EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0006

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Dicembru 2004 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet komparattivi fuq il-materjal ta' tkabbir u tat-tħawwil tal- Fragaria x  ananassa Duch. skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE għas-sena 2005 (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5290)

OJ L 2, 5.1.2005, p. 17–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 269M, 14.10.2005, p. 266–267 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/6(1)/oj

14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

266


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Dicembru 2004

li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet komparattivi fuq il-materjal ta' tkabbir u tat-tħawwil tal-Fragariaananassa Duch. skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE għas-sena 2005

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5290)

(2005/6/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta' April 1992 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal li jkabbar il-pjanta tal-frott li u il-pjanti tal-frott, maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 (4)(5) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/34/KEE tipprevedi li l-arranġamenti meħtieġa jsiru mill-Kummissjoni għall-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità tal-materjal ta' tkabbir u tħawwil.

(2)

L-arranġamenti tekniċi sabiex jitwettqu il-provi u t-testijiet saru fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Materjal ta' Tkabbir u l-Pjanti tal-Ġeneru u l-Ispeċi tal-Frott.

(3)

Sejħa għall-proġetti biex isiru dawn il-provi u t-testijiet ġiet ppubblikata fil-21 ta' Ġunju 2004 fuq is-Sit ta' l-Internet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità (2).

(4)

Il-proposti ġew ivvalutati skond il-kriterji ta' l-għażla u ta' l-għoti stipulati fis-sejħa għall-proġetti. Il-proġetti, l-entitajiet responsabbli biex itwettqu l-provi u t-testijiet u l-ispejjeż eliġibbli kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità li tikkorrispondi għal 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, għandhom jiġu stabbiliti.

(5)

Il-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità dwar il-materjal ta' tkabbir u tħawwil maħsud fl-2004, għandhom jitwettqu fis-sena 2005 u d-dettalji ta' provi u testijiet bħal dawn, l-ispejjeż eliġibbli kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità għandhom jkun stipulati kull sena permezz ta' ftehim iffirmat minn uffiċjal awtorizzat mill-Kummissjoni u l-entità responsabbli biex twettaq il-provi.

(6)

Rappreżentattività xierqa tal-kampjuni inklużi fil-provi u t-testijiet għandhom jiġu żgurati, għallinqas għal ċerti pjanti magħżula.

(7)

L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fil-provi u t-testijiet komparattivi, sakemm il-materjal ta' tkabbir u ta' tħawwil ikkonċernat huwa normalment riprodott u kkummerċjalizzat fit-territorji tagħhom, sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu joħorġu konklużjonijiet tajba minnhom.

(8)

Il-miżuri pprevisti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Materjal ta' Propogazzjoni u l-Pjanti tal-Ġeneru u l-Ispeċi tal-Frott,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità dwar il-materjal ta' propogazzjoni u tħawwil tal-Fragariaananassa Duch se jitwettqu fl-2005.

L-ispejjeż eliġibbli kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità għal-provi u t-testijiet għall-2005 se jiġu stipulati fl-Anness.

Id-dettalji tal-provi u t-testijiet huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Sakemm il-materjal ta' tkabbir u tħawwil tal-pjanti tal-Fragariaananassa Duch. huwa normalment riprodott u kkummerċjalizzat fit-territorji tagħhom, l-Istati Membri se jieħdu kampjuni ta' dan il-materjal u jagħmluh disponibbli lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri se jikkooperaw fl-aspetti tekniċi bħall-ikkampjunar u l-ispezzjonijiet marbuta mat-twettieq tat-testijiet u tal-provi.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità li tikkorrespondi għal 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ta' prova jew test li tkomplew fuq din il-bażi m'għandhiex taqbez l-ammont speċifikat fl-Anness.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-27 ta' Dicembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Is-Sur Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, ta' l-10.6.1992, pġ. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/111/KE (ĠU L 311, tas-27.11.2003, p. 12).

(2)  http://europa.eu.int/comm/food/plant/call2004/index_en.htm.


ANNESS

Provi u testijiet imwettqa fl-2005

Speċi

Numru ta' Kampjuni:

Kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati

L-Entità Responsabbli

Spejjeż eliġibbli (euro)

Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità (ekwivalenti għal 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli) (euro)

Fragaria x ananassa Duch.

120

Identità tal-varjetà u l-purità,

Saħħa tal-Pjanti (fir-raba')

Saħħa tal-Pjanti (fil-laboratorju)

BSA Hannover (D)

24 650

19 720

IL-KONTRIBUZZJONI FINANZJAJRA TOTALI TAL-KOMUNITÀ

19 720


Top