EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004H0704

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Ottubru 2004 dwar il-monitoraġġ ta' l-ammont tad-diossini u PĊBs li jixbħu d-diossina fl-għalf ta' l-annimali (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2002) 3461) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 321, 22.10.2004, p. 38–44 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 267M, 12.10.2005, p. 225–231 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2004/704/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

225


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Ottubru 2004

dwar il-monitoraġġ ta' l-ammont tad-diossini u PĊBs li jixbħu d-diossina fl-għalf ta' l-annimali

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2002) 3461)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/704/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi,

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tas-7 ta' Mejju 2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta' l-annimali (1) tistabbilixxi l-ogħla livelli għad-diossini fi prodotti ta' l-għalf u f'taħlita ta' l-għalf għall-annimali

(2)

Għalkemm minn perspettiva tossikoloġika, kwalunkwe livell għandu japplika għad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina, ġew stipulati l-ogħla livelli biss għad-diossini u l-furans u mhux għall-PĊBs bħad-diossina, tikkonsidra d-data limitata ħafna disponibbli dwar il-prevalenza għal dawn ta' l-aħħar. Id-Direttiva hawn fuq imsemmija, għall-ewwel darba tipprovdi għal verifika ta' l-ogħla livelli sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2004, fid-dawl tad-data ġdida dwar il-preżenza tad-diossini u PĊBs bħad-diossina, b'mod partikolari b'perspettiva għall-inklużjoni ta' PĊBs bħad-diossina fil-livelli li għandhom jiġu stipulati.

(3)

Id-Direttiva 2002/32/KE tipprovdi għal verifika ulterjuri ta' l-ogħla livelli sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006 bil-għan li jitnaqqsu l-ogħla livelli b'mod sinifikanti.

(4)

Huwa meħtieġ li tiġi ġġenerata data affidabbli madwar il-Komunità Ewropea dwar il-preżenza ta' PĊBs bħad-diossina fil-medda wiesgħa ta' prodotti intiżi għall-għalf ta' l-annimali (kif definita fid-Direttiva 2002/32/KE dwar is-sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta' l-annimali) sabiex ikun hemm stampa ċara tal-xejriet kronoloġiċi tal-preżenza ta' dawn is-sustanzi fi prodotti intiżi għall-għalf ta' l-annimali.

(5)

Ir-relazzjoni bejn il-preżenza tad-diossini, furans, PĊBs bħad-diossina u PĊBs mhux bħad-diossina hija importanti imma lura sew milli tkun magħrufa. Huwa għalhekk xieraq li fejn possibli jiġu analizzati l-kampjuni magħżula anki għal PĊBs bħad-diossina.

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/201/KE ta' l-4 ta' Marzu 2002 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs fl-għalf ta' l-annimali u fil-prodotti ta' l-ikel (2) tirrakkomanda li l-Istati Membri jwettqu monitoraġġ każwali tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti intiżi għall-għalf ta' l-annimali, proporzjonat mal-produzzjoni u l-konsum tal-prodotti intiż għall-għalf ta' l-annimali. Dan il-monitoraġġ għandu jitwettaq billi jsegwi linji ta' gwida dettaljati stabbiliti mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. Sabiex jiżguraw grad għoli ta' uniformità madwar l-Unjoni Ewropea dawn il-linji ta' gwida għandhom jinkludu, dispożizzjonijiet inter alia li għandhom x'jaqsmu mal-frekwenza minima u kif għandhom jiġu rrapurtati r-riżultati.

(7)

Huwa importanti li din id-data tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni fuq bażi regolari. Il-Kummissjoni ser tiżgura l-kumpilazzjoni ta' din id-data f'database li ser tkun pubblikament disponibbli biex tiġi kkonsultata.

(8)

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja ngħaqdu mal-Komunità Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Huwa xieraq li l-Istati Membri ġodda jipparteċipaw fil-programm ta' monitoraġġ kemm jista' jkun malajr. Huwa madankollu magħruf li huwa xieraq li wieħed jistenna arranġament tranżitorju għall-Istati Membri u li għalissa ebda frekwenza minima dettaljata għall-monitoraġġ każwali tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti ta' l-għalf għall-annimali ma huwa rrakkomandat għall-Istati Membri ġodda.

