EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0010

Ir-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 2003 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (Is-Sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

OJ L 42, 15.2.2003, p. 38–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 004 P. 300 - 306
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 004 P. 300 - 306
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 004 P. 300 - 306
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 004 P. 300 - 306
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 004 P. 300 - 306
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 004 P. 300 - 306
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 004 P. 300 - 306
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 004 P. 300 - 306
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 004 P. 300 - 306
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 006 P. 169 - 175
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 006 P. 169 - 175
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 006 P. 112 - 118

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/07/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/10/oj

32003L0010



Official Journal L 042 , 15/02/2003 P. 0038 - 0044


Id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-6 ta’ Frar 2003

dwar il-ħtiġiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss)

(Is-Sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], mibgħuta wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni tat-8 ta’ Novembru 2002,

Billi:

(1) Taħt it-Trattat, il-Kunsill jista’ jadotta, permezz ta’ Direttivi, l-ħtiġiet minimi biex jiġi nkoraġġit titjib, speċjalment fl-ambjent tax-xogħol, biex jiġi garantit livell aħjar ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Dawk id-direttivi għandhom jevitaw li jimponu limiti amministrattivi, finanzjali u legali b’mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(2) Waqt, li skond it-Trattat, din id-Direttiva ma tipprevjenix lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar strinġenti, l-implimentazzjoni tagħha m’għandhiex isservi biex tiġġustifika xi rigressjoni b’relazzjoni mas-sitwazzjoni li diġà tipprevali f’kull Stat Membru.

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/188/KEE tat-12 ta’ Mejju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’ esposizzjoni għall-ħoss fuq ix-xogħol [4] għamlet dispożizzjoni għar-rieżami tagħha mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u bil-ħsieb li jitnaqqsu r-riskji konċernati, waqt li jingħata kont b’mod partikolari tal-progress magħmul fl-għerf xjentifiku u t-teknoloġija.

(4) Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-programm tagħha li jikkonċerna is-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq ix-xogħol [5] tipprovdi għall-adozzjoni ta’ miżuri li jippromwovu s-sigurtà fuq ix-xogħol, partikolarment bil-ħsieb li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 86/188/KEE u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-valuri għatba. Il-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Diċembru 1987 dwar is-sigurtà, l-iġjene u s-saħħa fuq ix-xogħol [6] ħa nota ta’ dan.

(5) Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tikkonċerna l-pjan ta’ azzjoni tagħha li jirrelata ma’ l-implimentazzjoni tal-Karta tal-Komunità tad-Drittijiet Fundamentali Soċjali tal-Ħaddiema tipprovdi għall-introduzzjoni ta’ ħtiġiet minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw esposizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji kawżati minn aġenti fiżiċi. F’Settembru 1990 il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tikkonċerna dan il-programm ta’ azzjoni [7], li stiednet lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tħejji direttiva speċifika dwar ir-riskju kawżati mill-ħoss u l-vibrazzjoni u minn kull aġent fiżiku ieħor fuq il-post tax-xogħol.

(6) Bħala l-ewwel pass, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw fil-25 ta’ Ġunju 2002 id-Direttiva 2002/44/KE dwar il-ħtiġiet minimi ta’ saħħa u sigurtà fir-rigward ta’ esposizzjoni ta’ ħaddiema għar-riskji li joħorġu minn aġenti fiżiċi (vibrazzjoni) (is-sittax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [8].

(7) Bħala t-tieni pass, huwa meqjus xieraq li jiġu introdotti miżuri li jipproteġu l-ħaddiema mir-riskji li joħorġu mill-ħoss minħabba l-effetti tiegħu fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, b’mod partikolari ħsara għs-smiegħ. Dawn il-miżuri huma maħsuba mhux biss li jassiguraw is-saħħa u s-sigirezza ta’ kull ħaddiem fuq bażi individwali, iżda wkoll li joħolqu bażi minimu ta’ protezzjoni għall-ħaddiema kollha tal-Komunità sabiex jiġi evitat tgħawwiġ possibbli fil-kompetizzjoni.

(8) L-għerf kurrenti xjentifiku ta’ l-effetti li l-esposizzjoni għall-ħoss jista’ jkollu fuq is-saħħa u s-sigurtà mhux biżżejjed li jippermetti livelli preċiżi ta’ esposizzjoni li jkopru r-riskji kollha għas-saħħa u s-sigurtà, speċjalment fir-rigward ta’ l-effetti tal-ħoss barra minn dak ta’ natura li jinstema’, li jiġu ffissati.

