EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0069

Id-Direttiva 96/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 1996 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

OJ L 282, 1.11.1996, p. 64–67 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 020 P. 34 - 37
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 020 P. 34 - 37

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/69/oj

31996L0069

Id-Direttiva 96/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 1996 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

Official Journal L 282 , 01/11/1996 P. 0064 - 0067
CS.ES Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
ET.ES Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
HU.ES Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
LT.ES Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
LV.ES Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
MT.ES Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
PL.ES Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
SK.ES Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37
SL.ES Chapter 13 Volume 018 P. 34 - 37


Id-Direttiva 96/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-8 ta’ Ottubru 1996

li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA.

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1].

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

1. Billi għandhom jittieħdu miżuri fi ħdan il-qafas tal-kisba tal-għanijiet tas-suq intern; billi s-suq intern fih żona mingħajr fruntieri interni li fih huwa żgurat l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital;

2. Billi l-ewwel programm ta’ azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej fuq il-protezzjoni ta’ l-ambjent [4], approvat mill-Kunsill fit-22 ta’ Novembru 1973, għamel sejħa biex jittieħed kont ta’ l-aħħar progressi xjentifiċi fil-ġlieda kontra t-tniġġis atmosferiku kawżat mill-gassijiet minn vetturi bil-mutur u biex id-Direttivi mħaddna qabel jiġu emendati skond il-ħtieġa; billi l-ħames programm ta’ azzjoni, li l-approċċ ġenerali tiegħu kien approvat mill-Kunsill fir-riżoluzzjoni ta’ l-1 ta’ Frar 1993 [5], provda li jsiru sforzi addizzjonali biex jkun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-livell preżenti ta’ tniġġis minn vetturi bil-mutur;

3. Billi l-għan li jitnaqqas l-livell ta’ emissjonjiet ta’ inkwinanti minn vetturi bil-mutur u t-tħaddim tas-suq intern għall-vetturi ma’ jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri individwali; billi dawn, iżda, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell komunitarju permezz ta’ l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Stati Membri li jirrigwardaw il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja mill-vetturi bil-mutur;

4. Billi huwa magħruf li l-iżvilupp tat-trasport fil-Komunità ġab trażżin għall-ambjent u hemm riskju ta’ żieda fid-deterjorament tiegħu; billi l-estimi uffiċjali fiż-żieda tad-densità fit-traffiku magħmula s’issa inqabżu mit-tendenzi attwali mal-Komunità kollha u billi għal din ir-raġuni livelli stretti ta’ emissjoni għandhom jiġu preskritti għall-vetturi kollha bil-mutur;

5. Billi fl-1993 il-Kummissjoni ħaddnet programm Ewropew fuq l-emissjonijiet, teknoloġiji ta’ karburant u magni (Epefe); billi dan il-programm ġie stabbilit biex jiġi żgurat li l-proposti għal Direttivi tal-ġejjieni dwar tniġġis mill-emissjonijiet ifittxu l-aqwa soluzzjonijiet għall-ambjent, għall-konsumatur u għall-ekonomija; billi, jittratta dwar it-tniġġis minn vetturi bil-mutur u l-karburant li bih jimxu;

6. Billi d-Direttiva 70/220/KEE [6] li tittratta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja mill-emissjonijiet ta’ vetturi bil-mutur, hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip preskritta mid-Direttiva 70/156/KEE [7];

