mal-wasla’.

3.   Meta l-formoli msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jintużaw għal iktar minn speċi waħda, għandu jinhemeż anness illi, b’żieda mal-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu, għal kull speċi, jirriproduċi l-kaxxi 8 sa 18 tal-formola kkonċernata.

4.   Meta l-formoli msemmija fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jintużaw għal iktar minn speċi waħda, għandu jiġi mehmuż anness illi, b’żieda mal-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu, għal kull speċi, jirriproduċi l-kaxxi 4 sa 18 tal-formola kkonċernata.”;

(6)

Fl-Artikolu 7, għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Il-permessi tal-esportazzjoni u ċ-ċertifikati tar-riesportazzjoni għandhom jiġu approvati, bil-kwantità, firma u timbru, minn uffiċjali tal-pajjiż tal-esportazzjoni jew tar-riesportazzjoni, fil-parti tad-dokument li tikkonċerna l-approvazzjoni tal-esportazzjoni. Jekk id-dokument tal-esportazzjoni ma jkunx ġie approvat mal-waqt tal-esportazzjoni, l-awtorità amministrattiva għandha tikkoordina mal-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tal-esportazzjoni u tikkunsidra ċirkostanzi jew dokumenti estenwanti għad-determinazzjoni tal-aċċettabbiltà tad-dokument.”;

(7)

Fl-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Id-dokumenti għandhom jinħarġu u jintużaw skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet preskritti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 338/97, u partikolarment l-Artikolu 11(1) sa (4) tar-Regolament tal-aħħar. Il-permessi u ċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu fuq karta jew f’format elettroniku.”;

(8)

Fl-Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Ċertifikati maħruġa skont l-Artikoli 48 u 63 għandhom ikunu speċifiċi għat-transazzjoni sakemm il-kampjuni koperti minn dawn iċ-ċertifikati ma jkunux immarkati unikament u permanentament jew, fil-każ ta’ eżemplari mejta li ma jistgħux jiġu mmarkati, identifikati b’mezzi oħrajn.”;

(9)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3a.   Fil-każ ta’ annimali ħajjin ta’ proprjetà personali, miksuba legalment u miżmuma għal għanijiet personali u mhux kummerċjali, li għalihom jinħareġ permess ta’ importazzjoni skont il-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, attivitajiet kummerċjali, kif definiti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, għandhom jiġu pprojbiti għal sentejn (2) mid-data tal-ħruġ tal-permess, u ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni waqt dak il-perjodu għal kampjuni tal-ispeċijiet tal-Anness A, kif ipprovdut fl-Artikolu 8(3) ta’ dak ir-Regolament.

Fil-każ ta’ permessi tal-importazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, għal kampjuni ta’ annimali ħajjin ta’ proprjetà personali u għal kampjuni ta’ speċijiet elenkati fl-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 338/97 u msemmija fl-Artikolu 4(5)(b) tiegħu, fil-kaxxa 23 għandha tiddaħħal l-istipulazzjoni ‘b’deroga mill-Artikoli 8(3) jew (5) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, attivitajiet kummerċjali, kif stipulati fl-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament, għandhom ikunu pprojbiti għal tal-anqas sentejn (2) mid-data tal-ħruġ ta’ dan il-permess.’ ”;

(10)

Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Fil-każ ta’ kampjuni għajr annimali ħajjin, l-awtorità amministrattiva għandha tehmeż maċ-ċertfikat tal-wirja li tivjaġġa folja tal-inventarju li turi, għal kull kampjun, l-informazzjoni meħtieġa fil-kaxxi 8 sa 18 tal-formola mudell fl-Anness III pprovdut fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012.”;

(11)

Fl-Artikolu 37, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikati ta’ proprjetà personali lis-sid legali tal-annimali ħajjin miksuba legalment, miżmuma għal għanijiet personali u mhux kummerċjali.”;

(12)

Fl-Artikolu 45(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Awtoritajiet amministrattivi li jirċievu dawn id-dokumenti għandhom mingħajr dewmien jgħaddu dawk maħruġa minn Stati Membri oħra lill-awtoritajiet amministrattivi relevanti, flimkien ma’ kull dokument ta’ appoġġ maħruġ skont il-Konvenzjoni. Għal raġunijiet ta’ rappurtar, in-notifikazzjonijiet tal-importazzjoni oriġinali għandhom ukoll jgħaddu għand l-awtoritajiet amminstrattivi tal-pajjiż tal-importazzjoni, meta dan ikun differenti mill-pajjiż fejn il-kampjun jkun ġie introdott fl-Unjoni.”;

(13)

Fl-Artikolu 52, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   It-tikketti msemmijin fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 għandhom jintużaw biss għal ċaqliq bejn xjentisti rreġistrati kif xieraq u istituzzjonijiet xjentifiċi, ta’ self mhux kummerċjali, donazzjonijiet u skambji ta’ eżemplari tal-erbarji, eżemplari tal-mużewijiet preżervati, imnixxfa jew ingastati, u materjal ħaj ta’ pjanti għall-istudju xjentifiku.”;

(14)

L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-ħażna kkultivata ta’ ġenituri hija stabbilita u mantnuta skont id-definizzjoni fl-Artikolu 1(4a).”;

(b)

Il-punt (c) jitħassar;

(c)

Il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

fil-każ ta’ pjanti mlaqqmin, kemm ix-xtieli bl-għeruq kif ukoll il-pjanti mlaqqmin ikunu tnisslu artifiċjalment skont il-punti (a) u (b).”;