(9) Sistema ta’ protezzjoni kontra l-ħoss għandha tillimita lilha nnifisha għal definizzjoni, ħielsa minn dettal eċċessiv, ta’ l-objettivi li għandhom jinkisbu, il-prinċipji li għandhom ikunu osservati u l-valuri fundamentali li għandhom jintużaw, sabiex tippermetti lill-Istati Membri li japplikaw il-ħtiġiet minimi b’mod ekwivalenti.

(10) Il-livell ta’ esposizzjoni għall-ħoss jista’ effettivament jitnaqqas aktar billi jiġu nkorporati miżuri preventivi fid-disinn ta’ stazzjonijiet tax-xogħol u postijiet tax-xogħol u billi jintgħażel apparat għax-xogħol, proċeduri u metodi sabiex tingħata prijorità għat-tnaqqis tar-riskji minn ras il-għajn. Dispożizzjonijiet li jirrelataw ma’ l-apparat tax-xogħol u metodi b’hekk jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħaddiema involuti. Skond il-prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni kif preskritti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-sugurezza u s-saħħa ta’ ħaddiema fuq ix-xogħol [9], miżuri kollettivi ta’ protezzjoni għandhom prijorità fuq miżuri individwali ta’ protezzjoni.

(11) Il-Kodiċi dwar livelli tal-ħoss abbord bastimenti tar-Riżoluzzjoi A 468(12) ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima tipprovdi gwida għall-ksib ta’ tnaqqis ta’ ħoss minn ras il-għajn abbord bastimenti. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jipprovdu perjodu trnsitorju fir-rigward tal-persunal abbord bastimenti li jivvjaġġaw fil-bogħod.

(12) Sabiex jiġi stmat korrettement l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għall-ħoss huwa utli li jiġi applikat metodu ta’ kejl objettiv, u b’hekk isiru referenzi għall-i standard ġeneralment rikonoxxut ISO 1999:1990. Il-valuri stmati jew imkejla oġġettivament għandhom ikunu deċiżivi biex jinbdew l-azzjonijiet maħsuba fil-valuri ta’ azzjoni aktar baxxi u aktar għoljin ta’ esposizzjoni. Valuri ta’ limiti ta esposizzjoni huma meħtieġa biex tiġi evitata ħsara irriversibbli fis-smiegħ tal-ħaddiema; il-ħoss li jasal fil-widna għandu jinżamm taħt il-valuri tal-limiti ta’ esposizzjoni.

(13) Il-karatteristiċi partikolari tas-setturi tal-mużika u d-divertiment jeħtieġu gwida prattika li tippermetti għall-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet preskritti b’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jagħmlu użu ta’ perjodu transitorju għall-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta li jipprovdi għal linji gwida prattiċi li għandhom jgħinu lill-ħaddiema u lil min iħaddem f’dawk is-setturi li jilħqu l-livelli ta’ protezzjoni stabbiliti b’din id-Direttiva.

(14) Dawk li jħaddmu għandhom jagħmlu aġġustamenti fid-dawl tal-progress tekniku u l-għerf xjentifiku li jirrigwardaw riskji relatati ma ’l-esposizzjoni għall-ħoss, bil-ħsieb li tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema.

(15) Minħabba li din id-Direttiva hija Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, dik id-Direttiva tapplika għal esposizzjoni ta’ ħaddiema għall-ħoss, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar strinġenti u/jew speċifiċi li jinsabu f’din id-Direttiva.

(16) Din id-Direttiva tikkostitwixxi pass prattiku lejn il-ħolqien ta’ dimensjoni soċjali tas-suq intern.

(17) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [10],

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

1. Din id-Direttiva, li hija s-17-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tippreskrivi l-ħtiġiet minimi għall-protezzjoni ta’ ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom li joħorġu jew li x’aktarx joħorġu mill-esposizzjoni għall-ħoss u b’mod partikolari r-riskju għas-smiegħ.

2. Il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għal attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew x’aktarx li jkunu esposti għal riskji mill-ħoss bħala riżultat tax-xogħol tagħhom.

