EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2200

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/2004 tat- 13 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru. 3030/93 u (KE) Nru. 3285/94 fir-rigward tar-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

OJ L 374, 22.12.2004, p. 1–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 153M, 7.6.2006, p. 301–328 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 037 P. 131 - 158
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 037 P. 131 - 158
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 004 P. 168 - 195

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R0937

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2200/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

301


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2200/2004

tat-13 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru. 3030/93 u (KE) Nru. 3285/94 fir-rigward tar-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Komunità hija parti mill-Ftehim tal-WTO dwar it-Tessuti u l-Ilbies (ATC) li jistipula li dak il-Ftehim u r-restrizzjonijiet kollha hawn taħt għandhom jintemmu fl-1 ta' Jannar 2005 skond l-iskeda ta' integrazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

(2)

Hemm stabbilita sistema ta' sorveljanza a posteriori għal finijiet doganali sabiex timmonitorja b'mod effikaċi t-tendenzi ta' l-importazzjonijiet ta' prodotti liberalizzati.

(3)

Jistgħu jinżammu fis-seħħ lil hinn minn dik id-data xi dispożizzjonijiet speċjali bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mal-WTO. F'dan il-kuntest u sabiex tinġabar fil-ħin l-informazzjoni meħtieġa biex isir monitoraġġ effettiv ta' ċerti importazzjonijiet, huwa xieraq li titwaqqaf preċedentement sistema ta' sorveljanza ta' l-importazzjonijiet li ġejjin miċ-Ċina permezz ta' reġim awtomatiku ta' liċenzjar ta' l-importazzjoni li jkun applikabbli għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2005, għalkemm dan ir-rekwiżit jista' jintemm ladarba s-sistema ta' sorveljanza a posteriori għal finijiet doganali li tkun ġiet stabbilita tkun bdiet topera b'mod sħiħ.

(4)

Skond l-ATC, il-pajjiżi importaturi mhumiex obbligati jaċċettaw merkanzija bil-baħar li taqbeż ir-restrizzjonijiet notifikati; konformement mal-liġi Komunitarja d-data ta' l-imbark hija għalhekk meqjusa bħala d-data determinanti għall-imputazzjoni tal-kwota pertinenti. Konsegwentement, merkanzija li tasal fl-2005 iżda imbarkata fl-2004 għandha, matul perjodu ta' transizzjoni fl-2005, tiġi imputata lill-kwoti ta' l-2004 u għalhekk tibqa' soġġetta għas-sistema ta' kontroll doppju.

(5)

Huwa fl-interess tal-komunità kummerċjali li jiġu stabbiliti ċ-ċertezza u l-prevedibbiltà kummerċjali, u huwa għalhekk xieraq li tiġi ffissata data definittiva li minnha 'l quddiem ma tibqax applikabbli l-imputazzjoni, lill-kwoti ta' l-2004, ta' merkanzija li tasal fl-2005. Din id-data terminali għandha tkun il-31 ta' Marzu 2005.

(6)

Għall-finijiet ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-ATC dwar l-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq il-membri tal-WTO, l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru. 3030/93 (1) għandu jkopri, mill-2005 'il quddiem, biss dawk il-pajjiżi li mhumiex membri tal-WTO li magħhom il-Komunità ikkonkludiet ftehim bilaterali.

(7)

Il-lista ta' prodotti ta' tessuti u lbies li huma gvernati mir-regoli u d-dixxiplini tal-GATT, li tinsab fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3285/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru. 518/94 (2) għandha tiġi emendata biex tinkludi, mill-1 ta' Jannar 2005, il-prodotti li għandhom jiġu integrati fil-GATT.

(8)

Huwa xieraq illi dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu sabiex l-operaturi jitħallew jibbenefikaw minnu malajr kemm jista' jkun.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru. 3030/93 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b' li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(5) u għall-Artikolu 13, dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjonijiet ta' prodotti ta' tessuti elenkati fl-Anness I, li joriġinaw minn pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità ikkonkludiet ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra kif hemm elenkat fl-Anness II. Id-dispożizzjonijiet pertinenti ta' dan ir-Regolament għandhom ukoll japplikaw għall-importazzjonijiet ta' prodotti ta' tessuti u ta' lbies li joriġinaw miċ-Ċina fir-rigward ta' l-Artikolu 10a.”;

(b)

il-paragrafu 7 jiġi mħassar;

2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 jiġi mħassar;

(b)

il-paragrafu 5 jiġi sostitwit b' li ġej:

“5.   Ir-rilaxx, għaċ-ċirkolazzjoni libera, ta' prodotti li l-importazzjoni tagħhom kienet soġġetta għal-limiti kwantitattivi qabel l-1 ta' Jannar 2005, kif hemm elenkat fl-Annessi Va u VIIa u li kienu ġew mbarkati qabel dik id-data għandu, sal-31 ta' Marzu 2005, jibqa' soġġett għall-preżentata ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni li għandha tinħareġ taħt ir-reġim ta' importazzjoni fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 2005. Il-kunsinna tal-merkanzija għandha titqies li tkun saret fid-data li fiha tkun tgħabbiet, fil-pajjiż fejn oriġinat, fuq l-ajruplan, vettura jew bastiment ta' esportazzjoni.”;

3)

fl-Artikolu 3, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu mħassra;

4)

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

“Artikolu 7

Dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà

Sakemm huma jinnotifikaw lill-Kummissjoni minn qabel, il-pajjiżi fornituri jistgħu jagħmlu trasferimenti bejn il-limiti kwantitattivi elenkati fl-Annessi V u Va sal-limiti u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Annessi VIII u VIIIa.”;

5)

l-Artikolu 9 għandu jiġi mħassar;

6)

l-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 4, 5 u 6, is-subparagrafi (b) u (ċ) tal-paragrafu 9, u l-paragrafi 10 u 12 jiġu mħassra;

(b)

il-paragrafu 7 subparagrafu (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-miżuri meħuda skond il-paragrafu 3 għandhom ikunu soġġetti għal komunikazzjoni mill-Kummissjoni pubblikata mingħajr dewmien fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.”;

(ċ)

fil-paragrafu 8, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'li ġej:

“Il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż fornitur konċernat li huma previsti fil-paragrafu 3 jistgħu jwasslu għal arranġament bejn dak il-pajjiż u l-Komunità, dwar l-introduzzjoni u l-livell tal-limiti kwantitattivi.”;

(d)

il-paragrafu 13 jiġi sostitwit b' li ġej:

“13.   Il-miżuri previsti fil-paragrafi 3 u 9 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati u implimentati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.”;

7)

il-paragrafu li ġej għandu jiġi nserit fl-Artikolu 10a:

“2a.   L-importazzjonijiet ta' prodotti ta' tessuti u ta' lbies koperti fl-Anness I li joriġinaw miċ-Ċina kif indikati fit-Tabella B ta' l-Anness III huma soġġetti għal sistema ta' sorveljanza unika preċedenti skond l-Artikolu 13 u l-Parti IV ta' l-Anness III. Ir-rekwiżit tal-ħruġ ta' dokument ta' sorveljanza ma għandux japplika fir-rigward ta' prodotti ta' tessuti u lbies li għalihom tinħareġ awtorizzazzjoni ta' importazzjoni skond l-Artikolu 2(5). Din is-sistema ta' sorveljanza preċedenti tiġi mitmuma ladarba s-sistema ta' sorveljanza ex-post għal finijiet doganali, stabbilita taħt l-Artikolu 13, tibda topera b'mod sħiħ. Id-deċiżjonijiet li jtemmu s-sistema ta' sorveljanza preċedenti u li jemendaw it-Tabella B ta' l-Anness III għandhom jittieħdu konformement ma' l-Artikolu 17.”;

8)

l-Artikolu 11 għandu jiġi mħassar;

