EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2204

Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) nru 2204/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol

OJ L 337, 13.12.2002, p. 3–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 004 P. 273 - 284
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 004 P. 273 - 284
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 004 P. 273 - 284
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 004 P. 273 - 284
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 004 P. 273 - 284
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 004 P. 273 - 284
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 004 P. 273 - 284
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 004 P. 273 - 284
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 004 P. 273 - 284
Special edition in Bulgarian: Chapter 08 Volume 001 P. 155 - 166
Special edition in Romanian: Chapter 08 Volume 001 P. 155 - 166

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2204/oj

32002R2204



Official Journal L 337 , 13/12/2002 P. 0003 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002

tat-12 ta’ Diċembru 2002

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna oriżżontali mill-Istat [1], u b’mod partikolari l-punt (a)(iv) u l-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament [2],

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Pariri dwar Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat, li taħt ċerti kondizzjonijiet għajnuna għax-xogħol hija kompatibbli mas-suq komuni u mhix suġġetta għal ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat, li għajnuna li tikkonforma mal-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru għall-għoti ta’ għajnuna reġjonali hija kompatibbli mas-suq komuni u mhix suġġetta għall-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(3) Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ġeww u barra żoni assistiti f’deċiżjonijiet numerużi u ddikjarat ukoll il-politika tagħha, fil-linji gwida dwar għajnuna għax-xogħol [3], fl-avviż dwar is-sorveljanza ta’ għajnuna mill-Istat u t-tnaqqis ta’ l-ispejjeż tax-xogħol [4], fil-linji gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali [5] u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju [6]. Fid-dawl ta’ l-esperjenza tal-Kummissjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, huwa xieraq, bil-ħsieb li tiġi assigurata superviżjoni effiċjenti u tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni mingħajr ma ddgħajjef l-immonitorjar tal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni għandha tagħmel użu mis-setgħat konferiti bir-Regolament (KE) Nru 994/98.

(4) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ l-Istati Membri li jinnotifikaw għajnuna għax-xogħol. Dawk in-notifikazzjonijiet għandhom ikunu stmati mill-Kummissjoni b’mod partikolari fid-dawl tal-kriterji stipulati f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (KE) Nru 70/2001 jew skond kull linji gwida jew qafas tal-Komunità. Dan huwa l-każ fil-preżent tat-trasport marittimu. Il-linji gwida dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol [7] jieqfu milli japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kif ukolll-avviż dwar is-sorveljanza dwar l-għajnuna mill-Istat u t-tnaqqis ta’ l-ispejjeż tax-xogħol u l-avviż dwar il-proċedura aċċellerata għall-ipproċessar ta’ notifikazzjonijiet ta’ l-għajnuna għax-xogħol [8]. In-notifikazzjonijiet penditi mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi stmata skond id-dispożizzjonijiet tiegħu. Huwa xieraq li jiġu preskritti dispożizzjonijiet transitorji li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-għajnuna għax-xogħol mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu u bi ksur ta’ l-obbligazzjoni fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(5) Il-promozzjoni tax-xogħol hija mira ċentrali għall-politika ekonomika u soċjali tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha. Il-Komunità żviluppat strateġija Ewropea dwar ix-xogħol sabiex tippromwovi dan l-objettiv. Id-diżokkupazzjoni tibqa’ problema sinifikanti f’xi partijiet tal-Komunità, u ċerti kategoriji ta’ ħaddiema għadhom isibuha partikolarment diffiċili biex jidħlu fis-suq tax-xogħol. Għal din ir-raġuni hemm ġustifikazzjoni li l-awtoritajiet pubbliċi japplikaw miżuri li jipprovdu inċentivi lill-intrapriżi biex iżidu l-livelli tagħhom ta’ xogħol, b’mod partikolari ta’ ħaddiema ta’ dawn il-kategoriji żvantaġġjati.

(6) Dan ir-Regolament japplika biss għal miżuri ta’ xogħol li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u b’hekk jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Numru ta’ miżuri dwar il-politika tax-xogħol ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) għaliex jikkostitwixxu għajnuna lill-individwi li ma tiffavorrixxix ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, jew għaliex ma jaffettwawx il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew minħabba li huma miżuri ġenerali biex jippromwovu xogħol li ma jgħawwiġx jew li jhedded li jgħawweġx l-kompetizzjoni billi jiffavorixxu ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti. Dawk il-miżuri ġenerali, li jistgħu jinkludu tnaqqis ġenerali fit-tassazzjoni tax-xogħol u spejjeż soċjali, jgħollu l-investiment f’edukazzjoni ġenerali u taħriġ, miżuri li jipprovdu gwida u pariri, assistenza ġenerali u taħriġ għal dawk diżokkupati u titjib fil-liġijiet tax-xogħol huma għalhekk mhux effettwati b’dan ir-Regolament. Dan huwa wkoll il-każ ta’ miżuri li huma meqjusa li ma jikkonformawx mal-kriterji ta’l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għalhekk ma jaqgħux taħt il-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna de minimis [9].

(7) Wara li jingħata kont ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-għan u l-effett ta’ l-għajnuna eżentata permezz ta’ dan ir-Regolament għandu jkun il-promozzjoni tax-xogħol skond l-istrateġija Ewropea dwar x-xogħol, b’mod partikolari ta’ ħaddiema minn kategoriji żvantaġġjati, mingħajr ma jiġu effettwati ħażin il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa limitu kuntrarju għall-interes komuni. Għajnuna dwar x-xogħol mogħtija lil ditta fuq bażi individwali jista’ jkollha impatt prinċipali fuq il-kompetizzjoni fis-suq relevanti minħabba li tiffavorixxi lil dik id-ditta fuq oħrajn li ma jkunux irċevew dik l-għajnuna. Billi tingħata biss lil ditta waħda, dik l-għajnuna x’aktarx li jkollha biss effett limitat fuq x-xogħol. Għal din ir-raġuni għotjiet individwali ta’ għajnuna dwar x-xogħol għandha tibqa’ tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, u dan ir-Regolament għandu jeżenta għajnuna biss jekk tingħata fil-forma ta’ skemi.

(8) Dan ir-Regolament għandu jeżenta kull għajnuna mogħtija taħt skema li tikkonforma mal-ħtiġiet relevanti kollha ta’ dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li tiġi assigurata s-superviżjoni effiċjenti u tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni mingħajr ma ddgħajjef l-immonitorjar tal-Kummissjoni, l-iskemi ta’ l-għajnuna għandu jkun fihom referenza espressa għal dan ir-Regolament.

(9) Dan ir-Regolament m’għandux jeżenta min-notifikazzjoni ta’ l-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-bini tal-bastimenti u ta’ l-imminar tal-faħam, li dwarhom regoli speċjali huma preskritti fi, u rispettivament, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98 [10] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 [11].

(10) Dan ir-Regolament għandu japplika fis-settur tat-trasport. Iżda, wara li jingħata kont tal-karatteristiċi partikolari tal-kompetizzjoni f’dak is-settur, mhux addattat li tiġi eżentata għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol.