3. Id-Direttiva 89/391/KEE għandha tapplika kollha kemm hi għaż-żona kollha msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar strinġenti u/jew speċifiċi li jinsabu f’din id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-parametri fiżiċi wżati bħala bassara tar-riskju huma definiti kif ġej:

(a) l-ogħla pressjoni tal-ħoss (ppeak): valur massimu tal-frekwnza "C" — pressjoni peżata instantanja tal-ħoss;

(b) livell ta’ kull jum ta’ esposizzjoni għall-ħoss (LEX, 8h) (dB(A) re. 20 μPa): medja peżata skond l-ħin tal-livelli ta’ esposizzjoni għall-ħoss għal jum tax-xogħol nominali ta’ tmien sigħat kif definit bl-istandard internazzjonali ISO 1999: 1990, punt 3.6. Tkopri l-ħsejjes kollha presenti fuq ix-xogħol, inkluż ħoss impulsiv;

(ċ) livell ta’ kull ġimgħa ta’ esposizzjoni għall-ħoss (LEX, 8h): medja peżata skond il-ħin tal-livelli ta’ kull jum ta’ esposizzjoni għall-ħoss għal ġimgħa nominali ta’ ħamest ijiem tax-xogħol ta’ tmien sigħat kif definit bl-istandard internazzjonali ISO 1999:1990, punt 3.6 (nota 2).

Artikolu 3

Valuri ta’ limiti ta’ esposizzjoni u valuri ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni

1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva il-valuri tal-limiti ta’ esposizzjoni u l-valuri ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni fir-rigward tal-livelli ta’ kull jum ta’ esposizzjoni għall-ħoss u l-ogħla pressjoni tal-ħoss huma ffissati bħala:

(a) valuri ta’ limiti ta’ esponment: LEX, 8h = 87 dB(A) u ppeak = 200 Pa [11] rispettivament;

(b) valuri ta’ fuq ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni: LEX, 8h 85 dB(A) u ppeak = 140 Pa [12] rispettivament;

(ċ) valuri aktar baxxi ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni: LEX, 8h = 80 dB(A) u ppeak = 112 Pa [13] rispettivament.

2. Meta jiġu applikati l-valuri tal-limiti ta’ esposizzjoni, l-istabbiliment ta’ l-esposizzjoni effettiv tal-ħaddiem għandu jagħti kont ta’ attenwazzjoni provduti mill-protetturi individwali tas-smiegħ milbusa mill-ħaddiem. Il-valuri ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni m’għandhomx jagħtu kont ta’ l-effett ta’ xi protetturi bħal dawk.

3. F’ċirkostanzi debitament ġustifikati, għal attivitajiet fejn l-esposizzjoni ta’ kull jum għall-ħoss ivarja senjatament minn jum tax-xogħol għall-ieħor, l-Istati Membri jistgħu, għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tal-valuri tal-limiti ta’ esposizzjoni u l-valuri ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni, jużaw il-livell ta’ kull ġimgħa ta’ esposizzjoni għall-ħoss biex jistmaw il-livelli ta’ ħoss li għalihom huma esposti l-ħaddiema, bil-kondizzjoni li:

(a) il-livell ta’ kull ġimgħa ta’ esposizzjoni għall-ħoss kif muri b’immonitorjar adegwat ma jeċċedix il-valur tal-limitu ta’ esposizzjoni ta’ 87 dB(A); u

(b) jittieħdu miżuri adattati sabiex jitnaqqas ir-riskju assoċjat ma’ dawn l-attivitajiet għall-minimu.

TAQSIMA II

OBBLIGAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Artikolu 4

Stabbiliment u stima tar-riskji

1. Fit-twettieq ta’ l-obbligazzjonijiet preskritti fl-Artikoli 6(3) u 9(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jistma u, fejn meħtieġ, ikejjel il-livelli tal-ħoss li għalihom huma esposti l-ħaddiema.

2. Il-metodi u l-apparat użat għandhom jiġu adattati skond il-kondizzjonijiet prevalenti partikolarment fid-dawl tal-karatteristiċi tal-ħossli għandu jitkejjel, it-tul ta’l-esposizzjoni, il-fatturi ambjentali u l-karatteristiċi ta’ l-apparat tal-kejl.

