EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0073

Regolament tal-Kunsill Nru 73/2006 tat- 13 ta' Jannar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) 92/2002 li jimponi dazju anti-dumpin definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ urea li toriġina fil-Belarus, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Estonja, il-Libja, il-Litwanja, ir-Rumanija u l-Ukrajna

OJ L 12, 18.1.2006, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 270M, 29.9.2006, p. 55–56 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 044 P. 97 - 98
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 044 P. 97 - 98

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/03/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/73/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

55


REGOLAMENT TAL-KUNSILL Nru 73/2006

tat-13 ta' Jannar 2006

li jemenda r-Regolament (KE) 92/2002 li jimponi dazju anti-dumpin definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju anti-dumping provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ urea li toriġina fil-Belarus, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Estonja, il-Libja, il-Litwanja, ir-Rumanija u l-Ukrajna

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet taħt il-prezz minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA TA' QABEL

(1)

Fil-21 ta’ Ottubru 2000, permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta’ proċedura anti-dumping (2) dwar l-importazzjoni ta’ urea (“il-prodott konċernat”) li tkun ġejja mill-Belarus, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Eġittu, l-Estonja, il-Libja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Ukrajna.

(2)

Din il-proċedura wasslet biex f’Lulju 2001 ikunu imposti dazji provviżorji anti-dumping fuq importazzjoni ta’ urea li tkun ġejja mill-Belarus, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Estonja, il-Libja, il-Litwanja, ir-Romanija u l-Ukrajna, kif ukoll għat-terminazzjoni tal-proċedura dwar l-importazzjoni ta’ urea li tkun ġejja mill-Eġittu u l-Polonja permezz ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2001 (3).

(3)

Fl-istess Regolament, il-Kummissjoni aċċettat impenn li daħal għalih il-produttur fil-Bulgarija li jesporta, Chimco AD. Kemm-il darba tkun skond il-kundizzjonijiet imfissra fir-Regolament (KE) 1497/2001, l-importazzjoni tal-prodott imsemmi lejn il-Komunità minn din il-kumpanija kienet eżentata mill-imsemmija dazji provviżorji anti-dumping, skond l-Artikolu 3(1) ta' l-istess Regolament.

(4)

Aktar tard ġew imposti dazji definittivi duq l-importazzjoni ta’ urea li tkun ġejja mill-Belarus, il-Buglarija, il-Kroazja, l-Estonja, il-Libja, il-Litwanja, ir-Rumanija u l-Ukrajna bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 92/2002 (4) Skond il-kundizzjonijiet li hemm fih, dan ir-Regolament ta wkoll lill-prodotti magħmula u direttament esportati minn Chimco AD lejn l-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità, eżenzjoni mid-dazji definittivi dwar l-fqiegħ tas-suq peress li din il-kumpanija kinet diġà marbuta b’mod definit fl-istadju provviżorju tal-proċess. Kif imsemmi fil-Premessa 137 tar-Regolament definittiv, il-prezz minimu ta’ l-impenn ġie adattat minħabba bidla fil-livell ta’ l-eliminazzjoni tad-dannu.

B.   NUQQAS TA’ TWETTIQ TA’ L-IMPENN

(5)

L-impenn li offra Chimco AD poġġa obbligu fuq il-kumpanija kkonċernata, inter alia, biex tesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità jew f’ċertu livell minimu ta’ prezz (“LMP”), jew ogħla minnu, kif speċifikat fl-impenn. Dan il-livell minimu ta’ prezz għandu jkun rispettat fuq medja mkejla u aġġustata kull tliet xhur. Il-kumpanija impenjat ruħha wkoll biex ma’ ddurx madwar l-impenn billi tagħmel arranġamenti kompensatorji ma’ xi parti oħra. Barra minn dan, Chimco AD hija obbligata li tibgħat lill-Kummissjoni Ewropea kull tliet xhur, rapport dwar il-bejgħ kollu tagħha bl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità Ewropea.

(6)

Chimco AD ma ssottomettietx aktar tagħrif f’żewġ rapporti ta’ kull tliet xhur b’mod aċċettabbli teknikament. Barra minn dan, aktar tard, Chimco AD ma ssottomettiet l-ebda tagħrif ieħor fir-rapporti ta’ kull tliet xhur. Għalhekk qed jiġi konkluż, li l-kumpanija ma rrispettatx l-obbligu tagħha li tibgħat lill-Kummissjoni Ewropea rapporti kull tliet xhur tal-bejgħ kollu tagħha tal-prodott ikkonċernat bl-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea, u għalhekk kisret l-impenn li daħlet għalih.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2082./2005 (5) ifisser b'aktar dettall in-natura tal-ksur li nstab.

(8)

Minħabba dan il-ksur, l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn li kienet daħlet għalih Chimco AD (Kodiċi addizzjonali Taric A272) ġiet irtirata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru …/2005, u għandu jibda jiġi impost minnufih dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta magħmul u esportat minn Chimco AD.

(9)

Skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, ir-rata tad-dazju anti-dumping għandha tkun determinata fuq il-bażi tal-fatti stabbiliti fi ħdan il-kuntest ta’ l-investigazzjoni li wasslet għall-impenn. Peress li l-investigazzjoni konċernata ġiet konkluża b’deċiżjoni finali dwar il-bejgħ taħt il-prezz u d-dannu, mir-Regolament (KE) Nru 92/2002, huwa meqjus xieraq li r-rata definittiva anti-dumping tkun imqiegħda fil-livell u fil-forma imposta minn dak ir-Regolament, jiġifieri 21.43 Euro kull tunellata qabel id-dazju, fuq il-prezz nett, frank fuq il-fruntiera tal-Komunità.

Ċ.   EMENDA TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 92/2002

(10)

Fid-dawl ta’ hawn fuq, ir-Regolament (KE) Nru 92/2002 għandu jkun emendat kif jixraq.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 92/2002 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1 (2), ir-ringiela dwar il-Bulgarija għandha tkun mibdula ma’ dan li ġej:

“Pajjiż ta' l-oriġini

Prodott minn

Dazju definittiv dwar dumping (euro kull tunellata)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Bulgarija

Il-kumpanniji kollha

21,43

.

2.

Fl-Artikolu 2(1), il-linja li hemm isfel fit-tabella dwar il-Bulgarija għandha titħassar.

“Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Bulgarija

Chimco AD, Shose az Mezdra, 3037 Vratza

A272 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi Brussell, nhar it-13 ta' Jannar 2006.

Ghall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU C 301, 21.10.2000, p. 2.

(3)  ĠU L 197, 21. 7.2001, p. 4.

(4)  ĠU L 17, 19.1.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1107/2002 (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 1).

(5)  ĠU L 333, 20.12.2005, p. 26.


Top