(11) Il-Kummissjoni għandha idea konsistentement anqas favorevoli ta’ għajnuna mmirata lejn setturi partikolari, inkluża, iżda mhux limitata għal, setturi sensittivi li jesperjenzjaw kapaċità jew kriżi. Skemi ta’ għajnuna li huma mmirati lejn setturi speċifiċi m’għandhomx għalhekk ikunu koperti bl-eżenzjoni min-notifikazzjoni pprovduta b’dan l-Artikolu,

(12) Skond il-prattika stabbilita mill-Kummissjoni, u bil-ħsieb li jiġi assigurat aħjar li l-għajnuna tkun proporzjonata u limitata għall-ammont meħtieġ, l-għatbiet għandhom ikunu espressi f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna b’relazzjoni ma’ sett ta’ spejjeż eliġibbli, pjuttost milli f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna.

(13) Sabiex jiġi stabbilit jekk l-għajnuna hijiex kompatibbli jew le mas-suq komuni skond dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jingħata kont ta’ l-intensità ta’ għajnuna u b’hekk l-ammont ta’ għajnuna espress bħala l-ekwivalenti ta’ għotja. Il-kalkolazzjoni ta’ ekwivalenti ta’ għotja ta’ għajnuna mħallsa f’diveri ħlasijiet bin-nifs u għajnuna fil-forma ta’ self b’imgħax baxx jeħtieġ l-użu tar-rati ta’ imgħax tas-suq prevalenti fiż-żmien ta’ l-għotja. Bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni uniformi, trasparenti u sempliċi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ir-rati tas-suq għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkunu rati ta’ referenza, sakemm, fil-każ ta’ self b’imgħax baxx, is-self ikun iggarantit b’garanzija normali u ma jinvolvix riskju annormali. Ir-rati ta’ referenza għandhom ikunu dawk perjodikament iffissati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-Internet.

(14) Wara li tiġi kkunsidrata d-differenza bejn intrapriżi ta’ daqsijiet differenti, limiti differenti ta’ intensità ta’ għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol għandhom ikunu ffissati għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u intrapriżi kbar. Sabiex jiġu eliminati d-differenzi li jistgħu jagħtu lok għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn inizjattivi differenti tal-Komunità u nazzjonali, u għal raġunijiet ta’ kjarezza amministrattiva u ċertezza legali, id-definizzjoni ta’ "intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju" (SMEs) użata f’dan ir-Regolament għandha tkun dik preskritta fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE tat-3 ta’ April 1996 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju [12]. Dik id-definizzjoni kient użata wkoll fir-Regolament (KE) Nru 70/2001.

(15) Il-limiti ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna għandhom ikunu ffissati, fid-dawl ta’ l-esperjenza tal-Kummissjoni, f’livell li jilħaq il-bilanċ addattat bejn it-tnaqqis ta’ tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u l-objettiv għall-promozzjoni tax-xogħol. Fl-interessi tal-koerenza, il-limiti għandhom ikunu armonizzati ma’ dawk iffissati fil-linji gwida dwar għajnuna reġjonali nazzjonali u fir-Regolament (KE) Nru 70/2001, li jippermetti li l-għajnuna tiġi kkalkulata b’referenza għal ħolqien ta’ xogħol marbut ma’ proġetti ta’ investiment.

(16) L-ispejjeż tax-xogħol jiffurmaw parti mill-ispejjeż normali ta’ operazzjoni ta’ kull impriża. Huwa għalhekk partikolarment importanti li l-għajnuna għandu jkollha effett pożittiv fuq x-xogħol u m’għandhiex biss tippermetti li l-intrapriżi jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom li huma kienu xort’oħra jġorru.

(17) Mingħajr kontrolli rigorużi u limiti stretti, l-għajnuna għax-xogħol jista’ jkollha effetti li jkunu ta’ ħsara li jikkanċellaw l-effetti immedjati tagħha fuq il-ħolqien tax-xogħol. Jekk l-għajnuna tintuża biex tipproteġi ditti esposti għall-kompetizzjoni intra-Komunitarja, jista’ jkollha effett li tittardja l-aġġustamenti meħtieġa biex tiġi assigurata l-kompetittività ta’ l-industrija fil-Komunità. Fin-nuqqas ta’ kontrolli rigorużi, dik l-għajnuna tista’ tiġi kkonċentrata fir-reġjuni l-aktar li jiffjorixxu, kuntrarju għall-objettiv tal-koeżjoni ekonomika u soċjali. Fi ħdan is-suq wieħed, għajnuna mogħtija biex tnaqqas l-ispejjeż tax-xogħol tista’ twassal għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni intra-Komunitarja u diflessjonijiet fl-allokazzjoni ta’ riżorsi u investiment mobbli, għaċ-ċaqlieq ta’ diżokkupazzjoni minn pajjiż għall-ieħor, u għar-rilokazzjoni.

(18) L-għajnuna biex jinħolqu x-xogħol għandha tkun suġġetta għall-kondizzjoni li x-xogħol maħluq għandu jinżamm għal ċertu perjodu minimu. Il-perjodu ffissat f’dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi r-regola ta’ ħames snin stipulata fil-punt 4.14 tal-linji gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali.

(19) Għajnuna biex jinżammu x-xogħol, li tfisser is-sostenn finanzjarju mogħti lil ditta biex tiġi persważa biex ma tissenzjax lill-ħaddiema tagħha, hija simili għal għajnuna għall-operazzjoni. Bla ħsara għal xi regoli settorali, għalhekk, bħal dawk li jeżistu fis-settur tat-trasport marittimu, għandha tkun awtorizzata biss f’ċirkostanzi speċifiċi u għal perjodu limitat. Għandha tibqa’ tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u m’għandhiex tkun koperta bl-eżenzjoni minn dik in-notifikazzjoni kif ipprovduta b’dan ir-Regolament. Iċ-ċirkostanzi limitati li fihom tista’ tkun awtorizzata inklużi dawk fejn, skond l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat, tkun maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali; eżempju ieħor huwa taħt il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-għajnuna ta’ operazzjoni fil-linji gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali, f’reġjuni eliġibbli għad-deroga taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat li jikkonċerna l-iżvilupp ekonomiku f’żoni fejn il-livell ta’ l-għajxien huwa anormalment baxx jew fejn ikun hemm nuqqas serju ta’ xogħol, inklużi reġjuni ultra-periferali; it-tielet eżempju huwa fejn dik l-għajnuna tingħata fil-kuntest tas-salvazzjoni u ristrutturar ta’ kumpanija f’diffikultà, skond id-dispożizzjonijiet tal-linji gwida relevanti tal-Komunità [13].

(20) Tip partikolari ta’ għajnuna hija għajnuna mogħtija lil min iħaddem għall-konverżjoni ta’ kuntratti temporanji jew fuq terminu stabbilit ta’ xogħol f’kuntratti ta’ tul ta’ żmien mhux stabbilit. Miżuri bħal dawk m’għandhomx ikunu koperti bl-eżenzjoni minn dik in-notifikazzjoni kif ipprovduta f’dan ir-Regolament u għandhom ikunu nnotifikati sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi jekk ikollhomx effetti pożittivi fuq x-xogħol. Għandu b’mod partikolari jiġi assigurat li dawk il-miżuri ma jippermettux li x-xogħol jiġu megħjuna kemm fil-ħolqien ta’ x-xogħol u fil-konverżjoni tal-kuntratt, b’dak il-mod li l-limitu għall-għajnuna għall-investiment inizjali jew għall-ħolqien ta’ xogħol jinqabeż.