(d)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Injam u partijiet jew derivati oħra tas-siġar meħuda minn siġar imkabbrin fi pjantaġġuni monospeċifiċi għandhom jitqiesu bħala li tnisslu artifiċjalment skont il-paragrafu 1.”;

(15)

Fl-Artikolu 58, jiddaħħal paragrafu 3a ġdid:

“3a.   Ir-riesportazzjoni, minn persuna li ma tirrisjedix normalment fl-Unjoni, ta’ effetti personali jew domestiċi akkwistati barra l-Istat tar-residenza tas-soltu tiegħu/tagħha, inklużi trofej tal-kaċċa personali, li huma kampjuni tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għandha teħtieġ il-preżentazzjoni lid-dwana ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni.”;

(16)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 58a li ġej:

“Artikolu 58a

Użu kummerċjali ta’ effetti personali u domestiċi fi ħdan l-Unjoni

1.   Attivitajiet kummerċjali għal eżemplari ta’ speċijiet elenkati fl-Anness B li jiddaħħlu fl-Unjoni skont l-Artikolu 57 jistgħu jiġu awtorizzta minn awtorità amministrattiva ta’ Stat Membru skont il-kundizzjonijiet li ġejjin biss:

(a)

l-applikant irid juri li l-kampjun ġie introdott fl-Unjoni mill-inqas sentejn qabel ma jkun jista’ jintuża għal għan kummerċjali, u

(b)

l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat tkun ivverifikat li l-kampjun kkonċernat seta’ ġie importat għal għanijiet kummerċjali skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 fiż-żmien meta ġie introdott fl-Unjoni.

Ġaladarba jkunu ġew sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet, l-awtorità amministrattiva għandha toħroġ stqarrija miktuba li tgħid li l-kampjun jista’ jintuża għal għanijiet kummerċjali.

2.   Attivitajiet kummerċjali għal eżemplari ta’ speċijiet elenkati fl-Anness A li jiddaħħlu fl-Unjoni skont l-Artikolu 57 għandhom jiġi pprojbiti.”;

(17)

Fl-Artikolu 59, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   L-eżenzjoni għal eżemplari msemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għandha tingħata biss meta l-applikant ikun issodisfa lill-awtorità amministrattiva kompetenti li l-kampjuni kkonċernati jkunu nkisbu skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar il-konservazzjoni tal-fawna u l-flora selvaġġi.”;

(18)

Fl-Artikolu 62, jiżdiedu l-punti (4) u (5) li ġejjin:

“(4)

eżemplari mejta ta’ tal-ispeċi Crocodylia inklużi fl-AnnessA bil-kodiċi tas-sors D, sakemm ikunu mmarkati jew identifikati b’mezzi oħra skont dan ir-Regolament;

(5)

kavjar ta’ Acipenser brevirostrum u l-ibridi tiegħu, bil-kodiċi tas-sors D, sakemm ikun f’kontenitur immarkat skont dan ir-Regolament.”;

(19)

Fl-Artikolu 63, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Ċertifikati maħruġa minn qabel ikunu validi biss darba jkunu mtlew u tkun intbagħtet kopja taċ-ċertifikat lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mill-applikant.”.

(20)

Fl-Artikolu 65(4), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Dan ma japplikax għal eżemplari ta’ speċijiet elenkati fl-Anness X għal dan ir-Regolament sakemm annotazzjoni fl-Anness X tippreskrivi l-immarkar.”;

(21)

Fl-Artikolu 66(4), it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Iċ-ċertifikati speċifiċi għall-kampjuni, iċ-ċertifikati għall-wirja li tivvjaġġa u ċ-ċertifikati ta’ proprjetà personali ma għandhomx jinħarġu fir-rigward ta’ eżemplari bħal dawn.”

(22)

Fl-Artikolu 72, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu joħorġu permessi ta’ importazzjoni u esportazzjoni, ċertifikati ta’ riesportazzjoni, ċertifikati tal-wirja li tivjaġġa u ta’ sjieda personali fil-formoli pprovduti fl-Annessi I, III u IV, notifikazzjonijiet tal-importazzjoni fil-formola pprovduta fl-Anness II u ċertifikati tal-UE fil-formola pprovduta fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 865/2006 għal sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012.”;

(23)

L-Anness VIII huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(24)

Punt 2 tal-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringiela li tikkorrispondi għall-kodiċi R tiġi sostitwita b’li ġej:

“R Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħal bajd jew frieħ mis-selvaġġ, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa ħafna li jissoppravvivu sal-adultezza”;

(b)

Ir-ringiela li tikkorrispondi għall-kodiċi D tiġi sostitwita b’li ġej:

“D Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu”;

(c)

Ir-ringiela li tikkorrispondi għall-kodiċi C tiġi sostitwita b’li ġej:

“C Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolamentm (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-27 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.

(3)  Ara paġna 13 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS

“ANNESS VIII

Referenzi standard għan-nomenklatura li għandhom jintużaw skont l-Artikolu 5(4) biex jindikaw ismijiet xjentifiċi ta’ speċijiet fil-permessi u ċ-ċertifikati

FAWNA

(a)   Mammalia

Wilson, D. E. & Reeder, D. M. (ed.) 2005. Mammal Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Third edition, Vol. 1-2, xxxv + 2142 pp. John Hopkins University Press, Baltimore. (għall-mammiferi kollha — bl-eċċezzjoni tal-għarfien tal-ismijiet li ġejjin għal forom selvaġġi tal-ispeċi (bi preferenza għall-ismijiet fil-forom domestiċi): Bos gaurus, Bos mutus, Bubalus arnee, Equus africanus, Equus przewalskii, Ovis orientalis ophion u bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet imsemmija taħt)