7. Billi d-Direttiva 70/220/KEE tippreskrivi l-valuri limiti għall-carbon monoxide u l-emissjonijiet mhux maħruqa ta’ hydrocarbon mill-magni ta’ vetturi bħal dawn; billi dawn il-valuri limiti kienu ġew imnaqqsa l-ewwel darba bid-Direttiva tal-Kunsill 74/290/KEE [8] u miżjuda, b’konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 77/102/KEE [9], b’valuri limiti għal emissjonijiet permissibbli ta’ ossidi ta’ nitroġenu; billi l-valuri limiti għal dawn it-tliet sustanzi li jniġġsu kienu suċċessivament imnaqqsa mid-Direttiva tal-Kummissjoni 78/665/KEE [10] u d-Direttivi tal-Kunsill 83/351/KEE [11] u 88/76/KEE [12]; billi valuri limiti għat-tniġġis mill-emissjonijiet partikolati minn magni diesel iddaħħlu mid-Direttiva 88/436/KEE [13]; billi livelli Ewropej aktar stretti għall-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi minn vetturi bil-mutur taħt 1400 cm3 kienu ddaħħlu bid-Direttiva 89/458/KEE [14]; billi dawn il-livelli twessgħu għall-karozzi tal-passiġġieri kollha indipendentement mill-kapaċità tal-magna tagħhom fuq il-bażi ta’ proċedura Ewropea mtejba ta’ test li jinkludi fih ċiklu ta’ sewqan barra mill-belt; billi ddaħħlu rekwiżiti marbuta ma’ l-emisjonijiet evaporattivi u mad-dewmien ta’ komponenti ta’ vettura li jnaqqsu l-emissjonijiet kif ukoll livelli aktar stretti ta’ sustanzi li jniġġsu partikolati għall-vetturi bil-mutur armati b’magni diesel bid-Direttiva 91/441/KEE [15]; billi karozzi tal-passiġġieri ddiżenjati biex jesgħu aktar minn sitt passiġġieri, inkluż is-sewwieq, jew li għandhom massa massima ta’ aktar minn 2500 kg., vetturi kummerċjali żgħar u vetturi “off-road” koperti mid-Direttiva 70/220/KEE ġew, skond id-Direttiva 93/59/KEE [16], soġġetti għal livelli stretti daqs dawk tal-karozzi tal-passiġġieri, filwaqt li ttieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ vetturi bħal dawn; billi l-livelli għall-karozzi tal-passiġġieri saru aktar stretti minħabba d-Direttiva 94/12/KE, li daħħlet ukoll metodu ġdid ta’ kontroll dwar il-konformità ta’ produzzjoni; billi jeħtieġ li jkunu armonizzati 7. l-livelli għall-vetturi kommerċjali żgħir ma’ dawk għall-karozzi tal-passiġġieri sabiex jiġu ta’ l-inqas stretti daqs dawk tal-karozzi tal-passiġġieri;

8. Billi x-xogħol li daħlet għalih il-Kummissjoni f’dan il-qasam wera’ li l-aqwa teknoloġija disponibbli bħalissa għall-industrija Komunitarja tista’ titjieb sabiex tippermetti li vetturi kummerċjali żgħar jħarsu l-limiti ta’ skariku mnaqqsa konsiderevolment; billi l-istess jista’ jingħad dwar teknoloġiji ġodda li qegħdin jiżviluppaw; billi l-livelli proposti ser japplikaw kemm għall-approvazzjoni ta’ tipi ġodda ta’ vettura kemm għal kontrolli fuq il-konformità ta’ produzzjoni, peress li l-metodu emendat ta’ kampjonatura u l-valutazzjoni statistika jippermetti li jitneħħew it-tolleranzi permessi għall-valuri limiti preskritti taħt stadji preċedenti ta’ tnaqqis ta’ valur skond id-Direttiva 70/220/KEE;

9. Billi l-Kummissjoni eżaminat l-possibilità li ssir għaqda tal-klassijiet II u III tal-vetturi, il-kondizzjonijiet attwali li fihom il-vetturi kummerċjali żgħar huma misjuqa fi traffiku urban u extra-urban u l-karatteristiċi speċjali ta’ dawn il-vetturi;

10. Billi l-Istati Membri għandhom jitħallew iħaffu, permezz ta’ inċentivi ta’ taxxa, it-tqegħid fis-suq ta’ vetturi li jħarsu r-rekwiżiti mħaddna fuq livell komunitarju, liema inċentivi għandhom iħarsu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat u jissoddisfaw ċerti kondizzjonijiet maħsuba biex jiġi evitat distorzjoni tas-suq intern; billi din id-Direttiva ma teffettwax il-jedd ta’ l-Istati Membri li jinkludu tniġġis mill-emissjonijiet u sustanzi oħra fil-bażi li fuqha jitqiesu t-taxxi tat-traffiku fuq vetturi bil-mutur;

11. Billi l-ħtieġa ta’ notifika bil-quddiem ta’ din id-Direttiva tgħodd mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta’ notifika skond dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Komunità, l-aktar l-Artikolu 93(3) tat-Trattat;