(21) Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom irwol deċiżiv fil-ħolqien tax-xogħol. Fl-istess waqt, id-daqs tagħhom jista’ jippreżenta ostakolu għall-ħolqien ta’ xogħol ġdid minħabba r-riskji u l-piż amministrattiv involut fir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid. Bl-istess mod, il-ħolqien tax-xogħol jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni anqas favoriti fil-Komunità u b’hekk tittejjeb il-koeżjoni ekonomika u soċjali. Intrapriżi f’dawk ir-reġjuni jsofru minn żvantaġġ strutturali tal-lokazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u intrapriżi f’reġjuni megħjuna, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna biex jinħolqu x-xogħol.

(22) Ditti kbar f’żoni mhux megħjuna ma jsofrux minn diffikultajiet partikolari u l-ispejjeż tax-xogħol huma parti mill-ispejjeż normali tagħhom ta’ operazzjoni. Għal din ir-raġuni, u sabiex jiġi mmassimizzat l-effett ta’ l-inċentiv għall-għajnuna biex jinħolqu x-xogħol f’SMEs u f’reġjuni eliġibbli għal derogi taħt l-Artikolu 87(3)(a) u (ċ) tat-Trattat, ditti kbar f’reġjuni li m’humiex eliġibbli għal dawn id-derogi m’għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol.

(23) Ċerti kategoriji ta’ ħaddiema jesperjenzjaw diffikultà partikolari biex isibu x-xogħol, minħabba li min iħaddem iqishom li huma anqas produttivi. Din il-produttività aktar baxxa perċeputa tista’ tkun jew minħabba nuqqas ta’ esperjenza reċenti ta’ xogħol (per eżempju, ħaddiema żgħażagħ, ħaddiema diżokkupati għal perjodu twil) jew difett permanenti. Għajnuna għax-xogħol maħsuba biex tinkoraġġixxi ditti biex jirreklutaw lil dawk l-individwi hija ġġustifikata mill-fatt li l-produttività aktar baxxa ta’ dawn il-ħaddiema tnaqqas il-vantaġġ finanzjarju li jitkattar għad-ditta u mill-fatt li l-ħaddiema jibbenefikaw ukoll mill-miżura u x’aktarx li jiġu esklużi mis-suq tax-xogħol sakemm min iħaddem ma jiġix offrut dawk l-inċentivi. Huwa għalhekk xieraq li jiġu permessi skemi li jipprovdu dik l-għajnuna, ikun x’ikun id-daqs jew il-lokazzjoni tal-benefiċjarju.

(24) Il-kategoriji ta’ ħaddiema meqjusa li huma żvantaġġjati għandhom ikunu definiti, iżda għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jinnotifikaw għajnuna biex jippromwovu r-reklutaġġ ta’ kategoriji oħra li jqiesu żvantaġġjati, b’argumenti ta’ sostenn.

(25) Ħaddiema b’diżabilità jistgħu jeħtieġu għajnuna permanenti biex ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq tax-xogħol, li tmur lil hinn minn għajnuna għal reklutaġġ inizjali u possibbilment tiġi inkluża l-parteċipazzjoni f’xogħol protett. Skemi li jipprovdu għajnuna għal dawn l-għanijiet għandhom ikunu eżentati minn notifikazzjoni sakemm ikun jista’ jintwera li dik l-għajnuna ma tkunx aktar minn dik meħtieġa biex tikkumpensa għall-produttività aktar baxxa tal-ħaddiema kkonċernati, l-ispejjeż anċillari biex jiġu impjegati jew l-ispejjeż ta’ l-istabbiliment jew iż-żamma ta’ xogħol protett. Din il-kondizzjoni hija maħsuba biex tipprevjieni li intrapriżi li jibbenefikaw minn dik l-għajnuna ma jbiegħux taħt il-prezzijiet kompetittivi fis-swieq servuti wkoll minn intrapriżi oħra.

(26) Dan ir-Regolament m’għandux jipprevjieni l-kumulazzjoni ta’ l-għajnuna għal reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġjati jew għar-reklutaġġ jew l-impjegar ta’ ħaddiema b’diżabilità ma’ għajnuna oħra mogħtija fir-rigward ta’ spejjeż tax-xogħol, minħabba li f’dawk il-każi huwa leġittimu li jiġi pprovdut inċentiv għall-ħaddiema minn dawn il-kategoriji li jiġu impjegati bi preferenza għal oħrajn.

(27) Sabiex jiġi assigurat li l-għajnuna hija meħtieġa u taġixxi bħala inċentiv għax-xogħol, dan ir-Regolament m’għandux jeżenta għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol jew għal reklutaġġ li l-benefiċjarju jkun ġia wettaq taħt il-kondizzjonijiet waħidhom tas-suq.

(28) Dan ir-Regolament m’għandux jeżenta għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol fejn din hija kumulata ma’ għajnuna oħra ta’ l-Istat, inkluża għajnuna mogħtija minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew għajnuna tal-Komunità, b’relazzjoni ma’ l-istess spejjeż eliġibbli jew ma’ spejjeż ta’ investimenti li magħhom huma marbuta x-xogħol kkonċernati, meta dik il-kumulazzjoni teċċedi l-għatbiet iffissati b’dan ir-Regolament jew fir-regoli tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għall-investiment, b’mod partikolari l-Linji Gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali u r-Regolament (KE) Nru 70/2001. L-uniċi eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju għandhom ikunu għall-għajnuna dwar ir-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvanaġġjati jew għar-reklutaġġ ta’ impjegati b’diżabilità.

(29) Huwa xieraq li ammonti kbar ta’ għajnuna għandhom jibqgħu suġġetti għall-istima individwali mill-Kummissjoni qabel ma jibdew iseħħu. Għalhekk, ammonti ta’ għajnuna li jeċċedu ammont fiss matul ċertu perjodu lill-intrapriża waħda jew stabbiliment huma esklużi mill-eżenzjoni kif ipprovduta minn dan ir-Regolament u jibqgħu suġġetti għall-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(30) Miżuri ta’ għajnuna biex jippromwovu x-xogħol jew għajnuna oħra b’objettivi konnessi max-xogħol u s-swieq tax-xogħol jistgħu jkunu differenti mill-miżuri eżentati minn dan ir-Regolament. Miżuri bħal dawk għandhom ikunu nnotifikati taħt l-Artikolu 88(3).

(31) Fid-dawl tal-Ftehim ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar Sussidji u Miżuri ta’ Ibbilanċjar, dan ir-Regolament m’għandux jeżenta għajnuna għall-esportazzjoni jew għajnuna li tiffavorixxi prodotti domestiċi fuq dawk importati. Għajnuna bħal dik tkun inkompatibbli ma’ l-obbligazzjonijiet internazzjonali tal-Komunità taħt dak il-Ftehim u għalhekk m’għandhiex tkun eżentata min-notifikazzjoni, lanqas awtorizzata jekk hekk innotifikata.

(32) Sabiex tiġi assigurata trasparenza u sorveljanza effettiva, skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, huwa xieraq li jiġi stabbilit format standardli fih l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni sommarja kull meta, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, skema għall-għajnuna tiġi implimentata, bil-ħsieb tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għall-istess raġunijiet, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw ir-rekords li l-Istati Membri għandhom iżommu fir-rigward ta’ l-iskema ta’ għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament. Għall-għanijiet tar-rapport annwali li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-ħtiġiet speċifiċi tiegħu. Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament amministrattiv u minħabba d-disponibbiltà wiesgħa tat-teknoloġija meħtieġa, l-informazzjoni sommarja u r-rapport annwali għandhom ikunu pprovduti f’forma kompjuterizzata.