9)

fil-Artikolu 13, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fejn, konformement mad-dispożizzjonijiet pertinenti ta' xi ftehim, protokoll jew arranġament ieħor bejn il-Komunità u pajjiż terz, jew sabiex isir monitoraġġ tat-tendenzi ta' l-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiż terz, tiġi introdotta sistema ta' sorveljanza a priori jew a posteriori fuq xi kategorija ta' prodotti msemmija fl-Anness I li mhijiex soġġetta għal-limiti kwantitattivi elenkati fl-Anness V, il-proċeduri u l-formalitajiet li jikkonċernaw il-kontrolli singoli u doppji, il-perfezzjonament passiv ekonomiku, il-klassifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' l-oriġini għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Annessi III u IV.”;

10)

fil-Artikolu 13, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Id-deċiżjoni li timponi s-sistema ta' sorveljanza fuq kategoriji ta' prodotti jew fuq pajjiżi fornituri mhux elenkati fit-tabelli fl-Anness III għandha tittieħed, fejn ikun applikabbli, skond id-dispożizzjonijiet pertinenti dwar konsultazzjonijiet kontenuti fil-ftehim, protokoll jew arranġamenti oħra mal-pajjiż terz konċernat.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tintroduċi sistema ta' sorveljanza a priori jew a posteriori. Id-deċiżjonijiet li jimponu s-sistema ta' sorveljanza a priori kif ukoll kwalunkwe miżuri oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din is-sistema għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.”;

11)

l-Artikolu 14 għandu jiġi mħassar;

12)

l-Artikolu 15(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fejn, wara li jsir il-ġbir ta' informazzjoni skond il-proċeduri stabbiliti fl-Anness IV, il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni li għandha fil-pussess tagħha tikkostitwixxi prova li prodotti li joriġinaw f'pajjiż fornitur elenkat fl-Anness V u li huma soġġetti għal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 jew li huma introdotti skond l-Artikoli 10 jew 10a ġew trasbordati, devjati jew b' xi mod ieħor impurtati fil-Komunità permezz ta' l-evażjoni ta' tali limiti kwantitattivi u li hemm bżonn isiru l-aġġustamenti meħtieġa, hija għandha titlob li jinbdew l-konsultazzjonijiet, konformement mal-proċedura deskritta fl-Artikolu 17, sabiex jista' jintlaħaq ftehim dwar l-aġġustament ekwivalenti tal-limiti kwantitattivi korrispondenti.”;

13)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 għandu jiġi mħassar;

14)

l-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b' dan li ġej:

“Artikolu 20

Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika d-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II.”;

15)

jiġi inserit l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Ir-riferimenti għall-Annessi V, VII, u VIII għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-Annessi Va, VIIa u VIIIa.”;

16)

l-Annessi I, II, III, V, VII, VIII, IX u X għandhom jiġu emendati, u għandhom jiġu mi ¿juda l-Annessi Va, VIIa u VIIIa ġodda kif indikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru. 3285/94 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament japplika għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, ħlief għal:

(a)

prodotti tat-tessuti soġġetti għal regoli speċifiċi ta' importazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 517/94,

(b)

il-prodotti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 519/94 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.”;

2)

L-Anness II għandu jiġi mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2005, ħlief għad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness li ġejjin li għandhom japplikaw mill-1 ta' April 2005;

 

il-paragrafu 1, is-subparagrafi (a), (e) u (j) tal-paragrafu 3, is-subparagrafi (b) u (ċ) tal-paragrafu 4, il-paragrafu 6 u s-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 9.

Is-subparagrafu (1) tal-paragrafu 3 ta' l-Anness ma għandux japplika wara l-31 ta' Diċembru 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-13 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)  ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1627/2004 (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 2474/2000 (ĠU L 286, 11.11.2000, p. 1)


ANNESS

EMENDI F'ĊERTI ANNESSI TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru. 3030/93

1)

Fl-Anness 1, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'li ġej:

“2.

Meta il-materjal kostituttiv tal-prodotti tal-kategoriji 1 sa 114 li joriġinaw mil-Vjetnam ma jkunx speċifikament imsemmi, dawn il-prodotti għandhom jitqiesu li jkunu esklussivament magħmula mis-suf jew mill-pil fin ta' l-annimali, mill-qoton jew minn fibri prodotti mill-bniedem.”.

2)

L-Anness II jiġi sostitwit b' dan li ġej:

“ANNESS II

PAJJIŻI ESPORTATURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

 

Belarus

 

Ukrajna

 

Uzbekistan

 

Vjetnam”.

3)

L-Anness III jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 12(2) jiġi mħassar;

(b)

l-Artikolu 18(2) jiġi mħassar;

(ċ)

l-Artikolu 19(2) jiġi mħassar;

(d)

is-sentenza ta' qabel ta' l-aħħar ta' l-Artikolu 21 (1) tiġi mħassra;

(e)

jiġu mħassra l-mudelli eżemplari ta' ċertifikati ta' oriġini għal Hong Kong u t-Tajlandja u l-mudelli eżemplari ta' liċenzji ta' esportazzjoni għal Hong Kong u t-Tajlandja;

(f)

jiġi mħassar il-mudell eżemplari ta' liċenzja ta' esportazzjoni għall-Eġittu;

(g)

l-Artikolu 25(4) jiġi sostitwit b' dan li ġej:

“4.   Id-dokumenti ta' sorveljanza, imfassla fuq il-formola li hija konformi mas-sett mudell stabbilit fl-Appendiċi I ta' dan l-Anness jew, fir-rigward taċ-Ċina, li tikkorrispondi mal-mudell fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill 3285/94, għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità Ewropea. Id-dokumenti ta' sorveljanza għandhom ikunu validi għal sitt xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom.”;

(h)

jiġi inserit l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 26a

Fil-każ li l-importazzjoni ta' prodotti ta' tessuti u ta' lbies tkun soġġetta għal miżuri ta' sorveljanza preċedenti, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pajjiż ta' oriġini, il-kategorija tal-prodott, u d-dettalji tal-kwantità u tal-valur tal-prodotti li għalihom ġie maħruġ kull dokument ta' sorveljanza. Din l-informazzjoni għandha tiġi provduta mingħajr dewmien malli jiġu maħruġa d-dokumenti ta' sorveljanza, elettronikament permezz tar-retikolat integrat stabbilit għal dan il-għan (‘Système Intégré de Gestion de Licences’), skond formati ta' data u proċeduri li għandħom jiġu armonizzati.”;

(i)

l-Artikolu 27 jiġi sostitwit b' dan li ġej:

“Artikolu 27

Il-prodotti ta' tessuti elenkati fit-Tabelli Ċ u D għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta' sorveljanza statistika a posteriori. Wara r-rilaxx, għaċ-ċirkolazzjoni libera, tal-prodotti, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, possibbilment kull ġimgħa iżda mhux anqas frekwentement mill-aħħar ta' kull xahar, dwar il-kwantitajiet totali importati u l-valur tagħhom, filwaqt li jindikaw il-kodiċi fin-nomenklatura magħquda u l-kategorija ta' prodotti li għaliha huma jappartjenu u jużaw l-unitajiet, jew fej huwa l-każ l-unitajiet supplimentari, użati f'dak il-kodiċi. L-importazzjonijiet għandhom jiġu maqsuma skond il-proċeduri statistiċi fis-seħħ.”;

(j)

l-Artikolu 28(6) jiġi sostitwit b' dan li ġej:

“6.   Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif ġej:

Belarus = BY

Ċina = CN

Ukrajna = UA

Uzbekistan = UZ

Vjetnam = VN,

żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru ta' destinazzjoni ntiż, jew grupp ta' tali Stati Membri, kif ġej:

AT

= Awstrija

BL

= Benelux

CY

= Ċipru

CZ

= Repubblika Ċeka

DE

= Repubblika Federali tal-Ġermanja

DK

= Danimarka

EE

= Estonja

GR

= Greċja

ES

= Spanja

FI

= Finlandja

FR

= Franza

GB

= Renju Unit

HU

= Ungerija

IE

= Irlanda

IT

= Italja

LT

= Litwanja

LV

= Latvja

MT

= Malta

PL

= Polonja

PT

= Portugall

SE

= Svezja

SI

= Slovenja

SK

= Slovakkja

numru ta' ċifra waħda li jidentifika s-sena tal-kwota jew is-sena li fiha ġew reġistrati l-esportazzjonijiet, fil-każ ta' prodotti elenkati fit-Tabella A ta' dan l-Anness, li jikkorrispondi ma' l-aħħar ċifra ta' dik is-sena li tkun, eż. ‘5’ għall-2005 u ‘6’ għall-2006. Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina elenkati fl-Appendiċi Ċ ta' l-Anness V dan in-numru għandu jkun ‘1’ għas-sena 2004,

numru ta' żewġ ċifri li jidentifika l-uffiċċju emittenti fil-pajjiż esportatur,

numru ta' ħames ċifri li konsekuttivament jiġri minn 00001 sa 99999 allokat lill-Istat Membru speċifiku ta' destinazzjoni.”;

(k)

it-Tabella A tiġi sostitwita b'din li ġejja:

“Pajjiżi u kategoriji soġġetti għas-sistema ta' sorveljanza b'kontrolli doppji (doublechecking)

Pajjiż terz

Grupp

Kategorija

Unità

Uzbekistan

I A

1

tunnellati (metr.)

 

 

3

tunnellati (metr.)

I B

4

1 000 biċċa

 

5

1 000 biċċa

6

1 000 biċċa

7

1 000 biċċa

8

1 000 biċċa

II B

26

1 000 biċċa

Vjetnam

I A

1

tunnellati (metr.)

 

 

2

tunnellati (metr.)

3

tunnellati (metr.)

II A

22

tunnellati (metr.)

 

23

tunnellati (metr.)

32

tunnellati (metr.)

II B

16

1 000 biċċa

 

17

1 000 biċċa

19

1 000 biċċa

24

1 000 biċċa

27

1 000 biċċa

III A

33

tunnellati (metr.)

 

36

tunnellati (metr.)

37

tunnellati (metr.)

III B

90

tunnellati (metr.)

IV

115

tunnellati (metr.)

 

117

tunnellati (metr.)

V

136

tunnellati (metr.)

 

156

tunnellati (metr.)

157

tunnellati (metr.)

159

tunnellati (metr.)

160

tunnellati (metr.)”;

(l)

It-Tabella B tiġi sostitwita b'din li ġejja:

“Pajjiżi u kategoriji soġġetti għas-sistema ta' sorveljanza singola

Pajjiż terz

Grupp

Kategorija

Unità

Ċina

1A

 

 

 

1

tunnellati (metr.)

2

tunnellati (metr.)

li minnhom 2a

tunnellati (metr.)

3

tunnellati (metr.)

li minnhom 3a

tunnellati (metr.)

ex 20

tunnellati (metr.)

 

IB

 

 

4

1 000 biċċa

5

1 000 biċċa

6

1 000 biċċa

7

1 000 biċċa

8

1 000 biċċa

IIA

 

 

9

tunnellati (metr.)

20/39

tunnellati (metr.)

22

tunnellati (metr.)

23

tunnellati (metr.)

IIB

 

 

12

1 000 par

13

1 000 biċċa

14

1 000 biċċa

15

1 000 biċċa

16

1 000 biċċa

17

1 000 biċċa

26

1 000 biċċa

28

1 000 biċċa

29

1 000 biċċa

31

1 000 biċċa

78

tunnellati (metr.)

83

tunnellati (metr.)

III A

 

 

35

tunnellati (metr.)

III B

 

 

97

tunnellati (metr.)

IV

 

 

115

tunnellati (metr.)

117

tunnellati (metr.)

118

tunnellati (metr.)

122

tunnellati (metr.)

V

 

 

136A

tunnellati (metr.)

156

tunnellati (metr.)

157

tunnellati (metr.)

159

tunnellati (metr.)

163

tunnellati (metr.)”;

(m)

It-Tabella Ċ tiġi sostitwita b'din li ġejja:

“Pajjiżi u kategoriji soġġetti għas-sistema ta' sorveljanza statistika a posteriori għal importazzjonijiet diretti

Pajjiż terz

Grupp

Kategorija

Unità

Il-pajjiżi kollha

1A

 

 

 

1

tunnellati (metr.)

2

tunnellati (metr.)

li minnhom 2a

tunnellati (metr.)

3

tunnellati (metr.)

li minnhom 3a

tunnellati (metr.)

ex 20

tunnellati (metr.)

IB

 

 

4

1 000 biċċa

5

1 000 biċċa

6

1 000 biċċa

7

1 000 biċċa

8

1 000 biċċa

IIA

 

 

9

tunnellati (metr.)

20

tunnellati (metr.)

22

tunnellati (metr.)

23

tunnellati (metr.)

39

tunnellati (metr.)

IIB

 

 

12

1 000 par

13

1 000 biċċa

14

1 000 biċċa

15

1 000 biċċa

16

1 000 biċċa

17

1 000 biċċa

18

tunnellati (metr.)

21

1 000 biċċa

24

1 000 biċċa

26

1 000 biċċa

28

1 000 biċċa

29

1 000 biċċa

31

1 000 biċċa

68

tunnellati (metr.)

78

tunnellati (metr.)

83

tunnellati (metr.)

III A

 

 

35

tunnellati (metr.)

III B

 

 

97

tunnellati (metr.)

97a

tunnellati (metr.)

IV

 

 

115

tunnellati (metr.)

117

tunnellati (metr.)

118

tunnellati (metr.)

122

tunnellati (metr.)

 

V

 

 

136A

tunnellati (metr.)

156

tunnellati (metr.)

157

tunnellati (metr.)

159

tunnellati (metr.)

163

tunnellati (metr.)”;

4)

L-Anness V jiġi modifikat kif ġej:

(a)

l-Anness V jiġi sostitwit b' dan li ġej:

“ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI KOMUNITARJI applikabbli għas-sena 2005

Belarus

Kategorija

Unità

Limiti kwantitattivi Komunitarji 2005

GRUPP 1A

1

tunnellati (metr.)

1 585

 

2

Tunnellati (metr.)

5 100

3

Tunnellati (metr.)

233

GRUPP IB

4

1 000 biċċa

1 600

 

5

1 000 biċċa

1 058

6

1 000 biċċa

1 400

7

1 000 biċċa

1 200

8

1 000 biċċa

1 110

GRUPP IIA

9

Tunnellati (metr.)

363

 

20

Tunnellati (metr.)

318

22

Tunnellati (metr.)

498

23

Tunnellati (metr.)

255

39

Tunnellati (metr.)

230

GRUPP IIB

12

1 000 par

5 958

 

13

1 000 biċċa

2 651

15

1 000 biċċa

1 500

16

1 000 biċċa

186

21

1 000 biċċa

889

24

1 000 biċċa

803

26/27

1 000 biċċa

1 069

29

1 000 biċċa

450

73

1 000 biċċa

315

83

Tunnellati (metr.)

178

GRUPP IIIA

33

Tunnellati (metr.)

387

 

36

Tunnellati (metr.)

1 242

37

Tunnellati (metr.)

463

50

Tunnellati (metr.)

196

GRUPP IIIB

67

Tunnellati (metr.)

339

 

74

1 000 biċċa

361

90

Tunnellati (metr.)

199

GRUPP IV

115

Tunnellati (metr.)

87

 

117

Tunnellati (metr.)

1 800

118

Tunnellati (metr.)