Wilson, D. E. & Reeder, D. M. 1993. Mammal Species of the World: a Taxonomic and Geographic Reference. Second edition. xviii + 1207 pp., Smithsonian Institution Press, Washington. (għal Loxodonta africana u Ovis vignei)

Beasley, I., Robertson, K. M. & Arnold, P. W. (2005): Description of a new dolphin, the Australian Snubfin Dolphin, Orcaella heinsohni sp. n. (Cetacea, Delphinidae). Marine Mammal Science 21(3): 365-400. [għal Orcaella heinsohni]

Caballero, S., Trujillo, F., Vianna, J. A., Barrios-Garrido, H., Montiel, M. G., Beltrán-Pedreros, S., Marmontel, M., Santos, M. C., Rossi-Santos, M. R., Santos, F. R. & Baker, C. S. (2007). Taxonomic status of the genus Sotalia: species level ranking for ‘tucuxi’ (Sotalia fluviatilis) and ‘costero’ (Sotalia guianensis) dolphins. Marine Mammal Science 23: 358-386 [għal Sotalia fluviatilis u Sotalia guianensis]

Merker, S. & Groves, C. P. (2006): Tarsius lariang: A new primate species from Western Central Sulawesi. Ġurnal Internazzjonali tal-Primatoloġija 27(2): 465-485. [għal Tarsius lariang]

Rice, D. W., 1998: Marine Mammals of the World. Systematics and Distribution, Society of Marine Mammalogy Special Publication Number 4, The Society for Marine Mammalogy, Lawrence, Kansas [għal Physeter macrocephalus u Platanista gangetica]

Wada, S., Oishi, M. & YAMADA, T. K. (2003): A newly discovered species of living baleen whales. Natura 426 278-281. [għal Balaenoptera omurai]

(b)   Aves

Morony, J. J., Bock, W. J. and Farrand, J., Jr. 1975. A Reference List of the Birds of the World. American Museum of Natural History. (għal ismijiet ta’ għasafar fuq il-livelli tal-ordni u tal-familja)

Dickinson, E.C. (ed.) 2003. The Howard and Moore Complete Checklist of the Birds of the World. Revised and enlarged 3rd Edition. 1039 pp. Christopher Helm, London.

Dickinson, E.C. 2005. Corrigenda 4 (2.6.2005) to Howard & Moore Edition 3 (2003) http://www.naturalis.nl/sites/naturalis.en/contents/i000764/corrigenda%204_final.pdf (CITES website) [għall-ispeċijiet kollha tal-għasafar – minbarra l-gruppi tassonomiċi msemmija hawn taħt]

Arndt, T. (2008): Anmerkungen zu einigen Pyrrhura-Formen mit der Beschreibung einer neuen Art und zweier neuer Unterarten. – Papageien, 8: 278-286. [għal Pyrrhura parvifrons]

Collar, N. J. 1997. Family Psittacidae (Parrots). in del Hoyo, J., Elliot, A. and Sargatal, J. eds. Handbook of the Birds of the World. 4. Sandgrouse to Cuckoos: 280-477: Lynx Edicions, Barcelona. (għal Psittacus intermedia u Trichoglossus haematodus)

Collar, N. J. (2006). A partial revision of the Asian babblers (Timaliidae). – Forktail, 22: 85-112. [għal Garrulax taewanus]

Cortés-Diago, A., Ortega, L. A., Mazariegos-Hurtado, L. & Weller, A.-A. (2007): A new species of Eriocnemis (Trochilidae) from southwest Colombia. – Ornitologia Neotropical, 18: 161-170. [għal Eriocnemis isabellae]

da Silva, J. M. C., Coelho, G. and Gonzaga, p. 2002. Discovered on the brink of extinction: A new species of pygmy owl (Strigidae: Glaucidium) from Atlantic forest of northeastern Brazil. Ararajuba 10 (2): 123-130. [għal Glaucidium mooreorum]

Gaban-Lima, R., Raposo, M. A. & Hofling, E. (2002):Description of a new species of Pionopsitta (Aves: Psittacidae) endemic to Brazil. – Auk, 119: 815-819. [għal Pionopsitta aurantiocephala]

Indrawan, M. & Somadikarta, S. (2004): A new hawk-owl from the Togian Islands, Gulf of Tomini, central Sulawesi, Indonesia. Bullettin tal-Klabb tal-Ornitoloġisti Brittaniċi 124: 160-171. [għal Ninox burhani]

Nemesio, A. & Rasmussen, C. (2009): The rediscovery of Buffon’s ‘Guarouba’ or ‘Perriche jaune’: two senior synonyms of Aratinga pintoi SILVEIRA, LIMA & HÖFLING, 2005 (Aves: Psittaciformes). Zootaxa, 2013: 1-16. [għal Aratinga maculata]

Parry, S. J., Clark, W. S. & Prakash, V. (2002) On the taxonomic status of the Indian Spotted Eagle Aquila hastata. – Ibis, 144: 665-675. [għal Aquila hastata]

Roselaar, C. S. & Michels, J. P. (2004): Nomenclatural chaos untangled, resulting in the naming of the formally undescribed Cacatua species from the Tanimbar Islands, Indonesia (Psittaciformes: Cacatuidae). – Zoologische Verhandelingen, 350: 183-196. [għal Cacatua goffiniana]

Warakagoda, D. H. & Rasmussen, P. C. (2004): A new species of scops-owl from Sri Lanka. Bullettin tal-Klabb tal-Ornitoloġisti Brittaniċi 124(2): 85-105. [għal Otus thilohoffmanni]