(33) Wara li tiġi kkunsidrata l-esperjenza tal-Kummissjoni f’dan il-qasam, u b’mod partikolari l-frekwenza li biha huwa ġeneralment meħtieġ li tiġi riveduta l-politika ta’ l-għajnuna mill-Istat, huwa xieraq li jiġi limitat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 994/98, huwa meħtieġ li jiġu inklużi perjodi transitorji li bihom skemi ta’ għajnuna diġà eżentati minn dan ir-Regolament għandhom, malli jiskadi, ikomplu jibqgħu eżentati għal sitt xhur oħra,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal skemi li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u li jipprovdi għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol, jipprovdi għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġjati u b’diżabilità jew jipprovdi għajnuna biex tkopri l-ispejjeż addizzjonali biex jiġu impjegati ħaddiema b’diżabilità.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna fis-setturi kollha, inklużi l-attivitajiet li jirrelataw mal-produzzjoni u l-marketing tal-prodotti elenkati fl-Anness I li jinsab mat-Trattat.

Mgħandux japplika għal għajnuna mogħtija fis-setturi tal-faħam jew tal-bini ta’ bastimenti, lanqas għal għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4, mogħtija fis-settur tat-trasport. Dik l-għajnuna għandha tibqa’ suġġetta għan-notifikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika:

(a) għal għajnuna lill-attivitajiet relatati ma’ l-esportazzjoni, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, għall-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ retikolat ta’ distribuzzjoni jew għal xi nefqa oħra kurrenti marbuta ma’ attività ta’ l-esportazzjoni;

(b) għal kontinġent ta’ għajnuna dwar l-użu ta’ oġġetti domestiċi fi preferenza għal oġġetti importati.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "għajnuna" tfisser kull għajnuna li tikkonforma mal-kriterji kollha preskritti fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat;

(b) "intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju" tfisser intrapriżi kif definiti fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 70/2001;

(ċ) "intensità ta’ għajnuna kbira" tfisser l-ammont ta’ għajnuna espress bħala perċentwali tan-nefqiet relattivi. Il-fuguri kollha użati għandhom jittieħdu qabel kull tnaqqis għat-tassazzjoni diretta. Fejn għajnuna tingħata f’forma oħra barra minn għotja, l-ammont ta’ għajnuna għndu jkun l-ekwivalenti ta’ l-għotja ta’ l-għajnuna. Għajnuna li titħallas f’diversi ħlasijiet bin-nifs għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument ta’ l-għotja. Ir-rata ta’ imgħax li għandha tintuża għall-għanijiet ta’ l-iskuntar u għall-kalkolazzjoni ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna, f’self b’imgħax baxx għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fiż-żmien ta’ l-għotja;

(d) "intensità ta’ għajnuna netta" tfisser l-ammont nett ta’ għajnuna skontata ta’ taxxa espress bħala perċentwali tan-nefqiet relevanti;

(e) "numru ta’ impjegati" tfisser in-numru annwali ta’ unitajiet tax-xogħol (AWU), jiġifieri n-numru ta’ persuni impjegati l-ħin kollu f’sena waħda, xogħol f’parti tal-ġurnata u xogħol staġjonali li jkun frazzjonijiet ta’ l-AWU;

(f) "ħaddiema żvantaġġjati" tfisser kull persuna li tagħmel parti minn kategorija li jkollha diffikultà biex tidħol fis-suq tax-xogħol mingħajr għajnuna, jiġifieri persuna li ta’ l-anqas tħares wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) kull persuna li tkun taħt il-25 sena jew li tkun fi żmien sentejn minn meta ttemm l-edukazzjoni sħiħa tagħha li li tkun għada ma akkwistatx l-ewwel xogħol tagħha b’paga regolari;

(ii) ħaddiem immigrant li jiċċaqlaq jew li ċċaqlaq fi ħdan il-Komunità jew li jsir residenti fil-Komunità biex jibda jaħdem;

(iii) kull persuna li tkun membru ta’ minorità etnika fi Stat Membru u li teħtieġ li tiżviluppa l-profil tagħha lingwistiku, ta’ taħriġ vokazzjonali jew ta’ esperjenza tax-xogħol biex ittejjeb il-prospetti għal ksib ta’ aċċess għal xogħol stabbli;

(iv) kull persuna li tixtieq li tidħol jew terġa’ tidħol fil-ħajja tax-xogħol li tkun assenta mix-xogħol u mill-edukazzjoini għal ta’ l-anqas sentejn, u partikolarment kull persuna li tieqaf mix-xogħol minħabba diffikultà li tirrikonċilja l-ħajja tax-xogħol tagħha mal-ħajja tal-familja;

(v) kull persuna li tgħix bħala adult wieħed u li tieħu ħsieb tifel jew tfal;

(vi) kull persuna li ma tkunx kisbet kwalifikazzjoni edukattiva sekondarja jew l-ekwivalenti tagħha, li ma tkunx qed taħdem jew li tkun ser titlef x-xogħol tagħha;

(vii) kull persuna ta’ aktar minn 50 sena li m jkollhiex xogħol jew li tkun ser titlef x-xogħol tagħha;

(viii) kull persuna diżokkupata fit-tul, jiġifieri kull persuna li tkun diżokkupata għal 12 mill-aħħar 16-il xahar, jew sitta mill-aħħar tmien xhur fil-każ ta’ persuni taħt il-25 sena;

(ix) kull persuna magħrufa li tkun jew kienet ivvizzjata skond il-liġi nazzjonali;

(x) kull persuna li ma tkunx kisbet l-ewwel xogħol tagħha regolari bi ħlas minn mindu bdiet perjodu ta’ priġunerija jew miżura penali oħra;

(xi) kull mara f’żona ġeografika NUTS II fejn il-medja tad-diżokkupazzjoni tkun eċċediet il-100 % tal-medja tal-Komunità għal ta’ l-anqas sentejn kalendarji u fejn id-diżokkupazzjoni tan-nisa tkun eċċediet il-150 % tar-rata tad-diżokkupazzjoni ta’ l-irġiel fiż-żona kkonċernata għal ta’ l-anqas sentejn mill-aħħar tliet snin kalendarji;

(g) "ħaddiem b’diżabilità" tfisser kull persuna li jew:

(i) rikonoxxuta bħala b’diżabilità taħt il-liġi nazzjonali; jew

(ii) li jkollha difett rikonoxxut, serju, fiżiku, menatli jew psikoloġiku;

(h) "xogħol protett" tfisser xogħol fi stabbiliment fejn ta’ lanqas 50 % ta’ l-impjegati huma ħaddiema b’diżabilità li m’humiex kapaċi li jsibu xogħol fis-suq miftuħ;

(i) "nefqa għall-pagi" tikkomprendi l-komponenti li ġejjin attwalment pagabbli lill-benefiċjarju ta’ l-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ x-xogħol ikkonċernat:

(i) il-paga sħiħa, jiġifieri qabel it-taxxa; u

(ii) il-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali.

