EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21992A0408(01)

Ftehim qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Levantina ta' l-Urugwaj

OJ L 94, 8.4.1992, p. 2–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 018 P. 169 - 179
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 018 P. 169 - 179
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 018 P. 169 - 179
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 018 P. 169 - 179
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 018 P. 169 - 179
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 018 P. 169 - 179
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 018 P. 169 - 179
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 018 P. 169 - 179
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 018 P. 169 - 179
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 007 P. 139 - 149
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 007 P. 139 - 149
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 054 P. 67 - 77

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1992/205/oj

Related Council decision

21992A0408(01)



Official Journal L 094 , 08/04/1992 P. 0002 - 0012


Ftehim qafas għall-koperazzjoni

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Levantina ta' l-Urugwaj

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

mill-parti l-waħda,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA LEVANTINA TA' L-URUGWAJ,

mill-parti l-oħra,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-rabtiet tradizzjonali ta' ħbiberija bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejħa "il-Komunità"', u r-Repubblika Levantina ta' l-Urugwaj, minn issa ‘l quddiem imsejħa "l-Urugwaj",

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza li huma jagħtu lill-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-valuri demokratiċi u lill-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW illi, f'dawn l-aħħar snin, il-Komunità żviluppat strateġija ġdida għall-koperazzjoni ma' l-Amerika Latina mħejjija b'mod speċjali sabiex taħfen il-problemi ta' l-Amerika Latina u r-reġjuni varji tagħha,

KONXJI mill-fatt illi l-Ftehim bħal issa fis-seħħ bejn il-Komunità u l-Urugwaj imur lura għas-sena 1973 u ma jipprovdix qafas legali approprjat sabiex jiżviluppa b'mod iktar estensiv il-koperazzjoni ekonomika iktar fil-fond li tikkomprendi l-istrumenti kollha ddisinjati sabiex jimplimentaw l-istrateġija l-ġdida,

FILWAQT LI JQISU l-interess reċiproku tagħhom li jistabbilixxu rabtiet kontrattwali ġodda sabiex jiżviluppaw koperazoni estensiva fiż-żoni li huma ta' imporetanza strateġika għall-progress soċjali u ekonomiku, u li jżidu u jiddiversifikaw il-kummerċ u jinkoraġġixu l-fluss ta' l-investimenti,

FILWAQT LI JQISU l-interess taż-żewġ Partijiet li jtejbu l-i standard tal-għixien u l-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjonijiet rispettivi tagħhom,

KONXJI mis-sitwazzjoni partikolari ta' l-Urugwaj bħala pajjiż li qiegħed jiżviluppa li huwa vulnerabbli bis-sħiħ għall-fluttwazzjoniiet perjodiċi ta' l-ekonomija internazzjonali u għall-influwenzi tal-madwar tiegħu, u l-istruttura produttiva u esportattiva partikolari li hija waħda mill-karatteristiċi tiegħu f'dan l-istadju ta' l-iżvilupp ekonomiku tiegħu,

FILWAQT LI JAGĦRFU l-interess taż-żewġ Partijiet li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u li jinkorporawh bis-sħiħ fil-politika kollha ta' l-iżvilupp.

KONXJI mill-importanza li jiżguraw il-parteċipazzjoni fil-koperazzjoni ta' l-individwi u tal-korpi b'interess dirett fil-materja, b'mod partikolari l-operaturi ekonomiċi u l-korpi li jirrappreżentawhom,

FILWAQT LI JQISU l-istatus tagħhom bħala Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) u dwar il-ħtieġa li jinżammu fil-għoli u jiġu mtejba r-regoli għal kummerċ internazzjonali ħieles u mingħajr tfixkil,

BILLI l-Urugwaj qiegħed jaħdem fuq proċess ta' integrazzjoni reġjonli ma' l-Arġentina, il-Brażil u l-Paragwaj u billi għandha tiġi żviluppata koperazzjoni ekwivalenti u paragunabbli ma' dan il-grupp ta' pajjiżi sabiex jappoġġa l-proċess ta' l-integrazzjoni,