Dawn il-metodi u dan l-apparat għandhom jagħmluha possibbli biex jiġu stabbiliti l-parametri definiti fl-Artikolu 2 u biex jiġi deċiż jekk, f’każ partikolari, il-valuri ffissati fl-Artikolu 3 ikunux inqabżu.

3. Il-valuri wżati jistgħu jinkludu kampjonar, li għandu jkun rappresentattiv ta’ l-esposizzjoni personali tal-ħaddiem.

4. L-istima u l-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppjanat u mwettaq minn servizzi kompetenti f’intervalli adattati, waqt li jingħata kont partikolari tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar is-servizzi kompetenti meħtieġa jew persuni. Id-data miksuba mill-istima u/jew il-kejl tal-livell ta’ esposizzjoni għall-ħoss għandha tiġi priservata f’forma adattata sabiex tippermetti konsultazzjoni fi stadju aktar tard.

5. Meta jiġi applikat dan l-Artikolu, l-istima u r-riżultati tal-kejl għandhom jagħtu kont ta’ l-ineżattezzi tal-kejl stabbiliti skond il-prattika metroloġika.

6. Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/391/EEC, min iħaddem għandu jagħti attenzjoni partikolari, meta jwettaq l-istima tar-riskju, ta’ dan li ġej:

(a) il-livell, tip u tul ta’ żmien ta’ l-esposizzjoni, inkluż kull esposizzjoni għall-ħoss impulsiv;

(b) il-valuri tal-limitu ta’ esposizzjoni u l-valuri ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni preskritti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva;

(ċ) kull effetti li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema li jappartjenu għal gruppi partikolarment sensittivi għar-riskju;

(d) sal-limitu li jista’ jinkiseb teknikament, kull effetti fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jirriżultaw minn interazzjonijiet bejn il-ħoss u sustanzi ototossiċi relatati max-xogħol, u bejn il-ħoss u l-vibrazzjonijiet;

(e) kull effetti indiretti fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jirriżultaw minn interazzjonijiet bejn il-ħoss u sinjali ta’ twissijja jew ħsejjes oħra li huma meħtieġa li jiġu osservati sabiex jtnaqqas ir-riskju ta’ aċċidenti;

(f) informazzjoni dwar emissjoni tal-ħoss provduta minn manifatturi ta’ apparat tax-xogħol skond id-direttivi relevanti tal-Komunità;

(g) l-eżistenza ta’ apparat alternattiv tax-xogħol maħsub biex inaqqas l-emissjoni tal-ħoss;

(h) l-estensjoni ta’ esposizzjoni għall-ħoss ’l hinn mis-sigħat normali tax-xogħol taħt ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem;

(i) informazzjoni adattata miksyba wara sorveljanza fuq is-saħħa, inkluża nformazzjoni ppublikata, sa fejn hu possibbli;

(j) id-disponibbilità ta’ protetturi tas-smeigħ b’karatteristiċi ta’ attenwazzjoni adegwati.

7. Min iħaddem għandu jkollu fil-pussess tiegħu l-istima tar-riskju skond l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 89/391/KEE, u għandu jidentifka liema miżuri għandhom jittieħdu skond l-Artikoli 5, 6, 7 u 8 ta’ din id-Direttiva. L-istima tar-riskju għandha tiġi rekordjata fuq mezz adattat skond il-liġi nazzjonali u l-prattika. L-istima tar-riskju għandha tinżamm aġġornata fuq bażi regolari, partikolarment jekk ikun hemm bidliet sinjifikanti li jistgħu jirrenduha antikwata, jew fejn ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa juru li dan ikun meħtieġ.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet immirati li jevitaw jew inaqqsu l-esposizzjoni

1. Waqt li jingħata kont tal-progress tekniku u d-disponibilità ta’ miżuri li jikkontrollaw ir-riskju f’ras il-għajn, ir-riskji li joħorġu mill-esposizzjoni għall-ħoss għandhom jiġu eliminati f’ras il-għajn jew imnaqqsa għal minimu.