(j) xogħol huwa "marbut mat-twettieq ta’ proġett ta’ investiment" jekk jikkonċerna l-attività li għaliha jirrelata l-investiment u jekk jinħoloq fi żmien tliet snin mit-tlestija ta’ l-investiment. Matul dan il-perjodu, x-xogħol maħluqa wara żieda fir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità maħluqa mill-investiment huma wkoll marbuta ma’ l-investiment;

(k) "investiment f’assi tanġibbli" tfisser investiment f’assi fiżiċi fissi li jirrelataw mal-ħolqien ta’ stabbiliment ġdid, l-estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti, jew it-twettieq f’attività li tinvolvi bidla fundamentali fil-prodott jew fil-proċess tal-produzzjoni ta’ stabbiliment eżistenti (b’mod partikolari permezz ta’ razzjonalizzazzjoni, diversifikazzjoni jew modernizzazzjoni). Investiment ta’ assi fissi mwettaq fil-forma tat-teħid ta’ kontroll ta’ stabbiliment li jkun għalaq jew li kien jingħalaq kieku ma jkunx inxtara għandu wkoll jitqies bħala investiment tanġibbli;

(l) "investiment f’assi intanġibbli" tfisser investiment fit-trasferiment ta’ teknoloġija bl-akkwist ta’ drittijiet patenti, liċenzji, teknika jew għerf mhux patentat.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet għall-eżenzjoni

1. Bla ħsara għall-Artikolu 9, skemi ta’ għajnuna li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżenti mill-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat b’dan illi:

(a) kull għajnuna li tista’ tingħata taħt dawk l-iskemi tikkonforma mal-kondizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-iskema jkun fiha referenza espressa għal dan ir-Regolament, billi jiġi ċitat it-titolu tiegħu u r-referenza ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Għajnuna mogħtija taħt l-iskemi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżenti mill-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) b’dan illi l-għajnuna mogħtija tikkonforma mal-kondizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Ħolqien ta’ xogħol

1. Skemi ta’ għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol u kull għajnuna li tista’ tingħata taħt skema bħal dik għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 4.

2. Fejn x-xogħol jinħoloq f’żoni jew setturi li ma jikkwalifikawx għal għajnuna reġjonali bis-saħħa ta’ l-Artikolu 87(3)(a) u (ċ) fil-mument li tingħata l-għajnuna, l-intensità sħiħa ta’ l-għajnuna m’għandhiex teċċedi:

(a) 15 % fil-każ ta’ intrapriżi żgħar;

(b) 7,5 % fil-każ ta’ intrapriżi ta’ daqs medju.

3. Fejn x-xogħol jinħoloq f’żoni u f’setturi li jikkwalifikaw għal għajnuna reġjonali bis-saħħa ta’ l-Artikolu 87(3)(a) u (ċ) fil-mument li fih tingħata l-għajnuna, l-intensità ta’ l-għajnuna netta m’għandhiex teċċedi l-limitu ta’ l-għajnuna reġjonali għall-investiment stabbilit fil-mappa li tkun tapplika fiż-żmien li tingħata l-għajnuna, kif approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru: għal dan il-għan, għandu jingħata kont, fost ħwejjeġ oħra, għall-qafas multisettorali għal għajnuna reġjonali għall-proġetti kbar ta’ investiment [14].

Fil-każ ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u sakemm il-mappa ma tipprovdix xort’oħra għal dawk l-intrapriżi, dan il-limitu għandu jiżdied bi:

(a) 10 punti sħaħ ta’ perċentwali fiż-żoni koperti bl-Artikolu 87(3)(ċ), b’dan illi t-total ta’ intensità ta’ għajnuna netta ma jeċċedix 30 %; jew

(b) 15-il punt sħaħ ta’ perċentwali fiż-żoni koperti bl-Artikolu 87(3)(a), b’dan illi t-total ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna netta ma jeċċedix il-75 %.

L-għola limiti ta’ għajnuna reġjonali japplikaw biss jekk il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju għall-iffinanzjar tkun ta’ l-anqas ta’ 25 % jekk ix-xogħol jinżamm fi ħdan ir-reġjun li jikkwalifika.

Meta jinħoloq xogħol fil-produzzjoni, il-proċessar u l-marketing tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, f’żoni li jikkwalifikaw bħala anqas favoriti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 [15], dawn il-limiti għola ta’ għajnuna jew, fejn japplika, il-limiti għola ta’ għajnuna ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw.

4. Il-limiti ffissati fil-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw għall-intensità ta’ l-għajnuna kkalkolata bħala perċentwali tan-nefqa tax-xogħol matul perjodu ta’ sentejn li jirrelataw mal-ħolqien tax-xogħol taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) x-xogħol maħluq għandu jirrappreżenta żieda netta fin-numru ta’ impjegati, kemm fl-istabbiliment u fl-intrapriża kkonċernata, imqabbel mal-medja matul l-aħar 12-il xahar;

(b) x-xogħol maħluq għandu jinżamm għal perjodu minimu ta’ tliet snin, jew sentejn fil-każ ta’ SMEs; u

(ċ) il-ħaddiema ġodda impjegati bħala riżultat tal-ħolqien tax-xogħol għandhom ikunu qatt ma kellhom xogħol jew tilfu jew ser jitilfu x-xogħol ta’ qabel.

5. Fejn tingħata għajnuna għal ħolqien ta’ xogħol taħt skema eżentata taħt dan l-Artikolu, għajnuna addizzjonali tista’ tingħata fil-każ ta’ reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġjati jew b’diżabilità skond it-termini ta’ l-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 5

Reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġjati u b’diżabilità

1. Skemi ta’ għajnuna għar-reklutaġġ minn xi intrapriża ta’ ħaddiema żvantaġġjati jew b’diżabilità u kull għajnuna li tista tingħata taħt skema bħal dik għandha tħares il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3.

2. L-intensità sħiħa ta’ l-għajnuna li tirrelata ma’ l-impjegar ta’ ħaddiema żvantaġġjati jew b’diżabilità kkonċernati, ikkalkolata bħala perċentwali tan-nefqiet tal-pagi matul perjodu ta’ sena wara r-reklutaġġ, m’għandhiex teċċedi l-50 % għall-ħaddiema żvantaġġjati jew 60 % għall-ħaddiema b’diżabilità.

3. Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) fejn ir-reklutaġġ ma jirrappreżentax żieda netta fin-numru ta’ impjegati ta’ l-istabbiliment ikkonċernat, il-post jew postijiet li jsiru vakanti wara tluq volontarju, irtirar fuq bażi ta’ l-età, tnaqqis volontarju fil-ħin tax-xogħol jew tkeċċija skond il-liġi minħabba kondotta ħażina u mhux bħala riżultat li ma jkunx hemm xogħol għalihom, u

(b) ħlief fil-każ ta’ tkeċċija skond il-liġi minħabba kondotta ħażina l-ħaddiem jew ħaddiema għandhom ikunu intitolati għal xogħol kontinwu għal minimu ta’ 12-il xahar.

Artikolu 6

Nefqiet addizzjonali għalx-xogħol ta’ ħaddiema b’diżabilità

1. L-iskemi ta’ għajnuna għalx-xogħol ta’ persuni b’diżabilità u kull għajnuna li tista’ tingħata taħt skema bħal dik għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3.