12. Billi huwa xieraq li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw, sal-31 ta’ Diċembru 1997, ir-rekwiżiti validi għall-istadju li jibda fl-2000, fuq il-bażi ta’ proposta li l-Kummissjoni għandha tagħti sat-30 ta’ Ġunju 1996 u li l-għan tagħha hu li jitnaqqsu sostanzjalment l-emissjonijiet minn vetturi kummerċjali żgħar;

13. Billi l-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ tniġġis ta’ l-arja mis-sena 2000 għandu jifforma parti minn xejra integrata u multi-direzzjonali li tilqa’ l-miżuri kollha li jnaqqsu t-tniġġis ta’ l-arja minħabba t-traffiku tat-toroq; billi l-parametri kollha mwaqqfa fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/12/KE huma rilevanti; billi, għar-rekwiżiti validi mis-sena 2000, l-għan għandu jkun, għall-vetturi kummerċjali żgħar, li jitwaqqfu livelli ta’ strettezza ekwivalenti għal dawk stabbiliti għall-karozzi tal-passiġġieri li jużaw teknoloġija ta’ tnaqqis ta’ emissjoni ta’ livell tekniku uniformi, filwaqt li jittieħed kont tal-karatteristiċi speċjali ta’ vetturi kummerċjali żgħar u, għal vetturi ta’ kategorija N1, klassijiet II u III, tal-ħtieġa li jitqiesu xi preskrizzjonijiet xierqa fir-rigward tad-dewmien; billi l-Kummissjoni għandha tieħu taħt idejha l-analiżi ta’ l-aspetti ambjentali, teknoloġiċi u l-effiċjenza marbuta ma’ l-ispejjeż u tipprovdi, sa l-aħħar ta’ Ġunju 1996, għanijiet kwantifikati għat-tħaddin ta’ miżuri komunitarji applikabbli mis-sena 2000,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 70/220/KEE għandu jkun emendat b’mod konformi ma’ l-Anness ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1996, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 4(1) u 7 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE.

2. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1997 għal vetturi ta’ klassi I u b’effett mill-1 ta’ Jannar 1998 għal vetturi ta’ klassijiet II u III, l-Istati Membri ma jistgħux aktar jagħtu:

- approvazzjoni KE tat-tip skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew

- approvazzjoni nazzjonali tat-tip, sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE jiġu msejħa,

għal tip ta’ vettura għal raġunijiet marbuta mat-tniġġis ta’ l-arja minn emissjonijiet ta’ magni, jekk tonqos milli tħares id-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata minn din d-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru1997 għal vetturi ta’ klassi I u b’effett mill-1 ta’ Ottubru 1998 għal vetturi ta’ klassijiet II u III, l-Istati Membri għandhom:

- jqisu ċertifikati ta’ konformità li jkunu flimkien ma’ vetturi ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva; u

- jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ma jkollhomx ċertifikat ta’ konformità skond id-Direttiva 70/156/KEE, ħlief fejn id-dispożizzjonijiet ta’ Artiklolu 8 (2) tad-Direttiva 70/156/KEE huma msejħa,

għal raġunijiet marbuta mat-tniġġis ta’ l-arja minn emissjonijiet ta’ magni, jekk il-kondizzjonijiet meħtieġa tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jitħarsux.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi ta’ taxxa biss fir-rigward ta’ vetturi bil-mutur li jħarsu id-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva. Inċentivi bħal dawn għandhom iħarsu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat u jissoddisfaw dawn il-kondizzjonijiet:

- għandhom jkunu validi għal vetturi ġodda kollha għal bejgħ fis-suq ta’ xi Stat Membru li jħarsu minn qabel ir-rekwiżiti tad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,

- għandhom jiefqu fid-dati preskritti fl-Artikolu 2(3) għall-applikazzjoni mandatorja ta’ valuri ta’ emissjonijiet għal vetturi ġodda bil-mutur,

- għal kull tip ta’ vettura bil-mutur għandhom jkunu għal ammont aktar baxx mill-ispiża addizzjonali tal-mezzi tekniċi mdaħħla biex tiżgura konformità mal-valuri preskritti u l-istallazzjoni tagħhom fuq il-vettura.

Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar kull pjan sabiex tistitwixxi jew tibdel l-inċentivi ta’ taxxa msemmija fl-ewwel paragrafu fi żmien xieraq biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha.

L-Artikolu 4

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu taħt il-kondizzjonijiet preskritti fit-Trattat, għandhom jiddeċidu sal-31 ta’ Diċembru 1997 dwar proposti, li għandhom isiru mill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 1996, għal stadju ieħor fit-tnaqqis, bl-adozzjoni ta’ miżuri Komunitarji, ta’ tniġġis ta’ arja minnħabba emissjoni minn vetturi bil-mutur koperti minn din id-Direttiva. Il-miżuri għandhom japplikaw mis-sena 2000.

F’dawn il-proposti, l-Kummissjoni għandha ssegwi l-approċċ deskritt fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/12/KE.

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Ottubru 1996. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu flimkien ma’ referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din it-tip ta’ referenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Ottubru 1996.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

K. Hänsch

Għall-Kunsill

Il-President

P. Rabbitte

[1] ĠU Nu C 390, tal-31.12.1994, p. 26u ĠU C 19, tat-23.1.1996, p. 13.

[2] ĠU Nu C 201, tas-26.7.1993, p. 9.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-20 ta’ Settembru 1995 (ĠU C 269, tas-16.10.1995, p.82), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1995 (ĠU C 37, tad-9.2.1996, p. 23) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Mejju 1996 (ĠU C 152, tas-27.5.1996, p. 44).

[4] ĠU Nu C 112, ta’ l-20.12.1973, p. 1.

[5] ĠU Nu C 138, tas-17.5.1993, p. 1.

[6] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 94/12/KE (ĠU L 100,tad-19.4.1994, p. 42).

[7] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE (ĠU L 266, tat-8.11.1995, p. 1).

[8] ĠU L 159, tal-15.6.1974, p. 61.

[9] ĠU L 32, tat-3.2.1977, p. 32.

[10] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 48.

[11] ĠU L 197, ta’ l-20.7.1983, p. 1.

[12] ĠU L 36, tad-9.2.1988, p. 1.

[13] ĠU L 214, tas-6.8.1988, p. 1.

[14] ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 1.

[15] ĠU L 242, tat-30.8.1991, p. 1.

[16] ĠU L 186, tat-28.7.1993, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Emendi għall-Anness tad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata bid-Direttiva 93/59/KEE

It-tabella f’Sezzjoni 5.3.1.4 hija mibdula b’dan li ġej:

Il-Kategorija/il-klassi tal-vettura | Il-valuri tal-limitu |

Il-massa ta’ referenza | RW | (kg) Il-massa tal-carbon monoxide L1 | (g/km) Il-massa kkumbinata ta’ l-idrokarbuni u ta’ l-ossidji tan-nitrogenu L2 | (g/km) Il-massa tal-partikolati L3 | (g/km) Il-Kategorija Il-Klassi |

Il-Petrol | Id-Diesel | Il-Petrol | Id-Diesel [1] | Id-Diesel [1] |

M [2] | — | kollha | 2,2 | 1,0 | 0,5 | 0,7 | 0,08 |

N1 [3] | I | RW ≤ 1250 | 2,2 | 1,0 | 0,5 | 0,7 | 0,08 |

II | 1250 < RW ≤ 1700 | 4,0 | 1,25 | 0,6 | 1,0 | 0,12 |

III | 1700 < RW | 5,0 | 1,5 | 0,7 | 1,2 | 0,17 |

[1] Sat-30 ta’ Settembru 1999, għal vetturi li jkollhom magni tad-diżil tat-tip ta’ injezzjoni diretta, il-limiti tal-valuri L2 u L3 huma li ġejjin:

[2] Ħlief:

- vetturi ddiżinjati biex iġorru iktar minn sitt okkupanti inkluż ix-xufier

- vetturi li l-massa massima tagħhom teċċedi l-2500 kg.

[3] U dawk li l-vetturi tal-kategorija M li huma speċifikati fin-nota f’qiegħ il-paġna (2).

--------------------------------------------------

Top