It-tnaqqis ta’ dawk ir-riskji għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni preskritti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 89/391/KEE, u jagħti kont b’mod partikolari:

(a) metodi oħra tax-xogħol li jeħtieġu anqas esposizzjoni għall-ħoss;

(b) l-għażla ta’ apparat adattat għax-xogħol, li jkun jagħti kont tax-xogħol li għandu jsir, li joħroġ minnu l-anqas ħoss possibbli, inkluża l-possibiltà li jintgħamel disponibbli għall-ħaddiema apparat tax-xogħol suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità bil-mira jew l-effett li jiġi limitat l-esposizzjoni għall-ħoss;

(ċ) id-disinn u l-arranġamenti tal-postijiet tax-xogħol u l-istazzjonijiet tax-xogħol;

(d) informazzjoni adegwata u taħriġ li jgħallem lill-ħaddiema kif jużaw l-apparat kif imiss sabiex jitnaqqas għal minimu –esposizzjoni tagħhom għall-ħoss;

(e) tnaqqis ta’ ħoss permezz ta’ mezzi tekniċi:

(i) tnaqqis tal-ħoss fl-arja, per eżempju permezz ta’ targi, għeluq u koperturi li jassorbu l-ħoss;

(ii) tnaqqis ta’ strutturi li jġorru l-ħoss, per eżempju permezz ta’ tmewwit jew iżolazzjoni;

(f) programmi adattati ta’ manutenzjoni għall-apparat tax-xogħol, il-post tax-xogħol u s-sistemi tal-post tax-xogħol;

(g) organizzazzjoni tax-xogħol biex jitnaqqas il-ħoss:

(i) limitazzjoni tat-tul ta’ żmien u intensità għall-esposizzjoni;

(ii) skedi adattati tax-xogħol b’perjodi adegwati ta’ mistrieħ.

2. Fuq il-bażi ta’ l-istima tar-riskju msemmija fil-paragrafu 4, jekk il-valuri ta’ fuq ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni jinqabżu, min iħaddem għandu jistabbilixxi u jimplimenta programm ta’ miżuri tekniċi u/jew ta’ organizzazzjoni maħsuba biex inaqqsu l-esposizzjoni għall-ħoss, waqt li jingħata kont b’mod partikolari tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

3. Fuq il-bażi ta’ l-sitima tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4, il-postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema x’aktarx ikunu esposti għal ħoss li jeċċedi l-valuri ta’ fuq ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni għandhom ikunu mmarkati b’sinjali adattati. Iż-żoni in kwistjoni għandhom ukoll ikunu delimitati u l-aċċess għalhom ristrett fejn dan huwa teknikament possibbli u r-riskju ta’ esposizzjoni hekk jiġġustifika.

4. Fejn, minħabba n-natura ta’ l-attività, ħaddiem jibbenefika mill-użu ta’ faċilitajiet ta’ mistrieħ taħt ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem, il-ħoss f’dawn il-faċilitajiet għandu jitnaqqas għal livell kompatibbli ma’ l-għan tagħhom u l-kondizzjonijiet ta’ użu.

5. Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 15 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jaddatta l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu għall-ħtiġiet tal-ħaddiema li jagħmlu parti minn gruppi partikolarment sensittivi ta’ riskju.

Artikolu 6

Protezzjoni personali

1. Jekk ir-riskji li joħorġu minn esposizzjoni għall-ħoss ma jistgħux jiġu prevenuti b’mezzi oħra, protetturi ndividwali adattati, li jiffittjaw kif imiss tas-smiegħ għandhom jintgħamlu disponibbli għall-ħaddiema u wżati minnhom skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà għall-użu minn ħaddiema ta’ apparat personali protettiv fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [14] u l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 89/391/KEE u taħt il-kondizzjonijiet preskritti hawn taħt:

(a) meta l-esposizzjoni għall-ħoss jeċċedi l-valuri aktar baxxi ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni, min iħaddem għandu jagħmel disponibbli protetturi tas-smiegħ lill-ħaddiema;

(b) meta l-esposizzjoni għall-ħoss ikun daqsinsew jew ikun jeċċedi l-valuri ta’ fuq ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni, protetturi ndividwali tas-smiegħ għandhom jintużaw;

(ċ) il-protetturi individwali tas-smiegħ għandhom ikunu hekk magħżula li jeliminaw ir-riskju għas-smiegħ jew inaqqsu r-riskju għal minimu.