2. L-għajnuna, flimkien ma’ għajnuna ipprovduta taħt l-Artikolu 5, m’għandhiex teċċedi l-livell meħtieġ biex tikkumpensa għal xi tnaqqis fil-produttività li jirriżulta mid-diżabilitajiet tal-ħaddiem jew ħaddiema, u għal xi waħda min-nefwiet li ġejjin:

(a) nefqiet għall-addattazzjoni tal-fondi;

(b) nefqiet għall-impjegar ta’ ħaddiema għall-ġin li jgħaddu unikament f’għajnuna lill-ħaddiem jew ħaddiema b’diżabilità;

(ċ) nefqiet għall-adattazzjoni jew l-akkwist ta’ tagħmir għall-użu tagħhom,

li huma addizzjonali għal dawk li l-benefiċjarju kien jonfoq kieku impjega ħaddiema li m’humiex b’diżabilità, matul xi perjodu li għalih il-ħaddiem jew ħaddiema b’diżabilità kienu attwalment impjegati.

Fejn il-benefiċjarju jipprovdi xogħol protett, l-għajnuna tista’ b’żieda tkopri, iżda m’għandhiex teċċedi, in-nefqiet tal-kostruzzjoni, stallazzjoni jew espansjoni ta’ l-istabbiliment ikkonċernat, u kull nefqa ta’ amministrazzjoni u trasport li tirriżulta milx-xogħol ta’ ħaddiema b’diżabilità.

3. Skemi eżentati permezz ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprovdu li l-għajnuna tkun suġġetta għall-kondizzjoni li l-benefiċjarju jżomm dokumentazzjoni li tippermetti l-verifikazzjoni li l-għajnuna mogħtija tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u ta’ l-Artikolu 8(4).

Artikolu 7

Ħtieġa għall-għajnuna

1. Dan ir-Regolament għandu jeżenta biss għajnuna taħt l-Artikolu 4 jekk qabel ma jinħoloq x-xogħol ikkonċernat:

(a) jew applikazzjoni għall-għajnuna tkun intbagħtet lill-Istat Membru mill-benefiċjarju; jew

(b) l-Istat Membru jkun adotta dispożizzjonijiet legali li jistabbilixxu dritt legali għall-għajnuna skond kriterji oġġettivi u mingħajr aktar eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru.

2. L-għajnuna għandha tgawdi l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 4 fil-każi fejn:

(a) x-xogħol maħluq huwa marbut mat-twettieq ta’ proġett ta’ investiment f’assi tanġibbli jew intanġibbli; u

(b) x-xogħol jinħoloq fi żmien tliet snin mit-tlestija ta’ l-investiment,

biss jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), jew l-adozzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b), isseħħ qabel ma jinbeda x-xogħol fuq il-proġett.

Artikolu 8

Kumulazzjoni

1. Il-limiti ta’ għajnuna ffissati fl-Artikoli 4, 5 u 6 għandhom japplikaw mingħajr ma jingħata kont ta’ jekk is-sostenn tax-xogħol megħjun jew ir-reklutaġġ huwiex iffinanzjat kollu kemm hu mir-riżorsi ta’ l-Istat jew iffinanzjat f’parti mill-Komunità.

2. Għajnuna taħt skemi eżentati bl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu akkumulati ma’ xi għajnuna oħra ta’ l-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, jew ma’ ffinanzjar ieħor tal-Komunità, b’relazzjoni ma’ l-istess nefqiet tal-pagi, jekk dik il-kumulazzjoni kienet tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li teċċedi dik iffissata b’dan ir-Regolament.

3. Għajnuna taħt skemi eżentati bl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tiġi akkumulata:

(a) flimkien ma’ xi għajnuna oħra ta’ l-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, jew ma’ xi ffinanzjar ieħor tal-Komunità, b’relazzjoni ma’ nefqiet ta’ xi investiment li magħhom ikun marbut x-xogħol li nħoloq jew li kienu tlestew tliet snin qabel x-xogħol inħoloq; jew

(b) ma’ xi għajnuna bħal dik jew iffinanzjar b’relazzjoni ma’ l-istess nefqiet tal-pagi jew ma’ xi xogħol ieħora marbut ma’ l-istess investiment,

jekk dik il-kumulazzjoni kienet tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li teċċedi l-limitu relevanti ta’ għajnuna reġjonali ta’ investiment stabbilita fil-linji gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali u fil-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru jew il-limitu fir-Regolament (KE) Nru 70/2001. Fejn il-limitu relevanti jkun addattat f’każ partikolari, b’mod partikolari bl-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat li tapplika f’settur partikolari, jew b’istrument li japplika proġetti kbar ta’ investiment, bħall-qafas multisettorali applikabbli għall-għajnuna reġjonali fi proġetti kbar ta’ investiment, il-limitu addattat għandu japplika għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu.

4. B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, għajnuna taħt skemi eżentati bl-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi kumulata ma’ għajnuna oħra ta’ l-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, jew ma’ iffinanzjar ieħor tal-Komunità, b’relazzjoni ma’ l-istess nefqiet, inkluż ma’ għajnuna taħt skemi eżentati bl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament li tikkonforma mal-paragrafi 2 u 3, sakemm dik il-kumulazzjoni ma tirriżultax f’intesità kbira ta’ għajnuna li teċċedi l-100 % tan-nefqiet tal-pagi matul xi perjodu li fih il-ħaddiem jew ħaddiema jkunu impjegati.

L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal xi limiti aktar baxxi dwar intensità ta’ għajnuna li setgħu kienu ġew iffissati bis-saħħa tal-qafas tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp [16].

Artikolu 9

Għajnuna suġġetta għan-notifikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni

1. Skemi ta’ għajnuna li huma mmirati lejn setturi partikolari m’għandhomx ikunu eżentati min-notifikazzjoni skond dan ir-Regolament u għandhom jibqgħu suġġetti għall-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

2. Dan ir-Regolament m’għandux jeżenta min-notifikazzjoni l-għoti ta’ għajnuna lill-intrapriża waħda jew stabbiliment li jeċċedi ammont sħiħ ta’ għajnuna ta’ EUR 15-il miljun matul xi perjodu ta’ tliet snin. Il-Kummissjoni għandha tistma dik l-għajnuna, jekk tkun mogħtija taħt skema li hija xort’oħra eżentata minn dan ir-Regolament, unikament b’referenza għall-kriterji ta’ dan ir-Regolament.

3. Dan ir-Regolament huwa bla preġudizzju għal kull obbligazzjoni fuq Stat membru li jinnotifika għotjiet individwali ta’ għajnuna taħt obbligazzjonijiet magħmula fil-kuntest ta’ Strumenti ta’ għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari l-obbligazzjoni li jinnotifika jew jinforma lill-Kummissjoni b’, għajnuna lill-impriża li tirċievi għajnuna ta’ ristrutturazzjoni skond it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati jew ristrutturati ditti f’diffikultà u l-obbligazzjoni li għajnuna reġjonali tiġi nnotifikata għal proġetti kbar ta’ investiment taħt il-Qafas applikabbli multisettorali.

4. Skemi ta’ għajnuna biex jippromwovu r-reklutaġġ ta’ kategoriji ta’ ħaddiema li m’humiex żvantaġġjati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(f) għandhom jibqgħu suġġetti għall-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat sakemm ma jkunux eżentati taħt l-Artikolu 4. Man-notifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu, għall-apprezzament mill-Kummissjoni, argumenti li juru li l-ħaddiema kkonċernati huma żvantaġġjati. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5 għandu japplika.