448


Pajjiż tirz

Kategorija

Unità

2005

Vjetnam (1)

GRUPP IB

 

4

1 000 biċċa

23 613

5

1 000 biċċa

8 129

6

1 000 biċċa

10 340

7

1 000 biċċa

6 792

8

1 000 biċċa

23 986

GRUPP IIA

9

Tunnellati (metr.)

1 131

20

Tunnellati (metr.)

307

39

Tunnellati (metr.)

282

GRUPP IIB

12

1 000 par

5 872

13

1 000 biċċa

15 883

14

1 000 biċċa

675

15

1 000 biċċa

1 124

18

Tunnellati (metr.)

2 260

21

1 000 biċċa

24 318

26

1 000 biċċa

2 489

28

1 000 biċċa

7 536

29

1 000 biċċa

792

31

1 000 biċċa

8 574

68

Tunnellati (metr.)

837

73

1 000 biċċa

2 219

76

Tunnellati (metr.)

2 173

78

Tunnellati (metr.)

2 254

83

Tunnellati (metr.)

753

 

GRUPP IIIA

35

Tunnellati (metr.)

1 422

41

Tunnellati (metr.)

1 416

GRUPP IIIB

10

1 000 par

7 252

97

Tunnellati (metr.)

389

GRUPP IV

118

Tunnellati (metr.)

312

GRUPP V

161

Tunnellati (metr.)

578”;

(b)

l-Appendiċi A tiġi sostitwita b'din li ġejja:

“Appendiċi A ta' l-Anness V

Kategorija

Pajjiżi terzi

Kummenti

Il-kategoriji kollha huma soġġetti għal limiti kwantitattivi

Vjetnam

Il-Vjetnam għandu jirriżerva 30 % tal-limiti kwantitattivi tiegħu għal ditti li jagħmlu parti mill-industrija tat-tessuti Komunitarja għal perjodu ta' erba' xhur li jibda l-1 ta' Jannar ta' kull sena, abbażi ta' listi pprovduti mill-Komunità qabel it-30 ta' Ottubru tas-sena preċedenti.”;

(ċ)

l-Appendiċi B u Ċ jiġu mħassra.

5)

Jiġi inserit l-Anness Va li ġej:

ANNESS VA

LIMITI KWANTITATTIVI KOMUNITARJI imsemmija fl-Artikolu 2(5)

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

Limiti kwantitattivi Komunitarji

Livelli ta' kwota applikabbli fl-2004

Arġentina

GRUPP 1A

 

1

Tunnellati (metr.)

6 010

2

tunnellati (metr.)

8 551

2a

tunnellati (metr.)

7 622

Cina (3)  (4)

GRUPP 1A

 

1

tunnellati (metr.)

4 770

2 (*)  (2)

tunnellati (metr.)

30 556

li minnhom 2a

tunnellati (metr.)

4 359

3

tunnellati (metr.)

8 088

li minnhom 3a

tunnellati (metr.)

2 769

GRUPP IB

4 (2)

1 000 biċċa

126 808

5 (2)

1 000 biċċa

39 422

6 (2)

1 000 biċċa

40 913

7 (2)

1 000 biċċa

17 093

8 (2)

1 000 biċċa

27 723

GRUPP IIA

9

tunnellati (metr.)

6 962

20/39

tunnellati (metr.)

11 361

22

tunnellati (metr.)

19 351

23

tunnellati (metr.)

11 847

GRUPP IIB

12

1 000 par

132 029

13

1 000 biċċa

586 244

14

1 000 biċċa

17 887

15 (2)

1 000 biċċa

20 131

16

1 000 biċċa

17 181

17

1 000 biċċa

13 061

26 (2)

1 000 biċċa

6 645

28

1 000 biċċa

92 909

29

1 000 biċċa

15 687

31

1 000 biċċa

96 488

78

tunnellati (metr.)

36 651

83

tunnellati (metr.)

10 883

Grupp III B

97

tunnellati (metr.)

2 861

GRUPP V

163 (2)

tunnellati (metr.)

8 481

Hong Kong

GRUPP 1A

 

2

tunnellati (metr.)

14 172

2a

tunnellati (metr.)

12 166

3

tunnellati (metr.)

11 912

3a

tunnellati (metr.)

8 085

GRUPP IB

4 (2)

1 000 biċċa

58 250

5

1 000 biċċa

40 240

6 (2)

1 000 biċċa

79 703

6a

1 000 biċċa

68 857

7

1 000 biċċa

42 372

8

1 000 biċċa

59 172

 

GRUPP IIA

39

tunnellati (metr.)

2 444

GRUPP IIB

12

1 000 par

53 159

13 (2)

1 000 biċċa

117 655

16

1 000 sett

4 707

26

1 000 biċċa

12 498

29

1 000 sett

5 191

31

1 000 biċċa

35 442

78

tunnellati (metr.)

14 658

83

tunnellati (metr.)

792

Indja

GRUPP 1A

 

1

tunnellati (metr.)

55 398

2

tunnellati (metr.)

67 539

2a

tunnellati (metr.)

30 211

3

tunnellati (metr.)

38 567

3a

tunnellati (metr.)

7 816

GRUPP IB

4 (2)

1 000 biċċa

100 237

5

1 000 biċċa

53 303

6 (2)

1 000 biċċa

13 706

7

1 000 biċċa

78 485

8

1 000 biċċa

58 173

GRUPP IIA

9

tunnellati (metr.)

15 656

20

tunnellati (metr.)

29 049

23

tunnellati (metr.)

31 206

39

tunnellati (metr.)

9 185

GRUPP IIB

15

1 000 biċċa

10 238

26

1 000 biċċa

24 712

29

1 000 biċċa

14 637

Indonesja

GRUPP 1A

 

1

tunnellati (metr.)

22 559

2

tunnellati (metr.)

34 126

2a

tunnellati (metr.)

12 724

3

tunnellati (metr.)

31 250

3a

tunnellati (metr.)

16 872

 

GRUPP IB

4

1 000 biċċa

59 337

5

1 000 biċċa

58 725

6 (2)

1 000 biċċa

21 429

7

1 000 biċċa

15 694

8

1 000 biċċa

24 626

GRUPP II A

23

tunnellati (metr.)

32 405

GRUPP IIIA

35

tunnellati (metr.)

32 725

Makaw

GRUPP IB

 

4 (2)

1 000 biċċa

15 051

5

1 000 biċċa

14 055

6 (2)

1 000 biċċa

15 179

7

1 000 biċċa

5 907

8

1 000 biċċa

8 257

GRUPP IIA

20

tunnellati (metr.)

244

39

tunnellati (metr.)

307

GRUPP IIB

13

1 000 biċċa

9 446

15

1 000 biċċa

651

16

1 000 biċċa

508

26

1 000 biċċa

1 322

31

1 000 biċċa

10 789

78

tunnellati (metr.)

2 115

83

tunnellati (metr.)

517

Malasja

GRUPP 1A

 

2

tunnellati (metr.)

8 870

2a

tunnellati (metr.)

3 406

3 (2)

tunnellati (metr.)

18 594

3a (2)

tunnellati (metr.)

7 652

GRUPP IB

4 (2)

1 000 biċċa

21 805

5

1 000 biċċa

10 132

6 (2)

1 000 biċċa

12 831

7

1 000 biċċa

43 822

8

1 000 biċċa

10 500

GRUPP IIA

22

tunnellati (metr.)

18 573

Pakistan

GRUPP 1A

 

1 (2)

tunnellati (metr.)

25 961

2

tunnellati (metr.)

51 252

2a

tunnellati (metr.)

19 376

3

tunnellati (metr.)

86 004

GRUPP IB

4 (2)

1 000 biċċa

50 030

5

1 000 biċċa

14 849

6

1 000 biċċa

53 885

7

1 000 biċċa

36 205

8

1 000 biċċa

8 350

GRUPP IIA

9

tunnellati (metr.)

15 398

20

tunnellati (metr.)

59 896

39

tunnellati (metr.)