2. Min iħaddem għandu jagħmel kull sforz biex jassigura l-ilbies ta’ protetturi tas-smiegħ u għandu jkun responsabbli biex jivverifika l-effettività tal-miżuri meħuda b’ konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Limitazzjoni ta’ esposizzjoni

1. Taħt ebda ċirkostanzi m’għandu l-esposizzjoni tal-ħaddiema kif stabbilit skond l-Artikolu 3(2) jeċċedi l-valuri tal-limitu ta’ esposizzjoni.

2. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, esposizzjonii ’l fuq mill-valuri tal-limiti ta’ esposizzjoni jinkixfu, min iħaddem għandu:

(a) jieħu azzjoni immedjata biex inaqqas l-esposizzjoni taħt il-valuri tal-limitu ta’ esposizzjoni;

(b) jidentifika r-raġunijiet il għaliex ikun seħħ l-esposizzjoni żejjed; u

(ċ) jemenda l-miżuri ta’ protezzjoni u prevenzjoni sabiex jiġi evitat li dan jerġa’ jseħħ.

Artikolu 8

Informazzjoni lill-ħaddiema u taħriġ

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 12 tad-Direttiva 89/391/KEE min iħaddem għandu jassigura li ħaddiema li huma esposti għall-ħoss fuq ix-xogħol fi jew il-fuq mill-valuri l-baxxi ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni, u/jew ir-rappresentanti tagħhom, jirċievu informazzjoni u taħriġ relatati mar-riskji li jirriżultaw minn esposizzjoni għall-ħoss dwar, b’mod partikolari:

(a) in-natura ta’ dawk ir-riskji;

(b) il-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva sabiex jiġu eliminati jew imnaqqsa għal minimu ir-riskji mill-ħoss, inklużi ċ-ċirkostanzi li fihom il-miżuri japplikaw;

(ċ) il-valuri tal-limitu ta’ esposizzjoni u l-valuri ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni preskritti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva;

(d) ir-riżultati ta’ l-istima u l-miżura tal-ħoss imwettqa skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva flimkien ma spjegazzjoni tas-sinjifikat tagħhom u r-riskji potenzjali;

(e) l-użu korrett ta’ protetturi tas-smiegħ;

(f) għaliex u kif tikxef u tirrapporta sinjali ta’ dannu għas-smiegħ;

(g) iċ-ċirkostanzi li fihom ħaddiema huma intitolati għas-sorveljanza tas-saħħa u l-għan tas-sorveljanza tas-saħħa, skond l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva;

(h) prattiċi siguri tax-xogħol biex jiġi minimizzat l-esposizzjoni għall-ħoss.

Artikolu 9

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-konsulktazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappresentanti tagħhom għandu jseħħ skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar il-kwistjonijiet koperti b’din id-Direttiva, b’mod partikolari:

- l-istima tar-riskji u l-identifikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu, msemmija fl-Artikolu 4,

- l-azzjonijiet immirati lejn l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji li joħorġu mill-esposizzjoni għall-ħoss imsemmija fl-Artikolu 5,

- l-għażla ta’ protetturi indidwali tas-smiegħ imsemmija fl-Artikolu 6(1)(ċ).

TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 10

Sorveljanza tas-saħħa

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/391/KEE, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet biex jassiguraw is-sorveljanza adattata tas-saħħa tal-ħaddiema fejn ir-riżultati ta’ l-istima u l-kejl hekk kif provdut fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva jindikaw riskju għas-saħħa tagħhom. Dawn id-dispożizzjonijiet, inklużi l-ħtiġiet speċifikati għar-rekords tas-saħħa u d-disponibilità tagħhom, għandhom jiġu introdotti skond il-liġi nazzjonali u/jew prattika.

2. Ħaddiem li l-esposizzjoni tiegħu jeċċedi l-valuri ta’ fuq ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni għandu jkollu d-dritt li jkollu s-smiegħ tiegħu/tagħha ivverifikat minn tabib jew minn persuna oħra kwalifikata kif imiss taħt ir-responsabbiltà ta’ tabib, skond il-liġi nazzjonali u/jew prattika. Ittestjar preventiv awdjometriku għandu wkoll ikun disponibbli għall-ħaddiema li l-esposizzjoni tagħhom jeċċedi l-valuri l-baxxi ta’ azzjoni ta’ esposizzjoni, fejn l-istima u l-kejl hekk kif provdut fl-Artikolu 4(1) jindikaw riskju għas-saħħa.

