EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0540

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' sigurtà THEMIS/1/2004 tat- 30 ta' Ġunju 2004 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-Ġeorġja, fil-kuntest tal-PESD, EUJUST THEMIS

OJ L 239, 9.7.2004, p. 35–35 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 142M, 30.5.2006, p. 112–112 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/540/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

112


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ THEMIS/1/2004

tat-30 ta' Ġunju 2004

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-Ġeorġja, fil-kuntest tal-PESD, EUJUST THEMIS

(2004/540/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/523/PESK tat-28 ta' Ġunju 2004 tal dwar il-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUJUST THEMIS (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/523/PESK jistabbilixxi li l-Kunsill, jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti bi qbil ma' l-Artikolu 25 tat-TEU. inklużi s-setgħat biex jaħtar, fuq proposta mis-Segretarju ġenerali/ir-Rappreżentant Għoli, Kap tal-Missjoni.

(2)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra ta' Mme PANTZ Sylvie,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Mme PANTZ Sylvie hija hawnhekk maħtura bħala Kap tal-Missjoni, Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-Ġeorġja, fil-kuntest tal-PESD, EUJUST THEMIS.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi adottata.

Tibqa' tapplika sa l-14 ta' Lulju 2005.

Magħmula fi Brussell, fit-30 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. KELLEHER


(1)  ĠU L 228, tad-29.6.2004, p. 21.


Top