20 156

GRUPP IIB

26

1 000 biċċa

35 434

28

1 000 biċċa

128 083

Peru

GRUPP 1A

 

1 (2)

tunnellati (metr.)

24 085

2

tunnellati (metr.)

18 080

Filippini

GRUPP IB

 

4 (2)

1 000 biċċa

32 787

5

1 000 biċċa

16 653

6 (2)

1 000 biċċa

15 388

7

1 000 biċċa

8 185

8

1 000 biċċa

9 275

GRUPP IIB

13

1 000 biċċa

42 526

15

1 000 biċċa

5 213

26

1 000 biċċa

6 964

31

1 000 biċċa

26 364

Singapor

GRUPP 1A

 

2

tunnellati (metr.)

5 895

2a

tunnellati (metr.)

2 846

3

tunnellati (metr.)

2 009

GRUPP IB

4 (2)

1 000 biċċa

35 106

5

1 000 biċċa

19 924

6 (2)

1 000 biċċa

21 452

7

1 000 biċċa

17 176

8

1 000 biċċa

10 343

Korea t' Isfel

GRUPP 1A

 

1

tunnellati (metr.)

932

2

tunnellati (metr.)

6 290

2a

tunnellati (metr.)

1 156

3

tunnellati (metr.)

9 470

3a

tunnellati (metr.)

5 156

GRUPP IB

4 (2)

1 000 biċċa

16 962

5

1 000 biċċa

36 754

6 (2)

1 000 biċċa

6 749

7

1 000 biċċa

10 785

8

1 000 biċċa

34 921

GRUPP IIA

9

tunnellati (metr.)

1 721

22

tunnellati (metr.)

22 841

GRUPP IIB

12

1 000 par

231 975

13

1 000 biċċa

17 701

14

1 000 biċċa

8 961

15

1 000 biċċa

12 744

16

1 000 biċċa

1 285

17

1 000 biċċa

3 524

26

1 000 biċċa

3 345

28

1 000 biċċa

1 359

29 (2)

1 000 biċċa

857

31

1 000 biċċa

8 318

78

tunnellati (metr.)

9 358

83

tunnellati (metr.)

485

GRUPP IIIA

35

tunnellati (metr.)

17 631

50

tunnellati (metr.)

1 463

GRUPP IIIB

97

tunnellati (metr.)

2 783

97a (2)

tunnellati (metr.)

889

Tajwan

GRUPP 1A

 

2

tunnellati (metr.)

5 994

2a

tunnellati (metr.)

595

3

tunnellati (metr.)

12 143

3a

tunnellati (metr.)

4 485

GRUPP IB

4 (2)

1 000 biċċa

12 468

5

1 000 biċċa

22 264

6 (2)

1 000 biċċa

6 215

7

1 000 biċċa

3 823

8

1 000 biċċa

9 821

 

GRUPP IIA

20

tunnellati (metr.)

369

22

tunnellati (metr.)

10 054

23

tunnellati (metr.)

6 524

GRUPP IIB

12

1 000 par

43 744

13

1 000 biċċa

3 765

14

1 000 biċċa

5 076

15

1 000 biċċa

3 162

16

1 000 biċċa

530

17

1 000 biċċa

1 014

26

1 000 biċċa

3 467

28 (2)

1 000 biċċa

2 549

78

tunnellati (metr.)

5 815

83

tunnellati (metr.)

1 300

GRUPP IIIA

35

tunnellati (metr.)

12 480

GRUPP IIIB

97

tunnellati (metr.)

1 783

97a (2)

tunnellati (metr.)

807

Tajlandja

GRUPP 1A

 

1

tunnellati (metr.)

25 175

2

tunnellati (metr.)

18 729

2a

tunnellati (metr.)

4 987

3 (2)

tunnellati (metr.)

34 101

3a (2)

tunnellati (metr.)

9 517

GRUPP IB

4

1 000 biċċa

55 198

5

1 000 biċċa

38 795

6

1 000 biċċa

16 568

7

1 000 biċċa

13 169

8

1 000 biċċa

6 856

GRUPP IIA

20

tunnellati (metr.)

15 443

22

tunnellati (metr.)

7 478

GRUPP IIB

12

1 000 par

49 261

26

1 000 biċċa

11 460

GRUPP IIIB

97

tunnellati (metr.)

3 445

97a (2)

tunnellati (metr.)

2 911

Appendiċi A għal Anness Va

Kategorija

Pajjiż Terz

Rimarki

1

Pakistan

Il-kwantitajiet addizzjonali li ġejjin jistgħu jiġu miżjuda mal-limiti kwantitattivi annwali pertinenti (tunnellati metriċi):

509

Dawn il-kwantitajiet jistgħu, soġġett għal notifika, jiġu trasferiti għal-limiti kwantitattivi pertinenti għall-Kategorija 2. Parti mill-kwantità hekk trasferita tista' tiġi wżata fuq bażi pro rata għall-Kategorija 2a)

 

Peru'

Minbarra l-limiti kwantitattivi murija fl-Anness Va, kwantità annwali addizzjonali ta' 900 tunnellata ta' prodotti li jaqgħu taħt il-Kategorija 1 hija riservata għal importazzjonijiet fil-Komunità għall-ipproċessar mill-industrija Komunitarja

2

Ċina

Għal tessuti, ta' wisa' inqas minn 115 ċm (kodiċi NM: 5208 11 90 , ex 5208 12 16 , ex 5208 12 96 , 5208 13 00 , 5208 19 00 , 5208 21 90 , ex 5208 22 16 , ex 5208 22 96 , 5208 23 00 , 5208 29 00 , 5208 31 00 , ex 5208 32 16 , ex 5208 32 96 , 5208 33 00 , 5208 39 00 , 5208 41 00 , 5208 42 00 , 5208 43 00 , 5208 49 00 , 5208 51 00 , 5208 52 10 , 5208 53 00 , 5208 59 00 , 5209 11 00 , 5209 12 00 , 5209 19 00 , 5209 21 00 , 5209 22 00 , 5209 29 00 , 5209 31 00 , 5209 32 00 , 5209 39 00 , 5209 41 00 , 5209 42 00 , 5209 43 00 , 5209 49 90 , 5209 51 00 , 5209 52 00 , 5209 59 00 , 5210 11 10 , 5210 12 00 , 5210 19 00 , 5210 31 10 , 5210 32 00 , 5210 39 00 , 5210 41 00 , 5210 42 00 , 5210 49 00 , 5211 11 00 , 5211 12 00 , 5211 19 00 , 5211 31 00 , 5211 32 00 , 5211 39 00 , 5211 41 00 , 5211 42 00 , 5211 43 00 , ex 5211 49 10 , 5211 49 90 , 5212 11 10 , 5212 11 90 , 5212 13 90 , 5212 14 10 , 5212 14 90 , 5212 21 10 , 5212 21 90 , 5212 23 10 , 5212 23 90 , 5212 24 10 , 5212 24 90 , ex 5811 00 00 u ex 6308 00 00 ) il-kwantitajiet addizzjonali li ġejjin jistgħu jiġu esportati lejn il-Komunità miċ-Ċina (tunnellati metriċi):

1 454

Għal tessuti tal-Kategorija 2 għall-garża medika (kodiċi NM: 5208 11 10 u 5208 21 10 ) il-kwantitajiet addizzjonali li ġejjin jistgħu jiġu esportati lejn il-Komunità miċ-Ċina (tunnellati metriċi):

2 009

Hemm il-possibbiltà li jiġi trasferit lejn u mill-Kategorija 3 sa 40 % tal-Kategorija li minnha u lejha jsir it-trasferiment

3

Malasja

Tajlandja

Il-limiti kwantitattivi indikati fl-Anness Va jinkludu tessut tal-qoton li jaqa' fil-Kategorija 2

3a

Malasja

Tajlandja

Il-limiti kwantitattivi indikati fl-Anness Va jinkludu tessut tal-qoton barra dak li mhux ibbliċjat jew ibbliċjat li jaqa' fil-Kategorija 2a)