WARA LI KKUNSIDRA l-linji gwida Komunitarji ġodda għall-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' l-Amerika Latina u Asjatiċi li qegħdin jiżviluppaw,

WARA LI KKUNSIDRAW id-dikjarazzjni ta' Ruma tal-20 ta' Diċembru 1990 u d-Dikjarazzjoni tal-Lussemburgu tas-27 ta' April 1991 mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi tal-Grupp ta' Rio,

IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim u għal dan il-għan innominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom:

IL-KUNSILL tal-Komunitajiet Ewropej:

Piet Dankert,

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' l-Olanda,

President fil-Kariga tal-Kunsill,

Abel Matutes,

Membru tal-Kummissjoni,

IR-REPUBBLIKA LEVANTINA TA' L-URUGWAJ:

Hector Gros Espiell,

Il-Ministu ta' l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Levantina ta' l-Urugwaj,

LI, wara li skambjaw il-poteri sħaħ tagħhom, misjuba fil-għamla tajba u mistħoqqa,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-bażi demokratiku għall-koperazzjoni

Ir-rabtiet ta' koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Urugwaj u d-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim huma msejsa fuq ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li jispiraw il-politiki domestiċi u internazzjonali kemm tal-Komunità u kemm ta' l-Urugwaj.

Artikolu 2

L-iżvilupp tar-relazzjonijiet reċiproċi

Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jippromwovu b'kull mezz possibbli l-iżvilupp tar-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom u huma riżoluti li jiżviluppaw il-koperazzjoni tagħhom dwar il-kummerċ, l-investiment, il-finanzi u t-teknoloġija, fost sferi oħra. Għal dan il-fini l-Partijiet għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċjali ta' l-Urugwaj bħala pajjiż li qiegħed jiżviluppa u l-arranġamenti varji li ġew konklużi jew li jistgħu jiġu konklużi bejniethom.

Artikolu 3

Il-koperazzjoni ekonomika

1. Il-Partijiet Kontraenti, filwaqt li jqisu l-intress reċiproku tagħhom u l-għanijiet ekonomiċi fuq interessi fit-tul u medji, intrabtu sabiex jistabbilixxu l-koperazzjoni ekonomika fl-iktar skop wiesa' possibbli. Il-għanijiet ta' din il-koperazzjoni għandhom ikunu b'mod partikolari:

(a) li b'mod ġenerali jżidu u jiddiversifikaw ir-rabtiet ekonomiċi ta' bejniethom;

(b) li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli ta' l-ekonomiji tagħhom u ta' l-i standards tal-għixien;

(ċ) li jagħmlu użu minn għejjun ġodda tal-forniment u swieq ġodda;

(d) li jinkoraġġixxu l-fluss ta' l-investiment u t-trasaferiment tat-teknoloġija;

(e) li jippomwovu l-koperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar u dawk ta' daqs medju;

(f) li joħolqu impjiegi ġodda fis-setturi l-iktar żvantaġġati;

(g) li jipproteġu u jtejbu l-ambjent;

(h) li jinkoraġġixxu l-iżvilupp rurali inkluża żieda fil-produzzjoni agrikola u ta' l-ikel;

(i) li jappoġġaw il-proċess ta' l-integrazzjoni tas-suq komuni tas-sud (il-Mercosur);

(j) li jippromwovu l-iżvilupp taż-żoni depressi ta' mal-fruntieri.

2. Mingħajr ma tiġi eskluża l-ebda żona mill-bidu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni l-isferi li jridu jiġu koperti bil-koperazzjoni ekonomika. Il-koperazzjoni għandha tiċċentra b'mod partikolari fuq dan li ġej:

(a) l-enerġija u t-tħaffir tal-minjieri;

(b) l-agrikoltura, is-sajd u l-forestrija;

(ċ) il-ġestjoni tar-riżorsi naturali;

(d) l-industrija, b'mod speċjali l-oġġetti kapitali u l-industriji l-oħra konnessi mas-setturi riferiti fil-(a) u fil-(b) u s-servizzi ta' sostenn ukoll;

(e) l-affarijiet ekonomiċi u monetarji;

(f) is-servizzi, inklużi s-servizzi finanzjarji, tal-banek u ta' l-assigurazzjoni;

(g) it-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, it-telematika, it-turiżmu u industriji oħra terzjarji;

(h) il-proprjetà intellettwali u industrijali;

(i) l-i standards, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kontroll tal-kwalità.