B' DAN TIRRAKKOMANDA:

1.

Li l-Istati Membri mis-sena 2004 'l quddiem sal-31 ta' Diċembru 2006 jwettqu l-monitoraġġ tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti intiżi għall-għalf ta' l-annimali li jużaw il-frekwenza minima rrakkomandata tal-kampjuni li għandhom jiġu analizzati annwalment, kif prevista fl-iskeda ta' l-Anness 1 bħala gwida. Il-frekwenza tal-kampjuni għandha tiġi riveduta kull sena fid-dawl ta' l-esperjenza akkwistata.

2.

Li r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja jipparteċipaw kemm jista' jkun malajr fil-programm ta' monitoraġġ dwar il-preżenza ta' diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fl-għalf ta' l-annimali. Il-frekwenza tal-kampjuni li għandhom jiġu analizzati annwalment mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ser tkun stabbilità mis-sena 2005 'l quddiem.

3.

L-Istati Membri fuq bażi regolari jipprovdu lill-Kummissjoni għall-kumpilazzjoni f'database waħda d-data bl-informazzjoni u fil-format kif previst f'Anness II. Huwa xieraq li data li ġiet akkwistata fi snin reċenti permezz ta' l-użu ta' metodu ta' analiżi bi qbil mal-ħtiġijiet stipulati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/70/KE tas-26 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet għad-determinazzjoni ta' livelli ta' diossini u PĊBs bħad-diossina fl-għalf ta' l-annimali (3) u l-livelli riflessi huma pprovduti wkoll.

4.

Li l-Istati Membri, jekk possibli, iwettqu wkoll l-analiżi fuq PĊBs mhux bħad-diossina fl-istess kampjuni.

Magħmula fi Brussell, fil-11 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10. Kif emendat l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/100/KE tal-31 ta' Ottubru 2003 (ĠU L 285, tal-1.11.2003, p. 33).

(2)  ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 69.

(3)  ĠU L 209, tas-6.8.2002, p. 15.


ANNESS I

Skeda: Ħarsa ġenerali tan-numru minimu rrakkomandat ta’ kampjuni ta’ ikel biex jiġu analizzati kull sena. Id-distribuzzjoni tal-kampjuni hija bbażata fuq il-produzzjoniu/jew l-użu f’kull pajjiż. Attenzjoni partikolari hija mogħtija lill-prodotti ta’ l-għalf u f’taħlita ta’ l-għalf mistennija li jkollhom varjazzjoni kbira fil-livelli tad-diossini, furans u PCBs bħad-diossina.

Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

A.   Noti ta’ spjegazzjoni għall-formula għar-Riżultati analitiċi tad-diossini, furans u PCBs bħad-diossina u PCBs oħra li jinsabu fl-ikel

1.   Informazzjoni Ġenerali dwar il-kampjuni analizzati

Pajjiż:

l-isem ta’ l-Istat Membru fejn twettaq il-monitoraġġ

Sena:

is-sena li fiha twettaq il-monitoraġġ.

Prodott:

prodott ta’ l-għalf analizzat — uża, fejn possibli, għall-prodotti ta’ l-għalf it-terminoloġija tad-Direttiva tal-Kunsill 1996/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ prodotti ta’ l-ikel (1). Fil-każ ta’ taħlita ta’ l-għalf għall-annimali l-kompożizzjoni hija informazzjoni utli ħafna.

Stadju tal-kummerċjalizzazzjoni:

il-post fejn il-prodott (kampjun) ġie miġbur

Espressjoni tar-riżultati:

ir-riżultati għandhom jiġu rrapurtati fuq il-bażi ta’ prodott. Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fuq il-bażi li fuqhom l-ogħla livelli ġew stabbiliti (relattivi għall-prodotti ta’ l-għalf għall-annimali b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % - Id-Direttiva 2002/32/KE). Fil-każ ta’ l-analiżi ta’ PCBs mhux bħad-diossina, huwa rakkomandat ħafna li l-livelli jiġu mfissra fuq l-istess bażi.