Whittaker, A. 2002. A new species of forest-falcon (Falconidae: Micrastur) from southeastern Amazonia and the Atlantic rainforests of Brazil. Wilson Bulletin 114: 421-445. [għal Micrastur mintoni]

(c)   Reptilia

Andreone, F., Mattioli, F., Jesu, R. and Randrianirina, J. E. 2001. Two new chameleons of the genus Calumma from north-east Madagascar, with observations on hemipenial morphology in the Calumma furcifer group (Reptilia, Squamata, Chamaeleonidae). Herpetological Journal 11: 53-68. [għall-Calumma vatosoa & Calumma vencesi]

Aplin, K. P., Fitch, A. J. & King, D. J. (2006): A new species of Varanus Merrem (Squamata: Varanidae) from the Pilbara region of Western Awstralja, with observations on sexual dimorphism in closely related species. Zootaxa, 1313: 1-38. [għal Varanus bushi]

Avila Pires, T. C. S. 1995. Lizards of Brazilian Amazonia. Zool. Verh. 299: 706 pp. [għat-Tupinambis]

Böhme, W. 1997. Eine neue Chamäleon art aus der Calumma gastrotaenia — Verwandtschaft Ost-Madagaskars. Herpetofauna (Weinstadt) 19 (107): 5-10. [għall-Calumma glawi]

Böhme, W. 2003. Checklist of the living monitor lizards of the world (family Varanidae). Zoologische Verhandelingen. Leiden 341: 1-43. [għall-Varanidae]

Böhme, W. & Ziegler, T. (2005): A new monitor lizard from Halmahera, Moluccas, Indonesia (Reptilia: Squamata: Varanidae). – Salamandra, 41(1/2): 51-59. [għal Varanus zugorum]

Branch, W. R. (2007): A new species of tortoise of the genus Homopus (Chelonia: Testudinidae) from southern Namibia. – African Journal of Herpetology, 56(1): 1-21. [għal Homopus solus]

Branch, W. R., Tolley, K. A. & Tilbury, C. R. (2006): A new Dwarf Chameleon (Sauria: Bradypodion Fitzinger, 1843) from the Cape Fold Mountains, South Africa. – African Journal Herpetology, 55(2): 123-141. [għal Bradypodion atromontanum]

Broadley, D. G. 1999. The southern African python, Python natalensis A. Smith 1840, is a valid species. –African Herp News 29: 31-32. [għal Python natalensis]

Broadley, D. G. 2006. CITES Standard reference for the species of Cordylus (Cordylidae, Reptilia) prepared at the request of the CITES Nomenclature Committee (CITES website Document NC2006 Doc. 8). [għall-Cordylus]

BURTON, F.J. 2004. Revision to Species Cyclura nubila lewisi, the Grand Cayman Blue Iguana. Caribbean Journal of Science, 40(2): 198-203. [għall-Cyclura lewisi]

Cei, J. M. 1993. Reptiles del noroeste, nordeste y este de la Argentina — herpetofauna de las selvas subtropicales, puna y pampa. Monografie XIV, Museo Regionale di Scienze Naturali. [għat-Tupinambis]

Colli, G. R., Péres, A. K. and da Cunha, H. J. 1998. A new species of Tupinambis (Squamata: Teiidae) from central Brazil, with an analysis of morphological and genetic variation in the genus. Herpetologica 54: 477-492 (għal Tupinambis cerradensis)

Dirksen, L. 2002. Anakondas. NTV Wissenschaft. [għall-Eunectes beniensis]

Domínguez, M., Moreno, L. V. & Hedges, S. B. (2006): A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from the Guanahacabibes Peninsula of Western Cuba. – Amphibia-Reptilia, 27 (3): 427-432. [għal Tropidophis xanthogaster]

Eidenmüller, B. & Wicker, R. (2004): Eine weitere neue Waranart aus dem Varanus prasinus-Komplex von der Insel Misol, Indonesien. – Sauria, 27(1): 3-8. [għal Varanus reisingeri]

Fitzgerald, L. A., Cook, J. A. & Luz Aquino, A. (1999): Molecular Phylogenetics and Conservation of Tupinambis (Sauria: Teiidae). Copeia 4: 894-905. [għal Tupinambis duseni]

Fritz, U. & Havaš, p. 2007. CITES Checklist of Chelonians of the World. – Vertebrate Zoology, 57(2): 149-368. Dresden ISSN 1864-5755 [mingħajr l-appendiċi tiegħu; għat-Testudines – bl-eċċezzjoni taż-żamma tal-ismijiet li ġejjin Mauremys iversoni, Mauremys pritchardi, Ocadia glyphistoma, Ocadia philippeni, Sacalia pseudocellata]

Glaw, F., Kosuch, J., Henkel, W. F., Sound, P. and Böhme, W. (2006): Genetic and morphological variation of the leaf-tailed gecko Uroplatus fimbriatus from Madagascar, with description of a new giant species. – Salamandra, 42: 129-144. [għal Uroplatus giganteus]

Glaw, F. & M. Vences (2007): A field guide to the amphibians and reptiles of Madagascar, third edition. Vences & Glaw Verlag, 496 pp. [għal Calumma ambreense]

Hallmann, G., Krüger, J. and Trautmann, G. (2008). Faszinierende Taggeckos. Die Gattung Phelsuma. 2. überarbeitete und erweiterte Auflage, 253 pp., Münster (Natur und Tier – Verlag). ISBN 978-3-86659-059-5. [għal Phelsuma spp., madankollu, biż-żamma ta’ Phelsuma ocellata]

