EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0151

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2002 dwar il-ħtiġiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw (innotifikata fid-dokument numru K(2002) 518)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 50, 21.2.2002, p. 94–95 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 006 P. 494 - 495
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 006 P. 494 - 495
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 006 P. 494 - 495
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 006 P. 494 - 495
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 006 P. 494 - 495
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 006 P. 494 - 495
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 006 P. 494 - 495
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 006 P. 494 - 495
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 006 P. 494 - 495
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 008 P. 99 - 100
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 008 P. 99 - 100
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 032 P. 84 - 85

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/151(1)/oj

32002D0151



Official Journal L 050 , 21/02/2002 P. 0094 - 0095


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta' Frar 2002

dwar il-ħtiġiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw

(innotifikata fid-dokument numru K(2002) 518)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/151/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 5(5) u 11 (4) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2000/53/KE tistabbilixxi illi t-tneħħija tar-reġistrazzjoni tal-vetturi trid tkun possibbli biss fuq il-preżentazzjoni ta' ċertifikat tal-qerda.

(2) Bil-ħsieb li l-awtoritajiet kompetenti jiġu megħjuna jirrikkonoxxu u jaċċettaw b'mod reċiproku ċ-ċertifikati tal-qerda maħruġa fl-Istati Membri l-oħra, id-Direttiva 2000/53/KE teħtieġ illi l-Kummissjoni tistabbilixxi l-ħtiġiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda.

(3) Il-ħtiġiet minimi jimmiraw li jipprovdu ċ-ċertezza dwar l-identità u d-dettalji tal-faċilità tat-trattament, l-awtorità kompetenti u l-pussessur tal-vettura, kif ukoll numru ta' punti ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-vettura.

(4) Il-miżuri provvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE [2],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE għandu jkun fih mill-inqas it-tagħrif elenkat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Frar 2000.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 34.

[2] ĠU L 78, tat-18.3.1991, p. 32.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-ħtiġiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE

1. L-isem, l-indirizz, il-firma u n-numru tar-reġistrazzjoni jew ta' l-identifikazzjoni [1] ta' l-istabbiliment jew l-impriża li joħorġu ċ-ċertifikat

2. L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità kompetenti responsabbli mill-permess (skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/53/KE) rigward l-istabbiliment jew l-impriża li joħorġu ċ-ċertifikat tal-qerda

3. Meta ċ-ċertifikat jinħareġ minn produttur, negozjant jew kollettur f'isem faċilità awtorizzata tat-trattament, l-isem u l-indirizz u numru tar-reġistrazzjoni jew ta' l-identifikazzjoni [2] ta' l-istabbiliment jew l-impriża li joħorġu ċ-ċertifikat.

4. Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-qerda.

5. Il-marka tan-nazzjonalità u n-numru ar-reġistrazzjoni tal-vettura (ehmeż id-dokument tar-reġistrazzjoni jew dikjarazzjoni mill-istabbiliment jew l-impriża li joħorġu ċ-ċertifikat illi d-dokument tar-reġistrazzjoni ġie meqrud [3].

6. Il-klassi tal-vettura, l-isem tal-prodott, il-mudell.

7. In-numru ta' l-identifikazzjoni tal-vettura (tax-chassis)

8. L-isem, l-indirizz, in-nazzjonalità u l-firma tal-pussessur jew tas-sid tal-vettura kunsinnata.

[1] Din il-ħtieġa tista titwarrab fil-każ meta s-sistema nazzjonali tar-reġistrazzjoni jew ta’ l-identifikazzjoni ma tipprovdix dan in-numru.

[2] Din il-ħtieġa tista titwarrab fil-każ meta s-sistema nazzjonali tar-reġistrazzjoni jew ta' l-identifikazzjoni ma tipprovdix dan in-numru.

[3] Fil-każ meta ma jeżisti fuq karta l-ebda dokument tar-reġistrazzjoni minħabba l-użu ta' sistema elettronika tar-reġistrazzjoni, din il-ħtieġa tista tiġi mwarrba.

--------------------------------------------------

Top