L-objettivi ta’ dawn il-verifiki huma li jipprovdu dijanjosi kmieni ta’ xi telf ta’ smiegħ minħabba l-ħoss, u biex tiġi priservata l-funzjoni tas-smiegħ.

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti biex jassiguraw li, għal kull ħaddiem li jgħaddi minn sorveljanza skond il-paragrafi 1 u 2, isiru rekord individwali tas-saħħa u jinżammu aġġornati. Ir-rekors tas-saħħa għandu jkun fihom sommarju tar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa mwettqa. Għandhom jinżammu f’forma adattata sabiex jippermettu kull konsultazzjoni f’data aktar tard, waqt li jingħata kont ta’ kull konfidenzjalità.

Kopji tar-rekords adattati għandhom jiġu provduti lill-awtorità kompetenti fuq talba. Il-ħaddiem individwali għandu, fuq talba tiegħu jew tagħha, jkollu aċċess għar-rekords tas-saħħa li jirrelataw personalment miegħu jew magħha.

4. Fejn, bħala riżultat ta’ sorveljanza ta’ funzjoni tas-smiegħ, ħaddiem jinstab li jkollu dannu identifikabbli fis-smiegħ, tabib, jew speċjalista jekk it-tabib iqis dan meħtieġ, għandu jistma jekk id-dannu jkunx x’aktarx ir-riżultat ta’ esposizzjoni għall-ħoss fuq ix-xogħol. Jekk dan ikun il-każ:

(a) il-ħaddiem għandu jkun infurmoat mit-tabib jew persuna oħra kwalifikata kif imiss bir-riżultat li jirrelata personalment miegħu jew magħha;

(b) min iħaddem għandu:

(i) jirrevedi l-istima tar-rikju mwettqa skond l-Artikolu 4;

(ii) jirrevedi l-miżuri provduti għall-eliminazzjoni jew tnaqqis tar-riskji skond l-Artikoli 5 u 6;

(iii) jagħti kont tal-parir tal-professjonista tal-kura tas-saħħa okkupazzjonali jew xi persuna oħra kwalifikata kif imiss jew l-awtorità kompetenti fl-implimentazzjoni ta’ kull mżiuri meħtieġa biex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju skond l-Artikoli 5 u 6, inkluża l-possibbiltà li l-ħaddiem jiġi assenjat xogħol alternattiv fejn ma jkun hemm ebda riskju ta’ aktar esposizzjoni; u

(iv) jirranġa sorveljanza sistematika tas-saħħa u jipprovdi għal reviżjoni ta’ l-istatus tas-saħħa ta’ kull ħaddiem ieħor li similarment espost.

Artikolu 11

Derogi

1. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn, minħabba n-natura tax-xogħol, l-użu sħiħ u kif imiss tal-protetturi individwali tas-smiegħ ikun x’aktarx li jista’ joħloq riskju akbar għas-saħħa jew is-sigurtà milli kieku ma jintużawx dawk il-protetturi, l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6(1)(a) u (b) u 7.

2. Id-derogi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw mill-Istati Membri wara konsultazzjoni maż-żewġ naħat ta’ l-industrija u, fejn xieraq, ma’ l-awtoritajiet mediċi responsabbli, skond il-liġijiet nazzjonali u/jew prattika. Dawk id-derogi għandhom ikunu akkumpanjati b’kondizzjonijiet li jiggarantixxu, waqt li jingħata kont taċ-ċirkostanzi speċjali, li r-riskji li jirriżultaw jitnaqqsu għal minimu u li l-ħaddiema konċernati jkunu suġġetti għal sorveljanza miżjuda tas-saħħa. Dawk id-derogi għandhom ikunu riveduti kull erba’ snin u rtirati malli ċ-ċirkostanzi li ġġustifikawhom ma jibqgħux validi.

3. Kull erba’ snin l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista tad-derogi msemmija fil-paragrafu 1, waqt li jindikaw ir-raġunijiet eżatti u ċ-ċirkostanzi li ġagħluhom jiddeċiedu li jagħtu d-derogi.