4

Ċina

Hong Kong

Indja

Makaw

Malasja

Għall-finijiet ta' l-imputazzjoni ta' l-esportazzjonijiet vis-à-vis l-limiti kwantitattivi miftehma, tista' ssir applikazzjoni għal rata ta' konverżjoni ta' ħames indumenti (barra ħwejjeġ tat-trabi) ta' daqs massimu kummerċjali ta' 130 ċm għal tlett indumenti li d-daqs kummerċjali tagħhom jeċċedi 130 ċm sa 5 % tal-limiti kwantitattivi

5

Pakistan

Filippini

Singapor

Korea t'Isfel

Tajwan

Għall-Hong Kong, Makaw u l-Korea t'Isfel, din il-figura għandha tkun ta' 3 %, u għat-Tajwan 4 %

Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni li tikkonċerna dawn il-prodotti għandha turi, fil-Kaxxa 9, il-kliem “Għandha tiġi applikata r-rata ta' konverżjoni għal indumenti ta' daqs kummerċjali ta' mhux aktar minn 130 ċm”

 

Ċina

Dawn il-figuri jinkludu l-kwantitajiet li ġejjin riservati għall-industrija Ewropea għal perjodu ta' 180 jum kull sena (1 000 biċċa):

700

Għal prodotti tal-Kategorija 5 (minbarra anoraks, windcheaters, ġkieket sal-qadd u simili) magħmula minn pil fin ta' l-annimali li jaqgħu fil-kodiċi NM:

6110 12 10 , 6110 12 90 , 6110 19 10 u 6110 19 90 , is-sub-limiti li ġejjin japplikaw fil-limiti kwantitattivi stabbiliti għall-Kategorija 5 (1 000 biċċa):

250

6

Ċina

Il-figuri jinkludu l-kwantitajiet li ġejjin riservati għall-industrija Ewropea għal perjodu ta' 180 jum kull sena (1 000 biċċa):

1 274

Il-kwantitajiet addizzjonali ta' shorts li ġejjin (kodiċi NM 6203 41 90 , 6203 42 90 , 6203 43 90 u 6203 49 50) jistgħu jiġu esportati miċ-Ċina lejn il-Komunità (1 000 biċċa):

1 266

 

Hong Kong

Indja

Indoneżja

Makaw

Malasja

Filippini

Singapor

Korea t'Isfel

Tajwan

Għall-finijiet ta' l-imputazzjoni ta' l-esportazzjonijiet vis-à-vis l-limiti kwantitattivi miftehma, tista' ssir applikazzjoni għal rata ta' konverżjoni ta' ħames indumenti (barra ħwejjeġ tat-trabi) ta' daqs massimu kummerċjali ta' 130 ċm għal tlett indumenti li d-daqs kummerċjali tagħhom jeċċedi 130 ċm sa 5 % tal-limiti kwantitattivi

Għall-Makaw din il-figura għandha tkun ta' 3 % u għal Hong kong għandha tkun ta' 1 %

L-użu tar-rata ta' konverżjoni għal Hong kong huwa limitat, fir-rigward ta' qliezet twal, għas-sub-limitu massimu indikat hawn isfel

Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni li tikkonċerna dawn il-prodotti għandha turi, fil-Kaxxa 9, il-kliem “Għandha tiġi applikata r-rata ta' konverżjoni għal indumenti ta' daqs kummerċjali ta' mhux aktar minn 130 ċm”

 

Hong Kong

Fil-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness Va hemm is-sub-limiti li ġejjin għal qliezet twal li jaqgħu fil-kodiċi NM:

6203 41 10 , 6203 42 31 , 6203 42 33 , 6203 42 35 , 6203 43 19 , 6203 49 19 , 6204 61 10 , 6204 62 31 , 6204 62 33 , 6204 62 39 , 6204 63 18 , 6204 69 18 , 6211 32 42 , 6211 33 42 , 6211 42 42 u 6211 43 42 (1 000 biċċa):

68 857

Il-liċenzja ta' esportazzjoni li tkopri dawn il-prodotti għandha tiġi konvalidata hekk: “Kategorija 6 A”

7

Ċina

Dawn il-figuri jinkludu l-kwantitajiet li ġejjin riservati għall-industrija Ewropea għal perjodu ta' 180 jum kull sena (1 000 biċċa):

755

8

Ċina

Dawn il-figuri jinkludu l-kwantitajiet li ġejjin riservati għall-industrija Ewropea għal perjodu ta' 180 jum kull sena (1 000 biċċa):

1 220

13

Hong Kong

Il-limiti kwantitattivi indikati fl-Anness Va jkopru biss prodotti tal-qoton jew fibri sintetiċi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM:

6107 11 00 , ex 6107 12 00 , 6108 21 00 , ex 6108 22 00 u ex 6212 10 10

Minbarra l-limiti kwantitattivi murija fl-Anness Va, il-kwantitajiet speċifiċi li ġejjin ġew miftehma għall-esportazzjonijiet ta' prodotti (tas-suf jew fibri riġenerati) li jaqgħu fil-kodiċi NM:

ex 6107 12 00 , ex 6107 19 00 , ex 6108 22 00 , ex 6108 29 00 u ex 6212 10 10 (tunnellati metriċi):

3 002

Il-liċenzja ta' esportazzjoni li tkopri dawn il-prodotti għandha tiġi konvalidata hekk “Kategorija 13 S”

15

Ċina

Dawn il-figuri jinkludu l-kwantitajiet li ġejjin riservati għall-industrija Ewropea għal perjodu ta' 180 jum kull sena (1 000 biċċa):

371

26

Ċina

Dawn il-figuri jinkludu l-kwantitajiet li ġejjin riservati għall-industrija Ewropea għal perjodu ta' 180 jum kull sena (1 000 biċċa):

370

28

Tajwan

Minbarra l-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness Va, kwantitajiet speċifiċi ġew miftehma għall-esportazzjonijiet ta' bib and brace overalls, breeches u xorts li jaqgħu taħt il-kodiċi NM:

6103 41 90 , 6103 42 90 , 6103 43 90 , 6103 49 91 , 6104 61 90 , 6104 62 90 , 6104 63 90 u 6104 69 91 :

1 226 368 biċċa

29

Korea t'Isfel

Minbarra l-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness Va, kwantitajiet addizzjonali huma riservati għal ħwejjeġ li jintużaw għall-arti marzjali (ġudo, karate', kung fu, taekwondo jew simili) (1 000 biċċa):

454

97a

Korea t'Isfel

Tajwan

Tajlandja

Xbiek fini (kodiċi NM: 5608 11 19 u 5608 11 99 )

163

Ċina

Dawn il-figuri jinkludu l-kwantitajiet li ġejjin riservati għall-industrija Ewropea għal perjodu ta' 180 jum kull sena (tunnellati metriċi):

400

Il-kategoriji kollha suġġetti għal limiti kwantitattivi

Vjetnam

Il-Vjetnam għandu jirriserva 30 % tal-limiti kwantitattivi tiegħu għal ditti li japparjtenu lill-industrija tessili Komunitarja għal perjodu ta' erba' xhur li jibda fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, abbażi tal-listi provduti mill-Komunità qabel it-30 ta' Ottubru tas-sena preċedenti

Appendiċi B għal Anness Va

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

2004

Ċina

Il-kwantitajiet li ġejjin, magħmulin disponibbli għas-sena 2004, jistgħu jiġu wżati esklussivament f'fieri Ewropej:

 

1

Tunnellati

317

 

2

Tunnellati

1 338

 

2a

Tunnellati

159

 

3

Tunnellati

196

 

3a

Tunnellati

27

 

4

1 000 biċċa

2 061

 

5

1 000 biċċa

705

 

6

1 000 biċċa

1 689

 

7

1 000 biċċa

302

 

8

1 000 biċċa

992

 

9

Tunnellati

294

 

12

1 000 par

843

 

13

1 000 biċċa

3 192

 

20/39

Tunnellati

372

 

22

Tunnellati

332

Flessibiltajiet previsti fl-Artikolu 7 ta' u fl-Anness VIIIa mar-Regolament tal-Kunsill 3030/93 għaċ-Ċina huma applikabbli għall-kategoriji u ammonti t'hawn fuq,

Appendiċi Ċ għal Anness Va

LIMITI KWANTITATTIVI KOMUNITARJI

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

2004

Ċina

GRUPP I

 

ex 20 (5)

tunnellati (metr.)

