EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0194

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Marzu 2005 li temenda għar-raba' darba d-Deċiżjoni 2004/122/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur f'bosta pajjiżi Asjatiċi (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 521) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 63, 10.3.2005, p. 25–26 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 272M, 18.10.2005, p. 149–150 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/194/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

149


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' Marzu 2005

li temenda għar-raba' darba d-Deċiżjoni 2004/122/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur f'bosta pajjiżi Asjatiċi

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 521)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/194/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju ta' l-1991 li tistipola l-prinċipji li jirregolaw il-kontrolli veterinarji fuq annimalili jkunu ser jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 (7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru ta' l-1997 li tistipola l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jkunu ser jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/122/KE (3) ġiet adottata b'reazzjoni għal tifqigħat ta' l-influwenza tat-tjur f'bosta pajjiżi Asjatiċi, inklużi il-Ġappun u l-Korea t'Isfel.

(2)

Il-Ġappun u l-Korea t'Isfel ippreżentaw ir-raport finali tagħhom dwar is-sitwazzjoni ta' l-influwenza tat-tjur fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-finijiet ta' kontroll tal-marda lill-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta' l-Annimal (OIE). Kif ukol, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel iddikkjaraw li il-pajjiżi tagħhom huma ħielsa mill-influwenza tat-tjur u bagħtu informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali lill-Kummissjoni, flimkien ma' talba għal emenda lid-Deċiżjoni 2004/122/KE kif meħtieġ. Għalhekk, il-miżuri ta' protezzjoni adottati skond id-Deċiżjoni 2004/122/KE għal dawk il-pajjiżi m'għandhomx japplikaw aktar.

(3)

Il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' għasafar ħajjin ħlief tjur tad-dar minn pajjiżi oħra huma stipolati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE (4) u għalhekk dawn ir-regoli japplikaw ukoll għall-Ġappun u għall-Korea t'Isfel. Għasafar ħajjin ħlief tjur tad-dar għandhom inter alia jkunu soġġetti għall-kwarantena u għat-testijiet għall-influwenza tat-tjur.

(4)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda fil-Kambodja, fiċ-Ċina, fl-Indoneżja, fil-Laos, fil-Malażja, fil-Pakistan, fit-Tajlandja u fil-Vjetnam, huwa meħtieġ li jiġġedded iż-żmien ta' miżuri ta' protezzjoni għal dawn il-pajjiżi li huwa prrovdut għalihom fid-deċiżjoni 2004/122/KE.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma stipulati b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/122/KE hi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 3 hu mibdul bli ġej:

“Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mill-Malasja ta':

ikel nej għall-annimali domestiċi u materjal ta' l-għalf mhux ipproċessat li jkun fihom kull parti tat-tjur, u

bajd għall-konsum mill-bniedem u laħam ta' tjur tal-kaċċa mhux ipproċessat li ġej minn kull għasfur.”

2.

L-Artikolu 4(1), hu mibdul b'li ġej:

“Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mill-Kambodja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina inklużi t-territorji ta' Ħong Kong, l-Indoneżja, il-Laos, il-Malażja, il-Pakistan, it-Tajlandja u l-Vjetnam ta':

rix u partijiet minn rix mhux ipproċessat, u

‘għasafar ħajjin ħlief tjur tad-dar’ kif iddefinit mid-Deċiżjoni 2000/666/KE, inklużi għasafar li huma akkumpajati minn sidhom (għasafar domestiċi).”

3.

Fl-Artikolu 7 id-data “31 ta' Marzu 2005” hi mibdula bid-data 30 ta' Settembru 2005.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-importazzjoni sabiex jinġiebu f'konformità mad-Deċiżjoni u għandhom jagħtu immedjatament pubbliċità xierqa għall-miżuri adottati. Huma għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-8 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni Ewropea


(1)  ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata bl-Att ta' Sħubija ta' l-2003.

(2)  ĠU L 24, tal-31.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, tal-30.4.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 36, tas-7.2.2004, p. 59. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/851/KE (ĠU L 368, tal-15.12.2004, p. 48).

(4)  ĠU L 278, tal-31.10.2000, p. 26. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99, tas-16.4.2002, p. 17).


Top