5. Għajnuna biex jinżamm ix-xogħol, jiġifieri sostenn finanzjarju mogħti lill-intrapriża biex iżżomm ħaddiema li kieku kienu jkunu ssensjati, għandha tibqa’ suġġetta għall-ħtieġa ta’ notifikazzjoni skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Bla ħsara għar-regoli settorali, dik l-għajnuna tista’ tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni biss fejn, skond l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat, tkun maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kawżata minn disastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali jew, taħt il-kondizzjonijiet applikabbli għal għajnuna ta’ operazzjoni fil-linji gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali, f’reġjuni eliġibbli għad-deroga taħt l-Artikolu 87(3)(a) li jikkonċernaw l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni fejn il-livell ta’ l-għajxien huwa aktar baxx min-normal jew fejn ikun hemm nuqqas serju ta’ xogħol.

6. Għajnuna għall-konverżjoni ta’ kuntratti temporanji jew ta’ terminu ffissat f’kuntratti ta’ tul ta’ żmien indeterminat għandha tibqa’ suġġetta għall-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

7. L-iskemi ta’ għajnuna għall-qsim ta’ xogħol, għall-provvista ta’ sostenn għal ġenituri li jaħdmu u miżuri simili għal xogħol li jippromwovi x-xogħol iżda li ma jirriżultax f’żieda netta fix-xogħol, fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġjati, jew fir-reklutaġġ jew x-xogħol ta’ ħaddiema b’diżabilità għandhom jibqgħu suġġetti għall-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat u għandhom jiġu stmati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 87.

8. Miżuri oħra ta’ għajnuna b’objettivi konnessi max-xogħol u s-swieq tax-xogħol, bħal miżuri biex iħajru l-irtirar kmieni, għandhom ukoll jibqgħu suġġetti għall-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat u għandhom jiġu stmati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 87.

9. Każi individwali ta’ għajnuna għax-xogħol mogħtija independentement minn xi skema għandhom jibqgħu suġġetti għall-ħtieġa ta’ notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Għajnuna bħal dik għandha tiġi stmata fid-dawl ta’ dan ir-Regolament u tista’ tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni biss jekk tkun kompatibbli ma’ kull regoli speċifiċi applikabbli li setgħu ġew preskritti fir-rigward tas-settur li fih jopera l-benefiċjarju u biss jekk ikun jista’ jiġi muri li l-effetti ta’ l-għajnuna fuq ix-xogħol jeċċedu l-impatt fuq il-kompetizzjoni fis-suq relevanti.

Artikolu 10

Trasparenza u sorveljanza

1. Ma’ l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom, fi żmien 20 jum tax-xogħol, jibagħtu lill-Kummissjoni, bil-ħsieb tal-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, sommarju ta’ l-informazzjoni li tirrigwarda dik l-iskema ta’ għajnuna fil-forma preskritta fl-Anness I. Dan għandu jkun ipprovdut f’forma kompjuterizzata.

2. L-Istati Membri għandhom iżommu dokumentazzjoni dettaljata li tirrigwarda l-iskemi ta’ għajnuna eżentati b’dan ir-Regolament u l-għajnuna individwali mogħtija taħt dawk l-iskemi. Dik id-dokumentazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni, kif preskritti f’dan ir-Regolament, huma mħarsa, inkluża l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ kull kumpanija li l-intitolament tagħha għall-għajnuna jiddependi fuq l-istatus tagħha bħala SME. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dokumentazzjoni fir-rigward ta’ skema ta’ għajnuna għal perjodu ta’ 10 snin mid-data li fiha kienet ingħatat l-aħħar għajnuna individwali taħt dik l-iskema. Fuq talba bil-miktub, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, f’perjodu ta’ 20 jum tax-xogħol, jew dak il-perjodu itwal hekk kif jista’ jiġi ffissat fit-talba, bl-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqies meħtieġa biex tistma jekk il-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunux ġew imħarsa.

3. L-Istati Membri għandhom jikkompilaw rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kull sena kalendarja jew parti minnha li matulha japplika dan ir-Regolament, fil-forma preskritta fl-Annees II, f’forma kompjuterizzata. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’dak ir-rapport mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu li għalih jirrelata r-rapport.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ, perjodu ta’ validità, u arranġamenti tarnsitorji

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2006.

2. Notifikazzjonijiet pendenti fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu stmati skond id-dispożizzjonijiet tiegħu.

Skemi ta’ għajnuna implimentati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għajnuna mogħtija taħt dawn l-iskemi, fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni u bi ksur ta’ l-obbligazzjoni fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, għandhom ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati taħt dan ir-Regolament jekk iħarsu l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 3(1)(a) u l-Artikolu 3(2). Kull għajnuna li ma tikkonformax ma’ dawn il-kondizzjonijiet għandha tiġi stmata mill-Kummissjoni skond il-qafas, linji gwida, komunikazzjonijiet u avviżi relevanti.

3. Fit-tmiem tal-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, l-iskemi ta’ għajnuna eżentati taħt dan ir-Regolament għandhom jibqgħu eżentati matul perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 142, ta’ l-14.05.98, p. 1.

[2] ĠU C 88, tat-12.4.2002, p. 2.

[3] ĠU C 334, tat-12.12.1995, p. 4.

[4] ĠU C 1, tat-3.1.1997, p. 10.

[5] ĠU C 74, ta’ l-10.3.1998, p. 9.

[6] ĠU L 10, tat-13.1.2001, p. 33.

[7] ĠU C 371, tat-23.12.2000, p. 12.

[8] ĠU C 218, tas-27.7.1996, p. 4.

[9] ĠU L 10, tat-13.1.2001, p. 30.

[10] ĠU L 202, tat-18.7.1998, p. 1.

[11] ĠU L 205, tat-2.8.2002, p. 1.

[12] ĠU L 107, tat-30.4.1996, p. 4.

[13] ĠU C 288, tad-9.10.1999, p. 2.

[14] ĠU C 70, tad-19.3.2002, p. 8.

[15] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

[16] ĠU C 45, tas-17.2.1996, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 2204/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar l-appilkazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol

(biex tiġi pprovduta f’forma kompjuterizzata, permezz ta’ posta elettronika, lil stateaidgreffe@cec.eu.int)

Għajnuna Nru:

Kumment ta’ spjegazzjoni: Dan in-numru għandu jimtela mid-DG COMP.

Stat Membru:

Reġjun:

Kumment ta’ spjegazzjoni: Indika l-isem tar-reġjun jekk l-għajnuna hija mogħtija minn awtorità sub-ċentrali.

It-Titolu ta’ l-iskema ta’ għajnuna:

Kumment ta’ spjegazzjoni: Indika l-isem ta’ l-iskema ta’ għajnuna.

Bażi legali:

Kumment ta’ spjegazzjoni: Indika r-referenza eżatta nazzjonali legali għall-għajnuna u referenza ta’ pubblikazzjoni.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema:

Kummenti ta’ spjegazzjoni: L-ammonti għandhom jingħataw f’ewro jew, fejn japplika, il-munita nazzjonali. Indika l-ammont sħiħ annwali ta’ l-approprjazzjoni/jiet ta’ l-estimi jew it-telf stmat ta’ taxxa kull sena għall-istrumenti kollha ta’ għajnuna kontenuti fl-iskema.

Għal garanziji, indika l-ammont (massimu) ta’ self garantit.