59

GRUPP IV

115

tunnellati (metr.)

1 413

117

tunnellati (metr.)

684

118

tunnellati (metr.)

1 513

122

tunnellati (metr.)

220

GRUPP V

136A

tunnellati (metr.)

462

156 (6)

tunnellati (metr.)

3 986

157 (6)

tunnellati (metr.)

13 738

159 (6)

tunnellati (metr.)

4 352

6)

L-Anness VI jiġi emendat kif ġej:

(a)

is-subparagrafu (d) tal-paragrafu 1 jiġi mħassar.

(b)

it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 2 jiġu mħassra.

7)

Fl-Anness VII, it-tabella tiġi sostitwita b'li ġejja:

“TABELLA

Limiti kwantitattivi komunitarji għal merkanziji re-importati taħt l-opt applikabbli għas-sena 2005

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

Limiti kwantitattivi Komunitarji

2005

Belarus

GRUPP IB

 

4

1 000 biċċa

4 733

5

1 000 biċċa

6 599

6

1 000 biċċa

8 800

7

1 000 biċċa

6 605

8

1 000 biċċa

2 249

GRUPP IIB

12

1 000 par

4 446

13

1 000 biċċa

697

15

1 000 biċċa

3 858

16

1 000 biċċa

786

21

1 000 biċċa

2 567

24

1 000 biċċa

661

26/27

1 000 biċċa

3 215

29

1 000 biċċa

1 304

73

1 000 biċċa

4 998

83

Tunnellati (metr.)

664

 

GRUPP IIIB

74

1 000 biċċa

872

Vjetnam

GRUPP IB

 

4

1 000 biċċa

1 129

5

1 000 biċċa

861

6

1 000 biċċa

811

7

1 000 biċċa

1 503

8

1 000 biċċa

3 483

GRUPP IIB

12

1 000 par

3549

13

1 000 biċċa

1086

15

1 000 biċċa

350

18

Tunnellati (metr.)

409

21

1 000 biċċa

2 374

26

1 000 biċċa

223

31

1 000 biċċa

1 981

68

Tunnellati (metr.)

166

76

Tunnellati (metr.)

564

78

Tunnellati (metr.)

395”

8)

Jiġi inserit l-Anness VIIa li ġej:

ANNESS VIIA

“TABELLA

LIMITI KWANTITATTIVI KOMUNITARJI GĦAL MERKANZIJI RE-IMPORTATI TAĦT L-OPT imsemmija taħt l-Artikolu 2(5)

Pajjiż terz

Kategorija

Unità

Limiti kwantitattivi Komunitarji

2004

Belarus

GRUPP IB

 

4

1 000 biċċa

4 432

5

1 000 biċċa

6 179

6

1 000 biċċa

7 526

7

1 000 biċċa

5 586

8

1 000 biċċa

1 966

GRUPP IIB

12

1 000 par

4 163

13

1 000 biċċa

419

15

1 000 biċċa

3 228

16

1 000 biċċa

736

21

1 000 biċċa

2 403

24

1 000 biċċa

526

26/27

1 000 biċċa

2 598

29

1 000 biċċa

1 221

73

1 000 biċċa

4 679

83

Tunnellati (metr.)

622

 

GRUPP IIIB

74

1 000 biċċa

816

Ċina

GRUPP IB

 

4

1 000 biċċa

337

5

1 000 biċċa

746

6

1 000 biċċa

2 707

7

1 000 biċċa

724

8

1 000 biċċa

1 644

GRUPP IIB

13

1 000 biċċa

888

14

1 000 biċċa

660

15

1 000 biċċa

679

16

1 000 biċċa

1 032

17

1 000 biċċa

868

26

1 000 biċċa

1 281

29

1 000 biċċa

129

31

1 000 biċċa

10 199

78

Tunnellati (metr.)

105

83

Tunnellati (metr.)

105

GRUPP V

159

Tunnellati (metr.)

9

Indja

GRUPP IB

 

7

1 000 biċċa

4 987

8

1 000 biċċa

3 770

GRUPP IIB

15

1 000 biċċa

380

26

1 000 biċċa

3 555

Indoneżja

GRUPP IB

 

6

1 000 biċċa

2 456

7

1 000 biċċa

1 633

8

1 000 biċċa

2 045

Makaw

GRUPP IB

 

6

1 000 biċċa

335

GRUPP IIB

16

1 000 biċċa

906

Malasja

GRUPP IB

 

4

1 000 biċċa

594

5

1 000 biċċa

594

6

1 000 biċċa

594

7

1 000 biċċa

383

8

1 000 biċċa

308

Pakistan

GRUPP IB

 

4

1 000 biċċa

8 273

5

1 000 biċċa

4 148

6

1 000 biċċa

7 096

7

1 000 biċċa

3 372

8

1 000 biċċa

4 704

GRUPP IIB

26

1 000 biċċa

4 604

Filippini

GRUPP IB

 

6

1 000 biċċa

738

8

1 000 biċċa

221

Singapor

GRUPP IB

 

7

1 000 biċċa

1 283

Tajlandja

GRUPP IB

 

5

1 000 biċċa

416

6

1 000 biċċa

417

7

1 000 biċċa

653

8

1 000 biċċa

416

GRUPP IIB

26

1 000 biċċa

633

Vjetnam

GRUPP IB

 

4

1 000 biċċa

1 064

5

1 000 biċċa

811

6

1 000 biċċa

757

7

1 000 biċċa

1 417

8

1 000 biċċa

3 286

GRUPP IIB

12

1 000 par

3 348

13

1 000 biċċa

1 024

15

1 000 biċċa

329

18

Tunnellati (metr.)

385

21

1 000 biċċa

2 235

26

1 000 biċċa

209

31

1 000 biċċa

1 869

68

Tunnellati (metr.)

156

76

Tunnellati (metr.)

532

78

Tunnellati (metr.)

371”.

9)

L-Anness VIII jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-tabella tiġi sostitwita b'din li ġejja:

“PAJJIŻ

Utilizzazz-joni antiċipata

Carry-over

Tras-ferimenti mill-Kategorija 1 għall-Kategoriji 2 u 3

Tras-ferimenti bejn il- Kategoriji 2 u 3

Tras-ferimenti bejn il-Kategoriji 4, 5, 6, 7, 8

Tras-ferimenti mill-Gruppi I, II, III lejn il- Gruppi II, III, IV

Żieda massima fi kwalunkwe kategorija

Kondizzjonijiet addizzjonali

1.

2.

3.

4.

5.

6.

7.

8.

9.

Belarus

5 %

7 %

4 %

4 %

4 %

5 %

13.5 %

Fir-rigward tal-Kolonna 7, jistgħu jsiru wkoll trasferimenti minn u lejn il-Grupp V. Għall-kategoriji tal-Grupp I, il-limitu fil-Kolonna 8 huwa ta' 13 %

Vjetnam

5 %

7 %

0 %

0 %

7 %

7 %

17 %

Fir-rigward tal-Kolonna 7, jistgħu jsiru trasferimenti minn kwalunkwe kategorija fil-Gruppi I, II, III, IV u V għall-Gruppi II, III, IV u V.”

(b)

Tiġi mħassra l-Appendiċi ma' l-Anness VIII.