Harvey, M. B., Barker, D. B., Ammerman, L. K. and Chippindale, P. T. 2000. Systematics of pythons of the Morelia amethistina complex (Serpentes: Boidae) with the description of three new species. Herpetological Monographs 14: 139-185. (għal Morelia clastolepis, Morelia nauta & Morelia tracyae, u l-elevazzjoni għal-livell ta’ speċi għal Morelia kinghorni)

Hedges, B. S., Estrada, A. R. and Diaz, L. M. 1999. New snake (Tropidophis) from western Cuba. Copeia 1999(2): 376- 381. [għat-Tropidophis celiae]

Hedges, B. S. and Garrido, O. 1999. A new snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from central Cuba. Journal of Herpetology 33: 436-441. [għat-Tropidophis spiritus]

Hedges, B. S., Garrido, O. and Diaz, L. M. 2001. A new banded snake of the genus Tropidophis (Tropidophiidae) from north-central Cuba. Journal of Herpetology 35: 615-617. [għat-Tropidophis morenoi]

Hedges, B. S. and Garrido, O. 2002. Journal of Herpetology 36: 157-161. [għat-Tropidophis hendersoni]

Hollingsworth, B.D. 2004. The Evolution of Iguanas: An Overview of Relationships and a Checklist of Species. pp. 19-44. In: Alberts, A.C, Carter, R.L., Hayes, W.K. & Martins, E.P. (Eds), Iguanas: Biology and Conservation. Berkeley (University of California Press). (għal Iguanidae għajr għall-għarfien ta’ Brachylophus bulabula, Phrynosoma blainvillii, P. cerroense u P. wigginsi bħala speċijiet validi]

Jacobs, H. J. 2003. A further new emerald tree monitor lizard of the Varanus prasinus species group from Waigeo, West Irian (Squamata: Sauria: Varanidae). Sauria: Varanidae). Salamandra 39(2): 65-74. [għall-Varanus boehmei]

Jesu, R., Mattioli, F. and Schimenti, G. 1999. On the discovery of a new large chameleon inhabiting the limestone outcrops of western Madagascar: Furcifer nicosiai sp. nov. (Reptilia, Chamaeleonidae). Doriana 7(311): 1-14. [għall-Furcifer nicosiai]

Keogh, J.S., Barker, D.G. & Shine, R. 2001. Heavily exploited but poorly known: systematics and biogeography of commercially harvested pythons (Python curtus group) in Southeast Asia. Biological Journal of the Linnean Society, 73: 113-129. [għall-Python breitensteini & Python brongersmai]

Keogh, J. S., Edwards, D. L., Fisher, R. N. & Harlow, P. S. (2008): Molecular and morphological analysis of the critically endangered Fijian iguanas reveals cryptic diversity and a complex biogeographic history. – Phil. Trans. R. Soc. B, 363(1508): 3413-3426. [għal Brachylophus bulabula]

Klaver, C. J. J. and Böhme, W. 1997. Chamaeleonidae. Das Tierreich 112: 85 pp. (għal Bradypodion, Brookesia, Calumma, Chamaeleo & Furcifer — ħlief għall-għarfien ta’ Calumma andringitaensis, C. guillaumeti, C. hilleniusi & C. marojezensis bħal speċijiet validi)

Koch, A., Auliya, M., Schmitz, A., Kuch, U. & Böhme, W. (2007): Morphological Studies on the Systematics of South East Asian Water Monitors (Varanus salvator Complex): Nominotypic Populations and Taxonomic Overview. – Mertensiella, 16: 109. [għal Varanus cumingi, Varanus marmoratus, Varanus nuchalis, Varanus togianus]

Lutzmann, N. & Lutzmann, H. (2004): Das grammatikalische Geschlecht der Gattung Calumma (Chamaeleonidae) und die nötigen Anpassungen einiger Art- und Unterartbezeichnungen. – Reptilia (Münster) 9(4): 4-5 (Addendum in issue 5: 13). [għal Calumma cucullatum, Calumma nasutum]

Manzani, P. R. and Abe, A. S. 1997. A new species of Tupinambis Daudin, 1802 (Squamata, Teiidae) from central Brazil. Boletim do Museu Nacional Nov. Ser. Zool. 382: 1-10. [għat-Tupinambis quadrilineatus]

Manzani, P. R. and Abe, A. S. 2002. Arquivos do Museu Nacional, Rio de Janeiro 60(4): 295-302. [għat-Tupinambis palustris]

Mariaux, J., Lutzmann, N. & Stipala, J. (2008): The two-horned chamaeleons of East Africa. – Zoological Journal Linnean Society, 152: 367-391. [għal Kinyongia vosseleri, Kinyongia boehmei]

Massary, J.-C. de & Hoogmoed, M. (2001): The valid name for Crocodilurus lacertinus auctorum (nec Daudin, 1802) (Squamata: Teiidae). Journal of Herpetology 35: 353-357. [għal Crocodilurus amazonicus]

McDiarmid, R. W., Campbell, J. A. and Touré, T. A. 1999. Snake Species of the World. A Taxonomic and Geographic Reference. Volum 1. The Herpetologists’ League, Washington, DC. (għal Loxocemidae, Pythonidae, Boidae, Bolyeriidae, Tropidophiidae & Viperidae — għajr għaż-żamma tal-ġeneri Acrantophis, Sanzinia, Calabaria & Lichanura u l-għarfien Epicrates maurus bħala speċi valida)

Montanucci, R.R. (2004): Geographic variation in Phrynosoma coronatum (Lacertilia, Phrynosomatidae): further evidence for a peninsular archipelago. Herpetologica 60: 117. [għal Phrynosoma blainvillii, Phrynosoma cerroense, Phrynosoma wigginsi]