Tip ta’ kampjuni:

kampjuni każwali — riżultati analitiċi minn kampjuni mmirati jistgħu jiġu rrapurtati wkoll imma jrid jiġi indikat b’mod ċar li l-kampjunar kien immirat u mhux neċessarjament jirrifletti l-livelli normali.

Metodi:

irreferi għall-metodu użat

Akkreditat:

speċifika jekk il-metodu analitiku huwiex akkreditat jew le.

Inċertezza ( %):

il-perċentwal ta’ l-inċertezza mħaddna fil-metodu analitiku.

2.   Informazzjoni Ġenerali dwar il-kampjuni analizzati

Numru tal-Kampjun:

in-numru tal-kampjuni ta’ l-istess tip ta’ prodott analizzat. Jekk għandek riżultati ta’ aktar kampjuni milli għandek immarkati fil-kolonni, sempliċement żid kolonni ġodda b’numru fil-qiegħ tal-formula.

Metodu ta’ produzzjoni:

konvenzjonali/organiku (dettaljat kemm jista’ jkun)

Żona:

safejn huwa rilevanti, id-distrett jew ir-reġjun fejn inġabar il-kampjun, jekk possibli b’indikazzjoni jekk tikkonċerna żona rurali, żona urbana, żona industrijali, port, baħar miftuħ, eċċ. Eż. Brussel — żona urbana, Mediterran — baħar miftuħ.

Numru ta’ sub-kampjuni:

jekk il-kampjun analizzat huwa ġabra ta’ kampjuni, in-numru ta' sub-kampjuni (numru ta' individwi) għandu jkun innotifikat. Jekk ir-riżultat analitiku huwa bbażat fuq kampjun wieħed, 1 għandu jiġi nnotifikat. In-numru ta’ sub-kampjuni f’ ġabra ta’ kampjuni jistgħu jvarjaw, jiġifieri jekk jogħġbok speċifika dan għal kull kampjun.

Kontenut tax-xaħam ( %):

il-perċentwal ta’ kontenut ta’ umdità fil-kampjun (jekk disponibbli).

Kontenut ta’ umdità ( %):

il-perċentwal ta’ kontenut ta’ umdità fil-kampjun (jekk disponibbli).

3.   Riżultati

Diossini, furans, PCBs bħad-diossina :

ir-riżultati ta’ kull konġeneru għandu jkun irrapurtat f’ ppb — mikrogrammi/kilo (μg/kg).

PCBs mhux bħad-diossina:

ir-riżultati ta’ kull konġeneru għandu jkun irrapurtat f’ ppb — mikrogrammi/kilo (μg/kg).

LOQ:

Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni f’ ng/kg jew μg/kg (għall-PCBs mhux bħad-diossina)

LOD:

Il-limitu ta’ determinazzjoni f’ ng/kg jew μg/kg (għall-PCBs mhux bħad-diossina)

Għall-konġeneri analizzati imma inqas mil-LOD (limitu ta’ determinazzjoni) fil-kaxxa tar- riżultati għandu jitniżżel bħala < LOD (l-LOD għandu jkun irrappurtat bħala valur). Għall-konġeneri analizzati imma inqas mil-LOQ (limitu ta’ kwantifikazzjoni) fil-kaxxa tar-riżultati għandu jitniżżel bħala < LOQ (l-LOQ għandu jkun irrappurtat bħala valur).

Għall-konġeneri PCB analizzati flimkien mal-PCB-7 u l-PCBs bħad-diossina, in-numru tal-konġeneru PCB jeħtieġ jiġi miżjud mal-formula, eż. 31, 99, 110, eċċ. Jekk il-kampjun huwa analizzat għal aktar PCBs konġeneri milli hemm fillieri mmarkati, sempliċement żid fillieri ġodda fil-qiegħ tal-formula.

4.   Rimarki

Apparti l-metodu użat ta’ estrazzjoni ta’ lipidi, dan l-ispazju għandu jiġi użat ukoll biex jimtlew b’rimarki rilevanti addizzjonali għad-data mressqa.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 35.


Top