EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1785

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1785/2004 tal- 5 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta' Jannar 2004 ħar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jkunu jaħdmu f'pajjiżi terzi

OJ L 317, 16.10.2004, p. 1–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 142M, 30.5.2006, p. 467–472 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1785/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

467


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 1785/2004

tal-5 ta' Ottubru 2004

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Jannar 2004 ħar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jkunu jaħdmu f'pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet, stabbilit bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13 ta' l-Anness X tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Għandhom jitqiesu l-bidliet fl-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra il-Komunità u jiġu stabbiliti għaldaqstant il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Jannar 2004 għar-rimunerazzjoni mħallsa fil-munita tal-pajjiz ta' l-impjieg lill-uffiċjali li jkunu jaħdmu f'pajjiżi terzi.

(2)

Il-koeffiċjenti korrettivi, li fir-rigward tagħhom ikun sar il-ħlas fuq il-bazi tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 64/2004 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Lulju 2003 (2), jistgħu iwasslu għal aġġustamenti 'l fuq jew 'l isfel retrospettivi fir-rimunerazzjoni.

(3)

Għandu jkun hemm provvediment għal ħlas b'lura fil-każ ta' żieda fir-rimunerazzjoni minħabba il-koeffiċjenti korrettivi ġodda.

(4)

Għandu jkun hemm provvediment għall-irkuprar ta' ammonti mħallsa żejda fil-każ ta' tnaqqis fir-rimunerazzjoni minħabba l-koeffiċjenti korrettivi ġodda għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2004 u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(5)

Għandu jkun hemm provvediment biex irkuprar bħal dan ikun ristrett għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-koeffiċjenti korrettivi u sabiex l-effetti tagħha jinfirxu fuq perijodu ta' mhux aktar minn tnax-il xahar wara d-data ta' dik id-deċiżjoni, kif inhu l-każ għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-Komunità Ewropea għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Jannar 2004, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jkunu jaħdmu f'pajjiżi terzi pagabbli fil-munita tal-pajjiż ta' l-impjieg għandhom ikunu kif muri fl-Anness.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' din ir-rimunerazzjoni għandhom ikunu dawk użati għall-implimentazzjoni tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għax-xahar li jiġi qabel id-data msemmija fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħlasijiet b'lura fil-każ ta' żieda fir-rimunerazzjoni minħabba il-koeffiċjenti korrettivi murija fl-Anness.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti 'l isfel retrospettivi fir-rimunerazzjoni f'każ ta' tnaqqis fil-ħlas minħabba l-koeffiċjenti korrettivi murija fl-Anness għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2004 u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-aġġustamenti retrospettivi li għandhom x'jaqsmu ma' l-irkuprar ta' ammonti mħallsa żejda għandhom ikunu ristretti għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-irkuprar għandu jkun mifrux fuq perijodu ta' mhux aktar minn tnax-il xahar minn dik id-d-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar il-5 ta' Ottubru 2004

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)  ĠU L 56 ta' l-4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1).


ANNESS

POST TA' IMPJIEG

Koeffiċjenti korrettivi

Jannar 2004

L-Afganistan (*)

0,0

L-Afrika t'isfel

69,0

L-Albanija

80,6

L-Alġerija

86,7

Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

74,8

L-Angola

117,7

L-Għarabja Sawdita (*)

0,0

L-Arġentina

61,0

L-Awstralja

100,1

Il-Bangladexx

56,7

Il-Barbados

104,7

Il-Benin

87,7

Il-Bolivja

49,9

Il-Bosnia u Herżegovina

74,5

Il-Botswana

74,8

Il-Brażil

58,5

Il-Bulgarija

72,9

Il-Burkina Faso

82,6

Il-Burundi (*)

0,0

Il-Kambodja

64,3

Il-Kamerun

99,1

IL-Kanada

79,5

Il-Kap Verde

75,1

Iċ-Ċili

73,4

Iċ-Ċina

75,9

Ċipru

99,2

Il-Ċisġordan — Il-Medda ta' Gaza

87,8

Il-Kolumbja

55,7

Il-Kongo

129,8

Il-Korea ta' Isfel

88,1

Il-Kosta Rika

72,1

Il-Kosta ta' l-Avorju

107,0

Il-Kroazja

93,9

Kuba

91,5

Il-Ġibuti

96,6

L-Eġittu

45,4

L-Ekwador

69,6

L-Eritrea

42,6

L-Estonja

74,1

L-Istati Uniti (New York)

103,6

L-Istati Uniti (Washington)

100,1

L-Etjopja

69,6

Il-Gabon

113,7

Il-Gambja

35,5

Il-Ġeorġja

81,7

Il-Gana

70,5

Il-Gwatemala

71,7

Il-Ginea

75,4

Il-Ginea-Bissaw

140,8

Il-Gujana

59,0

Il-Ħaiti

85,7

Hong Kong

86,6

L-Ungerija

69,5

Il-Gzejjer Fiġi

72,9

Il-Ġzejjer

81,4

L-Indja

48,5

L-Indoneżja

84,5

L-Iżrael

91,4

Il-Ġamajka

82,5

Il-Ġappun (Naka)

128,7

Il-Ġappun (Tokyo)

137,3

Il-Ġordan

75,0

Il-Każakstan

91,9

Il-Kenja

76,7

Il-Laos

71,2

Il-Lesoto

71,0

Il-Latvja

70,3

Il-Libanu

91,3

Il-Liberja (*)

0,0

Il-Litwanja

73,2

Il-Madagaskar

89,4

Il-Malasja

72,7

Il-Malawi

69,5

Il-Mali

90,4

Malta

96,3

Il-Marokk

84,1

Il-Mawrizju

73,7

Il-Mawritanja

63,0

Il-Messiku

73,0

Il-Możambik

73,7

In-Namibja

81,6

In-Nepal

67,3

In-Nikaragwa

67,4

In-Niġer

86,2

In-Niġerja

70,8

In-Norveġja

128,5

New Caledonia

120,9

L-Uganda

66,9

Il-Pakistan

50,5

Il-Papwa-Ginea Ġdida

74,0

Il-Paragwaj

61,5

Il-Perù

79,8

Il-Filippini

48,7

Il-Polonja

66,2

Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali

112,5

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

140,9

Ir-Repubblika Dominikana

42,7

Ir-Repubblika Ċeka

80,1

Ir-Rumanija

49,5

Ir-Russja

101,3

Ir-Ruwanda

77,1

Is-Senegal

79,1

Is-Serbja u Montenegro

62,9

Is-Sierra Leone

68,8

Singapor

94,7

Is-Slovakkja

80,3

Is-Slovenja

83,4

Is-Somalja (*)

0,0

Is-Sudan

37,9

Is-Sri Lanka

59,1

L-Isvizzera

116,1

Is-Surinam

52,8

Is-Sważiland

68,7

Is-Sirja

56,8

It-Tajwan

87,0

It-Tanzanija

60,0

Iċ-Ċad

114,6

It-Tajlandja

60,7

It-Togo

97,5

It-Trinidad u Tobago

69,7

It-Tuniżija

75,8

It-Turkija

80,7

L-Ukraina

91,4

L-Urugwaj

58,5

Il-Vanwatu

118,9

Il-Venezwela

76,4

Il-Vjetnam

51,0

Il-Jemen (*)

0

Iż-Żambja

47,6

Iż-Żimbabwe

128,1


(*)  Mhux disponibbli


Top