Necas, P., Modry, D. & Slapeta, J. R. (2003): Chamaeleo (Triceros) narraioca n. sp. (Reptilia Chamaeleonidae), a new chamaeleon species from a relict montane forest of Mount Kulal, northern Kenya. – Tropical Zool., 16:1-12. [għal Chamaeleo narraioca]

Necas, P., Modry, D. & Slapeta, J. R. (2005): Chamaeleo (Triceros) ntunte n. sp. a new chamaeleon species from Mt. Nyiru, northern Kenya (Squamata: Sauria: Chamaeleonidae. – Herpetozoa, 18/3/4): 125-132. [għal Chamaeleo ntunte]

Pough, F. H., Andrews, R. M., Cadle, J. E., Crump, M. L., Savitzky, A. H. and Wells, K. D. 1998. Herpetology. (għad-delimitazzjoni tal-familji fi ħdan is-Sauria)

Praschag, P., Hundsdörfer, A. K. & Fritz, U. (2007): Phylogeny and taxonomy of endangered South and South-east Asian freshwater turtles elucidated by mtDNA sequence variation (Testudines: Geoemydidae: Batagur, Callagur, Hardella, Kachuga, Pangshura). – Zoologica Scripta, 36: 429-442. [għal Batagur borneoensis, Batagur dhongoka, Batagur kachuga, Batagur trivittata]

Praschag, P., Sommer, R. S., McCarthy, C., Gemel, R. & Fritz, U. (2008): Naming one of the world’s rarest chelonians, the southern Batagur. Zootaxa, 1758: 61-68. [għal Batagur affinis]

Raw, L. & Brothers, D. J. (2008): Redescription of the South African dwarf chameleon, Bradypodion nemorale Raw 1978 (Sauria: Chamaeleonidae), and description of two new species. – ZooNova 1 (1): 1-7. [għal Bradypodion caeruleogula, Bradypodion nkandlae]

Raxworthy, C.J. & Nussbaum, R.A. (2006): Six new species of Occipital-Lobed Calumma Chameleons (Squamata: Chamaeleonidae) from Montane Regions of Madagascar, with a New Description and Revision of Calumma brevicorne. Copeia 4: 711-734. [għal Calumma amber, Calumma brevicorne, Calumma crypticum, Calumma hafahafa, Calumma jejy, Calumma peltierorum, Calumma tsycorne]

Slowinski, J. B. and Wüster, W. 2000. A new cobra (Elapidae: Naja) from Myanmar (Burma). Herpetologica 56: 257-270. [għall-Naja mandalayensis]

Tilbury, C. 1998. Two new chameleons (Sauria: Chamaeleonidae) from isolated Afromontane forests in Sudan and Ethiopia. Bonner Zoologische Beiträge 47: 293-299. [għall-Chamaeleo balebicornutus & Chamaeleo conirostratus]

Tilbury, C. R., Tolley, K. A. & Branch, W. R. (2006): A review of the systematics of the genus Bradypodion (Sauria: Chamaeleonidae), with the description of two new genera. Zootaxa, 1363: 23-38. [għal Kinyongia adolfifriderici, Kinyongia carpenteri, Kinyongia excubitor, Kinyongia fischeri, Kinyongia matschiei, Kinyongia multituberculata, Kinyongia oxyrhina, Kinyongia tavetana, Kinyongia tenuis, Kinyongia ulugurensis, Kinyongia uthmoelleri, Kinyongia xenorhina, Nadzikambia mlanjense]

Tolley, K. A., Tilbury, C. R., Branch, W. R. & Mathee, C. A. (2004): Phylogenetics of the southern African dwarf chameleons, Bradypodion (Squamata: Chamaeleonidae. – Molecular Phylogen. Evol., 30: 354-365. [għal Bradypodion caffrum, Bradypodion damaranum, Bradypodion gutturale, Bradypodion transvaalense, Bradypodion ventrale]

Ullenbruch, K., Krause, P. & Böhme, W. (2007): A new species of the Chamaeleo dilepis group (Sauria Chamaeleonidae) from West Africa. – Tropical Zool., 20: 1-17. [għal Chamaeleo necasi]

Walbröl, U. & Walbröl, H. D. (2004): Bemerkungen zur Nomenklatur der Gattung Calumma (Gray, 1865) (Reptilia: Squamata: Chamaeleonidae. – Sauria, 26 (3): 41-44. [għal Calumma andringitraense, Calumma marojezense, Calumma tsaratanaense]

Wermuth, H. and Mertens, R. 1996 (reprint). Schildkröten, Krokodile, Brückenechsen. xvii + 506 pp. Jena (Gustav Fischer Verlag). (għal Crocodylia & Rhynchocephalia)

Wilms, T. 2001. Dornschwanzagamen: Lebensweise, Pflege, Zucht: 1-142 — Herpeton Verlag, ISBN 3-9806214-7-2. (għall-ġeneru Uromastyx)

Wüster, W. 1996. Taxonomic change and toxinology: systematic revisions of the Asiatic cobras Naja naja species complex. Toxicon 34: 339-406. [għan-Naja atra, Naja kaouthia, Naja oxiana, Naja philippinensis, Naja sagittifera, Naja samarensis, Naja siamensis, Naja sputatrix & Naja sumatrana]

Ziegler, T., Böhme, W. & Schmitz, A. (2007): A new species of the Varanus indicus group (Squamata, Varanidae) from Halmahera Island, Moluccas: morphological and molecular evidence. – Mitteilungen Museum Naturkunde Berlin, Zoologische Reihe, 83 (supplement): 109-119. [għal Varanus rainerguentheri]