3. Il-għamliet tal-koperazzjoni

Fl-interess li jinkisbu l-għanijiet tal-koperazzjoni ekonomika, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu sforzi sabiex jippromwovu attivitajiet li jinkludu dawn li ġejjin:

(a) l-iskambju ma jaqta' qatt tat-tagħrif, primarjament billi jiksbu aċċess għad-databases eżistenti jew billi jiġu stabbiliti oħrajn ġodda;

(b) l-istabbiliment ta' intrapriżi konġunti;

(ċ) il-konklużjoni tal-ftehimijiet tal-liċenzar u l-ftehimijiet tat-trasferiment tal-kompetenza teknika, is-sub-kuntratti u r-rappreżentazzjoni;

(d) il-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(e) il-konklużjoni tal-konvenzjonijiet bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Urugwaj sabiex tiġi pprevenuta t-tassazzjoni doppja;

(f) żjajjar, laqgħat u attivitajiet li jippromwovu l-koperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tad-ditti u l-organizzazzjonijiet ekonomiċi, u l-istabbiliment tal-makkinjarju u l-istituzzjonijiet approprjati;

(g) l-organizzazzjoni ta' seminars u ġimgħat tan-negozju, l-arranġament ta' fieri speċjalizzati, esibizzjonijiet u simposia;

(h) l-inkoraġġiment tan-negozji minn Parti Kontraenti sabiex jieħdu parti fil-fieri u l-esibizjonijiet fil-Parti l-oħra;

(i) il-ħolqien ta' networks ta' l-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari ta' l-industrijalisti;

(j) il-promozzjoni tal-konsulenza u s-servizzi ta' assistenza teknika, b'mod partikolari fl-isfera tal-promozzjoni tal-kummerċ u l-marketing.

Artikolu 4

Il-koperazzoni agrikola

1. Il-Komunità u l-Urugwaj jintrabtu li jistabbilixxu l-koperazzjoni fil-biedja. Il-koperazzjoni msemmija trid tiffoka b'mod partikolari fuq:

(a) l-iskop li jiġu żviluppati flussi tal-kummerċ reċiproku fil-prodotti agrikoli;

(b) miżuri dwar is-saħħa u s-saħħa tal-pjanti, u l-konsegwenzi ta' dawn il-miżuri, li ma għandhomx ifixklu l-kummerċ imma għandhom iqisu l-interessi taż-żewġ Partijiet Kontraenti f'termini ta' leġislazzjoni ambjentali, dwar is-saħħa tal-pjanti u veterinarja.

Għal dan il-fini, jistgħu jinżammu konsultazzjonijiet bejn l-esperti approprjati tal-Partijiet Kontraenti.

2. Il-Komunità trid tipparteċipa fl-isforzi ta' l-Urugwaj biex jiddiversifika l-esportazzjonijiet agrikoli tiegħu.

Artikolu 5

Il-koperazzjoni industrijali

1. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jippromwovu t-twessigħ u d-diversifikazzjoni tal-bażi tal-produzzjoni ta' l-Urugwaj fis-setturi industrijali u tas-servizzi. Għal dan il-fini għandhom jiddirieġu l-attivitajiet tagħhom ta' koperazzjoni lejn l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju b'mod partikolari sabiex jinkoraġġixxu passi sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-għejjun tal-kapital, is-swieq u t-teknoloġija approprjata u għandhom jippromwovu l-attivitajiet ta' l-intrapriżi konġunti imħejjija b'mod partikolari lejn is-swieq ta' pajjiżi oħra. Din il-koperazzjoni tista' tinkludi li jiġu stabbiliti l-makkinarju u istituzzjonijiet xierqa.

