EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986D0277

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja transkonfini f'distanza kbira dwar l-iffinanzjar fit-tul tal-programm ta' koperazzjoni li jimmonitorja u jevalwa t-trasmissjoni f'distanza kbira ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP)

OJ L 181, 4.7.1986, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 011 P. 273 - 273
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 011 P. 273 - 273
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 015 P. 281 - 281
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 015 P. 281 - 281
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 015 P. 281 - 281
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 015 P. 281 - 281
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 015 P. 281 - 281
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 015 P. 281 - 281
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 015 P. 281 - 281
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 015 P. 281 - 281
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 015 P. 281 - 281
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 004 P. 160 - 160
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 004 P. 160 - 160
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 057 P. 3 - 3

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1986/277/oj

Related international agreement

31986D0277



Official Journal L 181 , 04/07/1986 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0273
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0273


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-12 ta' Ġunju 1986

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja transkonfini f'distanza kbira dwar l-iffinanzjar fit-tul tal-programm ta' koperazzjoni li jimmonitorja u jevalwa t-trasmissjoni f'distanza kbira ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP)

(86/277/KEE)

THE COUNCIL OF THE EUROPEAN COMMUNITIES,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi, bid-Deċiżjoni 81/462/KEE [3], il-Komunità approvat il-Konvenzjoni dwar it-tniġġis ta' l-arja fuq firxa wiesgħa li taqsam il-konfini;

Billi l-programm ta' koperazzjoni biex jimmonitorja u jevalwa t-tixrid fuq firxa wiesgħa ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP), li għandu jkun implimentat skond il-Konvenzjoni, huwa l-mezz prinċipali biex tinkiseb l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet mitfugħa u possibbilment trasmessi minn fruntiera nazzjonali għal oħra;

Billi, fl-24 ta' Mejju 1984, il-Kummissjoni kienet awtorizzata tipparteċipa, f'isem il-Komunità, fin-negozjati dwar il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-finanzjar fit-tul tal-EMEP;

Billi n-negozjati ntlaħqu fl-adozzjoni tat-test finali tal-Protokoll u fid-determinazzjoni ta' formula dwar qsim ta' l-ispejjeż għall-EMEP;

Billi, kif awtorizzata mill-Kunsill fil-25 ta' Settembru 1984, il-Protokoll kien iffirmat mill-Komunità fit-28 ta' Settembru 1984 fit-tieni laqgħa tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja transkonfini f'distanza kbira dwar l-iffinanzjar fit-tul tal-programm ta' koperazzjoni li jimmonitorja u jevalwa t-trasmissjoni f'distanza kbira ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP) huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test ta' dan il-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-att ta' approvazzjoni li jipprovdi għalih l-Artikolu 9 tal-Protokoll.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-12 ta' Ġunju 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Winsemius

[1] ĠU C 321, tat-13.12.1985, pġ. 5.

[2] ĠU C 88, ta' l-14.4.1986, pġ. 109.

[3] ĠU L 171, tas-27.6.1981, pġ. 11.

--------------------------------------------------

Top