Ziegler, T., Schmitz, A., Koch, A. & Böhme, W. (2007): A review of the subgenus Euprepiosaurus of Varanus (Squamata: Varanidae): morphological and molecular phylogeny, distribution and zoogeography, with an identification key for the members of the V. indicus and the V. prasinus species groups. Zootaxa, 1472: 1-28. [għal Varanus beccarii]

(d)   Amphibia

Brown, J.L., Schulte, R. & Summers, K. 2006. A new species of Dendrobates (Anura: Dendrobatidae) from the Amazonian lowlands of Peru. Zootaxa, 1152: 45-58. [għad-Dendrobates uakarii]

Glaw, F. & Vences, M. (2006): Phylogeny and genus-level classification of mantellid frogs (Amphibia, Anura). – Organisms, Diversity & Evolution, 6: 236-253. [għal Mantella ebenaui]

Jungfer, K.-H. & Böhme, W. (2004) A new poison-dart frog (Dendrobates) from northern central Guyana (Amphibia: Anura: Dendrobatidae). Salamandra 40(2): 99-104. [għal Dendrobates nubeculosus]

Lötters, S., Schmitz, A. & Reichle, S. (2006) A new cryptic species of poison frog from the Bolivian Yungas. – Herpetozoa, 18: 115-124. [għal Epipedobates yungicola]

Mueses-Cisneros, J. J., Cepeda-Quilindo, B. & Moreno-Quintero, V. (2008): Una nueva especies de Epipedobates (Anura: Dendrobatidae) del suroccidente de Colombia. – Pap. Avulsos Zool. Mus. Zool. San Paulo, 48:1-10. [għal Epipedobates narinensis]

Rueda-Almonacid, J. V., Rada, M., Sánchez-Pacheco, S. J., Velásquez-Álvarez, A. A. & Quevedo, A. (2006) Two new and exceptional poison dart frogs of the genus Dendrobates (Anura: Dendrobatidae) from the northeastern flank of the cordillera Central of Colombia. Zootaxa, 1259: 39-54. [għal Dendrobates daleswansoni, Dendrobates dorisswansonae]

Taxonomic Checklist of CITES listed Amphibians, information extracted from Frost, D.R. (ed.) 2004. Amphibian Species of the World: a taxonomic and geographic reference, an online reference (http://research.amnh.org/herpetology/amphibia/index.html) Version 3.0 as of 7 April 2006 (CITES website) [għall-Amphibia]

(e)   Elasmobranchii, Actinopterygii & Sarcopterygii

Eschmeier, W. N. 1998. Catalog of Fishes. 3 vols. California Academy of Sciences. (għall-ħut kollu)

Gomon, M. F. & Kuiter, R. H. (2009): Two new pygmy seahorses (Teleostei: Syngnathidae: Hippocampus) from the Indo-West Pacific. – Aqua, Int. J. of Ichthyology, 15(1): 37-44. [għal Hippocampus debelius, Hippocampus waleanus]

Horne, M. L., 2001. A new seahorse species (Syngnathidae: Hippocampus) from the Great Barrier Reef — Records of the Australian Museum 53: 243-246. [għall-Hippocampus]

Kuiter, R. H., 2001. Revision of the Australian seahorses of the genus Hippocampus (Syngnathiformes: Syngnathidae) with a description of nine new species — Records of the Australian Museum 53: 293-340. [għall-Hippocampus]

Kuiter, R. H., 2003. A new pygmy seahorse (Pisces: Syngnathidae: Hippocampus) from Lord Howe Island — Records of he Australian Museum 55: 113-116. [għall-Hippocampus]

Lourie, S. A., and J. E. Randall, 2003. A new pygmy seahorse, Hippocampus denise (Teleostei: Syngnathidae), from the Indo-Pacific — Zoological Studies 42: 284-291. [għall-Hippocampus]

Lourie, S. A., A. C. J. Vincent and H. J. Hall, 1999. Seahorses. An identification guide to the world’s species and their conservation. Project Seahorse, ISBN 0 9534693 0 1 (Second edition available on CD-ROM). [għall-Hippocampus]

Piacentino, G. L. M. and Luzzatto, D. C. (2004): Hippocampus patagonicus sp. nov., new seahorse from Argentina (Pisces, Syngnathiformes). – Revista del Museo Argentino de Ciencias Naturales, 6(2): 339-349. [għal Hippocampus patagonicus]

(f)   Arachnida

R. and Cloudsley-Thompson, J. C. 1996. Recognition and distribution of the scorpions of the genus Pandinus Thorell, 1876 accorded protection by the Washington Convention. Biogeographica 72(3): 133-143. (għal skorpjuni tal-ġeneru Pandinus)

Rudloff, J.-P. (2008): Eine neue Brachypelma-Art aus Mexiko (Araneae: Mygalomorphae: Theraphosidae: Theraphosinae). – Arthropoda, 16(2): 26-30. [għal Brachypelma kahlenbergi]

Taxonomic Checklist of CITES listed Spider Species, information extracted from Platnick, N. (2006), The World Spider Catalog, an online reference (http://research.amnh.org/entomology/spiders/catalog/Theraphosidae.html), Version 6.5 as of April 7 2006 (CITES website) [għat-Theraphosidae]

(g)   Insecta

Bartolozzi, L. (2005): Description of two new stag beetle species from South Africa (Coleoptera: Lucanidae). – African Entomology, 13(2): 347-352. [għal Colophon endroedyi]

Matsuka, H. 2001. Natural History of Birdwing Butterflies: 1-367. Matsuka Shuppan, Tokyo. ISBN 4-9900697-0-6. (għal friefet birdwing tal-ġeneri Ornithoptera, Trogonoptera u Troides)

(h)   Hirudinoidea

Nesemann, H. & Neubert, E. (1999): Annelida: Clitellata: Branchiobdellida, Acanthobdellea, Hirudinea. – Süßwasserfauna von Mitteleuropa, vol. 6/2, 178 pp., Berlin (Spektrum Akad. Verlag). ISBN 3-8274-0927-6. [għal Hirudo medicinalis u Hirudo verbana]

FLORA

The Plant-Book, second edition, (D. J. Mabberley, 1997, Cambridge University Press (reprinted with corrections 1998) (għall-ismijiet ġeneriċi tal-pjanti kolha elenkati fl-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 338/97, ħlief jekk sorpassati minn listi standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet).