2. Il-Partiiet Kontraenti jaqblu li jeżminaw manjieri kif jagħtu impetu konġunt lill-proġetti mmirati lejn l-organizzazzjoni mill-ġdid industrijali sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni bla xkiel ta' l-Urugwaj fis-suq komuni tan-nofsinhar.

Artikolu 6

Il-koperazzoni li tirrigwarda l-ambjent

1. Il-Partijiet Kontraenti jindaħlu li jikkoperw dwar il-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent, bil-ħsieb li jsolvu l-problemi assoċjati ma' l-ilma, il-ħamrija u l-arja, it-tniġġiż, l-erożjoni, id-deżertifikazzjoni u d-deforestazzjoni, l-isfruttament iżżejjed tar-riżorsi naturali u l-kobor tal-bliet. Għandom ukoll inkoraġġixxu l-konsrvazzjoni produttiva tal-foresti u l-flora u l-fawna akwatika.

2. Għal dan il-fini, il-Partijiet Kontrnti għandhom jiddirieġu l-isforzi tagħhom lejn dan li ġej b'mod partikolari:

(a) li jiġu stabbiliti u msaħħa l-istrutturi tal-protezzjoni ambjentali fis-settur pubbliku u dak privat;

(b) li jiġu żviluppati u mtejba l-liġijiet, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

(ċ) ir-riċerka, it-taħriġ u t-tagħrif u li tissejjaħ l-attenzjoni ta' l-opinjoni pubblika dwar il-kwistjonijiet fil-kwistjoni;

(d) li jwettqu studji u proġetti u jfornu l-assistenza teknika;

(e) li jorganizzaw laqgħat, seminars, workshops, konferenzi u viżti ta' uffiċjali fis-servizz ċivili, speċjalisti, inġiniera, negozjanti u oħrajn li jwettqu funzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent;

(f) li jiskambjaw it-tagħrif u l-esperjenza dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw kwistjonijiet ambjentali maġġuri ta' importanza globali;

(g) li jiżviluppaw programmi u proġetti ta' studji u riċerka interessati fid-diżastri u l-prevenzjoni tad-diżastri.

3. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jiżviluppaw il-koperazzjoni li tirrigwarda l-aspetti kollha tar-riżorsi ta' l-ilma, inklużi r-riċerka u l-applikazzjoni tat-teknoloġija konnessi mal-ġestjoni, l-użu u l-konservazzjoni tar-riżorsi ta' l-ilma.

Artikolu 7

L-Investiment

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu:

(a) li jippromwovu, safejn jippermettu l-poteri, ir-regoli u r-regolamenti tagħhom, żieda fl-investiment ta' benefiċċju reċiproku,

(b) li jtejbu l-klima favorevoli għall-investiment reċiproku bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Urugwaj, b'mod partikolari permezz ta' ftehimijiet dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni ta' dan l-investiment imsejsa fuq il-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni u r-reċiproċità.

Artikolu 8

Il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

1. Skond l-interess reċiproku tagħhom u l-għanijiet ta' l-istrateġija tagħhom ta' l-iżvilupp, il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jippromwovu l-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija, fl-interess li jgħinu:

(a) li jagħmluha eħfef għax-xjenzati li jieħdu sehem fl-iskambji u li jivvjaġġaw lejn u mill-Komunità u l-Urugwaj;

(b) li jistabbilixxu rabtiet permanenti bejn il-komunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi taż-żewġ Partijiet;

(ċ) li jkabbru t-trasferiment tat-teknoloġija;

(d) li joħolqu rabtiet bejn iċ-ċentri tar-tiċerka taż-żewġ Partijiet sabiex isolvu b'mod konġunt il-problemi ta' interess reċiproku;

(e) li joħolqu opportunitajiet għall-koperazzjoni ekonomika, industrijali u kummerċjali;

(f) li jsaħħu l-kapaċità xjentifika u teknoloġika u jistimulaw l-innovazzjoni.