Intensità ta’ għajnuna massima taħt:

- l-Artikolu 4: ħolqien ta’ xogħol:

- l-Artikolu 5: reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġjati jew b’diżabilità:

- l-Artikolu 6: nefqiet addizzjonali għalx-xogħol ta’ ħaddiema b’diżabilità:

Kumment ta’ spjegazzjoni: Indika l-intensità ta’ l-għajnuna massima u ddistingwi bejn għajnuna taħt l-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament.

Data ta’ implimentazzjoni:

Kumment ta’ spjegazzjoni: Indika d-data li minnha l-għajnuna tista’ tingħata taħt l-iskema.

Tul ta’ żmien ta’ l-iskema:

Kumment ta’ spjegazzjoni: Indika d-data (sena u xahar) sa liema l-għajnuna tista’ tingħata taħt l-iskema.

Objettiv ta’ l-għajnuna:

- l-Artikolu 4: ħolqien ta’ xogħol:

- l-Artikolu 5: reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġjati jew b’diżabilità:

- l-Artikolu 6: xogħol ta’ ħaddiema b’diżabilità:

Kumment ta’ spjegazzjoni: L-obbjettiv/i primarju tal-miżura għandu jkun identifikat minn fost it-tliet għażliet. Dan il-qasam jagħti wkoll l-opportunità li jiġu indikati aktar (sekondarji) objettivi mfittxija.

Settur/i ekonomiku/ċi kkonċernat/i:

- is-setturi kollha tal-Komunità [1]

- il-manifattura kollha [2]

- is-servizzi kollha [3]

- oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti ta’ spjegazzjoni: Agħżel mill-lista, fejn relevanti. Skemi ta’ għajnuna li huma mmirati lejn setturi speċifiċi li m’ humiex koperti bl-eżenzjoni min-notifikazzjoni kif ipprovduta b’dan ir-Regolament.

Isem u indirizz ta’ l-awtorità li tagħti:

Kumment ta’ spjegazzjoni: Jekk jogħġbok inkludi n-numru tat-telefon u fejn possibbli l-indirizz tal-posta elettronika.

Informazzjoni oħra:

Kummenti ta’ spjegazzjoni: Jekk l-iskema hija ko-finanzjata minn fondi tal-Komunità, jekk jogħġbok żid is-sentenza li ġejja:

"L-iskema ta’ għajnuna hija ko-finanzjata taħt referenza."

Jekk il-perjodu ta’ żmien ta’ l-iskema jestendi lil hinn mill-validità ta’ dan ir-Regolament, jekk jogħġbok żid is-sentenza li ġejja:

"L-eżenzjoni tar-Regolament tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2006 segwita b’perjodu transitorju ta’ sitt xhur."

[1] Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-bastimenti, is-setturi l-oħra li huma s-suġġetti ta’ regoli speċjali f’Regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna kollha mill-Istat fi ħdan is-settur.

[2] Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-bastimenti, is-setturi l-oħra li huma s-suġġetti ta’ regoli speċjali f’Regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna kollha mill-Istat fi ħdan is-settur.

[3] Bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bini tal-bastimenti, is-setturi l-oħra li huma s-suġġetti ta’ regoli speċjali f’Regolamenti u direttivi li jirregolaw l-għajnuna kollha mill-Istat fi ħdan is-settur.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Formola tar-rapport perjodiku li għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni

Format tar-rappurtar annwali dwar skemi ta’ għajnuna eżentati taħt Regolament ta’ eżenzjoni tal-grupp adottata bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98

L-Istati Membri huma meħtieġa li jużaw il-format ta’ hawn taħt għall-obbligazzjonijiet tagħhom ta’ rappurtar lill-Kummissjoni taħt Regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ grupp adottati fuw il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 994/98.

Ir-rapporti għandhom ikunu pprovduti f’forma kompjuterizzata lil:

stateaidgreffe@cec.eu.int

Informazzjoni meħtieġa għall-iskemi kollha ta’ għajnuna eżentati taħt Regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ grupp bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolment (KE) Nru 994/98

1. Titolu u Numru ta’ l-iskema ta’ għajnuna

2. Regolament applikabbli ta’ eżenzjoni mill-Kummissjoni

3. Nefqa

Figuri separati għandhom ikunu pprovduti għal kull strument fi skema (per eżempju, għotja, self b’imgħax baxx, eċċ.). Il-figuri għandhom ikunu espressi f’ewro jew, fejn japplika, fil-munita nazzjonali. Fil-każ ta’ nefqa tat-taxxa, it-telf annwali tat-taxxa għandu jkun rapportat. Jekk il-figuri eżatti m’humiex disponibbli, dak it-telf jista’ jiġi stmat.

Dawn il-figuri ta’ nefqa għandhom ikunu pprovduti fuq il-bażi li ġejjin:

Għas-sena taħt reviżjoni indika separatament għal kull strument ta’ għajnuna fl-iskema (per eżempju għotja, self b’imgħax baxx, eċċ.):

3.1. Ammonti kommessi, (stmati) telf ta’ taxxa jew figuri oħra ta’ dħul predeterminat, tagħrif dwar garanziji, eċċ. dwar deċiżjonijiet ġodda li tingħata l-għajnuna. Fil-każ ta’ skemi ta’ garanzija, l-ammont totali ta’ garanziji ġodda mogħtija għandu jkun ipprovdut.

3.2. Ħlasijiet attwali, (stmat) telf ta’ taxxa jew dħul ieħor predeterminat, tagħrif dwar garanziji, eċċ. għal għotjiet ġodda u kurrenti ta’ għajnuna. Fil-każ ta’ skemi ta’ garanziji, dan li ġej għandu jiġi ipprovdut: l-ammont totali ta’ garanziji li għadhom ma tħallsux, dħul ta’ premium, irkupri, indennitajiet imħallsa, riżultat ta’ l-operazzjoni ta’ l-iskema tas-sena taħt reviżjoni.

3.3. Numru ta’ deċiżjonijiet ġodda li tingħata għajnuna.

3.4. Numru sħiħ stmat ta’ xogħol maħluqa jew ta’ ħaddiema żvantaġġjati jew b’diżabilità reklutati jew impjegati taħt deċiżjonijiet ġodda li tingħata l-għajnuna (kif xieraq). L-għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġjati għandha tiġi mqassma skond il-kategoriji ta’ l-Artikolu 2(f).

3.5. 3.6. Tqassim reġjonali ta’ ammonti taħt il-punt 3.1 jew skond reġjuni definiti fin-NUTS [1] livell II jew anqas jew bl-Artikolu 87(3)(a) reġjuni, l-Artikolu 87(3)(ċ) reġjuni u reġjuni mhux megħjuna.

3.7. Tqassim skond is-settur ta’ ammonti taħt il-punt 3.1 skond is-setturi ta’l-attività tal-benefiċjarji (Jekk aktar minn settur wieħed huwa kopert, indika l-ammonti għal kull wieħed):

- imminar tal-faħam

- manifattura li tagħha:

- l-azzar

- il-bini tal-bastimenti

- fibri sintetiċi

- vetturi bil-mutur

- manifattura oħra

- servizzi li tagħhom:

- is-servizzi tat-trasport

- is-servizzi finanzjarji

- servizzi oħra

- setturi oħra (jekk jogħġbok speċifika)

4. Informazzjoni oħra u kummenti

[1] NUTS hija n-nomenklatura ta’ l-unitajiet territorjali għall-għanijiet ta’ statistika fil-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------

Top