A Dictionary of Flowering Plants and Ferns, 8th edition, (J. C. Willis, revised by H. K. Airy Shaw, 1973, Cambridge University Press) (għal sinonimi ġeneriċi mhus imsemmija f’The Pkant-Book, sakemm ma jkunux sorpassati minn listi standard adottati mill-Konferenza tal-Partijiet kif referenzjat fil-paragrafi isfel.).

A World List of Cycads (D. W. Stevenson, R. Osborne and K. D. Hill, 1995; In: P. Vorster (Ed.), Proceedings of the Third International Conference on Cycad Biology, pp. 55-64, Cycad Society of South Africa, Stellenbosch) u l-aġġornamenti tiegħu aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta jkun hemm referenza għall-ismijiet tal-ispeċi ta’ Cycadaceae, Stangeriaceae & Zamiaceae.

CITES Bulb Checklist (A. P. Davis et al., 1999, compiled by the Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) u l-aġġornamenti tiegħu aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta’ speċi ta’ Cyclamen (Primulaceae) & Galanthus & Sternbergia (Liliaceae).

CITES Cactaceae Checklist, second edition, (1999, compiled by D. Hunt, Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) u l-aġġornamenti tiegħu aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta’ speċi ta’ Cactaceae.

CITES Carnivorous Plant Checklist, second edition, (B. von Arx et al., 2001, Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) u l-aġġornamenti tiegħu aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta’ speċi ta’ Dionaea, Nepenthes & Sarracenia.

CITES Aloe and Pachypodium Checklist (U. Eggli et al., 2001, compiled by Städtische Sukkulenten-Sammlung, Zurich, Switzerland, in collaboration with Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) u l-aġġornament tiegħu Lüthy, J.M. 2007. An update and Supplement to the CITES Aloe & Pachypodium Checklist. CITES Management Authority of Switzerland, Bern, Switzerland. (CITES website), aċċettat mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċi Aloe & Pachypodium.

World Checklist and Bibliography of Conifers (A. Farjon, 2001) u l-aġġornamenti aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet tal-ispeċi Taxus.

CITES Orchid Checklist, (compiled by the Royal Botanic Gardens, Kew, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland) u l-aġġornamenti aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għal ismijiet tal-ispeċijiet ta’ Cattleya, Cypripedium, Laelia, Paphiopedilum, Phalaenopsis, Phragmipedium, Pleione u Sophronitis (Volume 1, 1995) Cymbidium, Dendrobium, Disa, Dracula & Encyclia (Volume 2, 1997); & Aerangis, Angraecum, Ascocentrum, Bletilla, Brassavola, Calanthe, Catasetum, Miltonia, Miltonioides & Miltoniopsis, Renanthera, Renantherella, Rhynchostylis, Rossioglossum, Vanda & Vandopsis (Volume 3, 2001); & Aerides, Coelogyne, Comparettia & Masdevallia (Volume 4, 2006).

The CITES Checklist of Succulent Euphorbia Taxa (Euphorbiaceae), Second edition (S. Carter and U. Eggli, 2003, published by the Federal Agency for Nature Conservation, Bonn, Germany) u l-aġġornamenti tagħha aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta’ speċijiet ta’ ewforbji sukkulenti.

Dicksonia species of the Americas (2003, compiled by Bonn Botanic Garden and the Federal Agency for Nature Conservation, Bonn, Germany) u l-aġġornamenti tagħha aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta’ speċijiet ta’ Dicksonia.

Plants of Southern Africa: an annotated checklist. Germishuizen, G. & Meyer N.L. (2003). Strelitzia 14: 561. National Botanical Institute, Pretoria, South Africa u l-aġġornamenti tagħha aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta’ speċijiet ta’ Hoodia.

Lista de especies, nomenclatura y distribución en el genero Guaiacum. Davila Aranda & Schippmann, U. (2006): - Medicinal Plant Conservation 12: #-#.′ (CITES Website) u l-aġġornamenti tagħha aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta’ speċijiet ta’ Guaiacum.

CITES checklist for Bulbophyllum and allied taxa (Orchidaceae). Sieder, A., Rainer, H., Kiehn, M. (2007): Indirizz tal-awturi: Department of Biogeography and Botanical Garden of the University of Vienna; Rennweg 14, A-1030 Vienna (Austria). (CITES Website) u l-aġġornamenti tagħha aċċettati mill-Kumitat tan-Nomenklatura, bħala linja gwida meta ssir referenza għall-ismijiet ta’ speċijiet ta’ Bulbophyllum.

The Checklist of CITES species (2005, 2007 u l-aġġornamenti tiegħu) ippubblikat mill-UNEP - WCMC jista’ jintuża bħala ħarsa informali lejn l-ismijiet xjentifiċi li ġew adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-ispeċijiet tal-annimali li huma elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 338/97, u bħala sommarju informali tat-tagħrif li jkun hemm fir-referenzi standard li ġew adottati għan-nomenklatura CITES.”


Top