Artikolu 12

Emendi tekniċi

Emendi ta’ natura strettament teknika għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja preskritta fl-Artikolu 13(2) u f’ linja ma’:

(a) l-adozzjoni tad-direttivi fil-qasam ta’ l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tad-disinn, bini, manifattura jew kostruzzjoni ta’ apparat tax-xogħol u/jew postijiet tax-xogħol; u

(b) progress tekniku, bidliet fl-istandards l-aktar adattati armonizzati Ewropej jew speċifikazzjonijiet jew sejbiet ġodda li jikkonċernaw il-ħoss.

Artikolu 13

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE għandhom japplikaw wara li jingaħat kont ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta’ tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta’ Proċedura.

Artikolu 14

Kodiċi ta’ kondotta

Fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-direttriva l-Istati Membri għandhom iġejju b’konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali, skond il-liġi nazzjonali u l-prattika, kodiċi ta’ kondotta li jipprovdi għal linji gwida prattiċi biex jgħinu lill-ħaddiema u lil min iħaddem fis-setturi tal-mużika u d-divertiment li jissodisfaw l-obbligi legali tagħhom kif preskritti f’din id-Direttiva.

Artikolu 15

Tħassir

Id-Direttiva 86/188/KEE hija b’dan imħassra b’effett mid-data ffissata fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 17(1).

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Rapporti

Kull ħames snin l-Istati Membri għandhom jipporvdu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva, li jindika l-opinjoni taż-żewġ naħat ta’ l-industrija. Għandu jkun fih deskrizzjoni ta’ l-aħjar prattika għall-prevenzjoni ta’ ħoss li għandu effett ta’ ħsara fuq is-saħħa u ta’ forom oħra ta’ organizzazzjoni tax-xogħol, flimkien ma’ l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri biex ixerrdu t-tagħrif ta’ l-aħjar prattika.

Fuq il-bażi ta’ dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha twettaq stima komprensiva ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluża implimentazzjoni fid-dawl tar-riċerka u l-informazzjoni xjentifika, u, fost ħwejjeġ oħra, tagħti kont ta’ l-implikazzjonijiet ta’ din id-Direttiva għas-setturi tal-mużika u d-divertiment. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol b’dan u, fejn meħtieġ, tipproponi emendi.

Artikolu 17

Transposizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel il-15 ta’ Frar 2006. Għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir dik ir-referenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

2. Sabiex jingħata kont ta’ kondizzjonijiet partikolari, l-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ, ikollhom perjodu addizzjonali ta’ ħames snin mill-15 ta’ Frar 2006, jiġifieri total ta’ tmien snin, biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 fir-rigward tal-persunal abbord bastimenti tal-baħar.

Sabiex ikunu jistgħu jħejju kodiċi ta’ kondotta li jipprovdi għal linji gwida prattiċi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jagħmlu użu tal-perjodu transitorju massimu ta’ sentejn mill-15 ta’ Frar 2006, jiġifieri total ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, fir-rigward tas-setturi tal-mużika u d-divertiment bil-kondizzjoni li matul dan il-perjodu l-livelli ta’ protezzjoni diġà miksuba fi Stati Membri individwali, fir-rigward tal-persunal f’dawn is-setturi, jinżammu.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw jew li jkunu diġà adottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Frar 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Efthymiou

[1] ĠU C 77, tat-18.3.1993, p. 12 u ĠU C 230, tad-19.8.1994, p. 3.

[2] ĠU C 249, tat-13.9.1993, p. 28.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-20 ta’ April 1994 (ĠU C 128, tad-9.5.1994, p. 146), kkonfermata fis-16 ta’ Settembru 1999 (ĠU C 54, tal-25.2.2000, p. 75), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2001 (ĠU C E 45, tad- 19.2.2002, p. 41) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2002 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 137, ta’ l-24.5.1986, p. 28. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/24/EC (ĠU L 131, tal-5.5.1998, p. 11).

[5] ĠU C 28, tat-3.2.1988, p. 3.

[6] ĠU C 28, tat-3.2.1988, p. 1.

[7] ĠU C 260, tal-15.10.1990, p. 167.

[8] ĠU L 177, tas-6.7.2002, p. 13.

[9] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[10] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[11] 140 dB (c) b’relazzjoni għal 20 μPa.

[12] 137 dB (c) b’relazzjoni għal 20 μPa.

[13] 135 dB (c) b’relazzjoni għal 20 μPa.

[14] ĠU L 393, tat-30.12.1989, p. 18.

--------------------------------------------------

Top