10)

Jiġi inserit l-Anness li ġej:

ANNESS VIIIA

Disposizzjonijiet ta' flessibbiltà msemmija taħt l-Artikolu 7

PAJJIŻ

Utilizzazz-joni antiċipata

Carry-over

Tras-ferimenti mill-Kategorija 1 għall-Kategoriji 2 u 3

Tras-ferimenti bejn il- Kategoriji 2 u 3

Tras-ferimenti bejn il-Kategoriji 4, 5, 6, 7, 8

Tras-ferimenti mill-Gruppi I, II, III lejn il- Gruppi II, III, IV

Żieda massima fi kwalunkwe kategorija

Kondizzjonijiet addizzjonali

1.

2.

3.

4.

5.

6.

7.

8.

9.

Arġentina

5 %

7 %

7 %

7 %

7 %

7 %

n.a.

Jistgħu jsiru rasferimenti mill-Kategoriji 2 u 3 għall-Kategorija 1 sa 4 %

Belarus

5 %

7 %

4 %

4 %

4 %

5 %

13.5 %

Fir-rigward tal-Kolonna 7, jistgħu jsiru wkoll trasferimenti minn u għal Grupp V. Għall-katergoriji ta' Grupp I il-limitu fil-Kolonna 8 huwa ta' 13 %

Ċina

1 %

3 %

1 %

4 %

4 %

6 %

17 %

Jistgħu jiġu awtorizzati ammonti oħra mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa:

 

Kolonna 2: 5 %

 

Kolonna 3: 7 %

Fir-rigward tal-Kolonna 7, trasferimenti mill-Gruppi I, II u III jistgħu jsiru biss għall-Gruppi II, u III.

Hong Kong

*

*

0 %

4 %

4 %

5 %

n.a.

Ara l-appendiċi għall-Anness VIIIa.

Indja

5 %

7 %

7 %

7 %

7 %

7 %

n.a.

Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa 8 000 tunnellata metrika ((2 500 tunnellata metrika għal kwalunkwe kategorija ta' tessili partikolari u

3 000 tunnellata metrika għal kwalunkwe kategorija partikolari ta' lbies).

Indoneżja

5 %

7 %

7 %

7 %

7 %

7 %

n.a.

 

Makaw

1 %

2 %

0 %

4 %

4 %

5 %

n.a.

Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa:

 

Kolonna 2: 5 %

 

Kolonna 3: 7 %

Malasja

5 %

7 %

7 %

7 %

7 %

7 %

n.a.

 

Pakistan

5 %

7 %

7 %

7 %

7 %

7 %

n.a.

Fir-rigward tal-Kolonna 4, jistgħu jsiru trasferimenti bejn il-Kategoriji 1, 2 u 3.

Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa 4 000 tunnellata metrika ((2 000 tunnellata metrika għal kwalunkwe kategorija partikolari).

Peru'

5 %

9 %

11 %

11 %

11 %

11 %

n.a.

Jistgħu jsiru trasferimenti bejn il-Kategoriji 1, 2 u 3 sa 11 %.

Filippini

5 %

7 %

7 %

7 %

7 %

7 %

n.a.

 

Singapor

5 %

7 %

7 %

7 %

7 %

7 %

n.a.

 

Korea t'Isfel

1 %

2 %

0 %

4 %

4 %

5 %

n.a.

Ammonti oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa:

 

Kolonna 2: 5 %

 

Kolonna 3: 7 %

Tajwan

5 %

7 %

0 %

4 %

4 %

5 %

12 %

 

Tajlandja

5 %

7 %

7 %

7 %

7 %

7 %

n.a.

 

Uzbekistan

5 %

7 %

4 %

4 %

4 %

5 %

13.5 %

Fir-rigward tal-Kolonna 7, jistgħu jsiru wkoll trasferimenti minn u għall-Grupp V.

Għall-kategoriji tal-Grupp I il-limitu fil-Kolonna 8 huwa ta' 13 %

Vjetnam

5 %

7 %

0 %

0 %

7 %

7 %

17 %

Fir-rigward tal-Kolonna 7, jistgħu jsiru wkoll trasferimenti minn kwalunkwe kategorja fil-Gruppi I, II, III, IV u V għall-Gruppi II, III, IV u V.

n.a. = not applicable (mhux applikabbli)


Disposizzjonijiet ta' flessibiltà għal restrizzjonijiet kwantitattivi msemmija fl-Appendiċi Ċ għall-Anness Va

PAJJIŻ

Utilizzazzjoni antiċipata

Carry-over

Trasferimenti bejn il-Kategoriji 156, 157, 159 u 161

Trasferimenti bejn kategoriji oħra

Żieda massima fi kwalunkwe kategorija

Kondizzjonijiet addizzjonali

1.

2.

3.

4.

5.

6.

7.

Ċina

1 %

3 %

1.5 %

6 %

14 %

Jistgħu jiġu awtorizzati ammonti oħra mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sa:

 

Kolonna 2: 5 %

 

Kolonna 3: 7 %

n.a. = not applicable (mhux applikabbli)

Appendiċi għall-Anness VIIIa

Disposizzjonijiet ta' flessibiltà: Hong Kong

1.

Pajjiż

Grupp

Kategorija

2.

Utilizzazzjoni antiċipata

Hong Kong

Grupp I

2, 2A

3,25  %

 

 

3, 3A, 4, 7, 8

3,00  %

5

3,75  %

6, 6A

2,75  %

Grupp II

13, 21, 68, 73

3,50  %

 

12, 16, 18, 24, 26, 32, 39, 77

4,25  %

13S, 31, 68S, 83

4,50  %

27, 29, 78

5,00  %

Grupp III

Il-kategoriji kollha

5,00  %


1.

Pajjiż

Grupp

Kategorija

3.

Carry-over

Hong Kong

Grupp I

2, 2A, 3, 3A

3,75  %

 

 

4

3,25  %

5

3,00  %

6, 6A, 7, 8

2,50  %

Grupp II

13, 13S, 21, 73

3,00  %

 

18, 68, 68S

3,50  %

12, 31

4,50  %

24, 26, 27, 32, 39, 78

5,00  %

16, 29, 77, 83

5,50  %

Grupp III

Il-kategoriji kollha

5,50  %

”.

11)

L-Anness IX jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS IX

Pajjiż fornitur

Grupp I

Grupp II

Grupp III

Grupp IV

Grupp V

Belarus

 

1,20  %

4,00  %

4,00  %

4,00  %

Ukrajna

 

1,20  %

4,00  %

4,00  %

4,00  %

Uzbekistan

0,35  % (**)

1,20  %

4,00  %

4,00  %

4,00  %


Pajjiż fornitur

Grupp I

Grupp II A

Grupp II B

Grupp III

Grupp IV

Grupp V

Vjetnam

1,0  %

5,0  %

2,5  %

10,0  %

10,0  %

10,0  %”.

12.

L-Anness X jiġi mħassar.


(1)  Ara appendiċi A.

(2)  Ara appendiċi A

(3)  Ara appendiċi B

(4)  Ara appendiċi Ċ

(*)  Hemm il-possibbiltà li jiġi trasferit lejn u mill-Kategorija 3 sa 40% tal-kategorija li minnha u lejha jsir it-trasferiment.

(5)  Il-kategoriji mmarkati b'‘ex’ ikopru prodotti oħra minbarra dawk magħmula mis-suf jew minn pil fin ta' l-annimali, qoton jew materjali tessili sintetiċi jew artifiċjali.

(6)  Għal dawn il-kategoriji iċ-Ċina tobbliga ruħha li tirriserva, bħala prijorità, 23 % tal-limiti kwantitattivi kkonċernati għal utenti li jippartjenu lil-industrija tessili Komunitarja matul 90 jum li jibdew fl-1 ta' Jannar ta' kull sena.

(**)  Ħlief għall-Kategorija 1:2005: %


Top