2. Mingħajr ma tiġi eskluża l-ebda żona mill-bidu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni l-isferi li jridu jiġu koperti bil-koperazzjoni ekonomika. Il-koperazzjoni għandha b'mod partikolari tinkludi dan li ġej:

(a) ir-riċerka xjentifika u teknoloġika ta' livell għoli, notabbilment fl-oqsma bħall-bijo-teknoloġija, materjali ġodda, il-mikro-elettronika, il-proċessar ta' l-informazzjoni u t-telekomunikazzonijiet;

(b) it-titjib tal-kapaċità tar-riċerka fiż-żoni fejn tinsab nieqsa;

(ċ) il-politika ta' l-iżvilupp u l-ġestjoni tax-xjenza u t-teknoloġija;

(g) il-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent;

(e) l-użu effiċjenti tar-riżorsi naturali;

(f) l-integrazzjoni u l-koperazzjoni reġjonali fix-xjenza u t-teknoloġija;

(g) it-tixrid tat-tagħrif u tal-kompetenza fix-xjenza u t-teknoloġija;

(h) l-iżvilupp teknoloġiku fl-isferi tal-biedja, l-agro-industrija u x-xjenza marina;

(i) ir-rabtiet bejn l-edukazzjoni għolja u l-istabbilimenti tar-riċerka u s-settur produttiv.

3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiffaċilitaw u jinkorġġixxu miżuri mmirati li jiksbu l-għanijiet tal-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejniethom b'mod partikolari:

(a) proġetti konġunti tar-riċerka bejn iċ-ċentri tar-riċerka u istituzzjonijiet oħra approprjati tal-Partijiet;

(b) it-taħriġ tax-xjenzati, b'mod partikolari fil-għamla ta' perjodi taż-żmien ta' riċerka fiċ-ċentri tar-riċerka tal-Parti Kontraenti l-oħra;

(ċ) l-iskambju tat-tagħrif xjentifiku, b'mod partikolari fil-għamla ta' seminars, laqgħat tax-xogħol u konferenzi organizzati konġuntement, li jlaqqgħu flimkien ix-xjenzati miż-żewġ Partijiet.

4. Il-Partijiet Kontraenti jindaħlu li jistabbilixxu l-proċeduri approprjati sabiex iwasslu għall-parteċipazzjoni l-iktar wiesgħa possibbli tax-xjenzati u taċ-ċentri tr-riċerka tagħhom bejniethom.

Artikolu 9

Il-promozzjoni tal-kummerċ

Il-Partijiet Kontraenti jindaħlu li jiżviluppaw u jiddiversifikaw il-flussi tal-kummerċ sa l-ogħla livell possibbli, filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni ekonomika ta' kull waħda mill-Parijiet u jikkonċedu lil xulxin l-aqwa faċilitajiet possibbli.

Artikolu 10

It-trattament ta' pajjiż l-iktar iffavorit

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta' pajjiż l-iktar iffavorit fil-kummerċ, skond il-Ftehim Ġenerali dwr it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT).

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rieda tagħhom li jagħmlu l-kummerċ bejniethom skond dan il-Ftehim.

Artikolu 11

L-importazzjoni temporanja ta' l-oġġetti

Il-Partijiet Kontraenti jindaħlu li jikkonċedu eżenzjonijiet mid-dazji u t-taxxi fuq oġġetti importati temporanjament fit-territorju tagħhom li jkunu koperti bil-ftehimijiet rilevanti internazzjonali u jkunu maħsuba għall-esportazzjoni mill-ġdid.

Artikolu 12

Il-koperzzjoni kummerċjali

1. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jeżaminaw modi u manjieri li jeliminaw l-ostakoli għall-kummerċ ta' bejnithom, b'mod partikolari l-ostakoli tan-nuqqas ta' tariffi, filwaqt li jqisu x-xogħol magħmul f'din il-konnessjoni mill-organizzazzjonijiet internazzjonali. Għandhom jżaminaw ukoll, fi spirtu kostruttiv, kemm b'mod bilaterali u kemm b'mod multi-laterali, kull diffikultà kunnerċjali li tista' tinħoloq bejniethom, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' miżuri dwar is-saħħa, is-saħħa tal-pjanti jew l-ambjent.

2. B'żieda ma' dan, il-Partijiet Kontraenti jikkommettu lilhom infushom, kull waħda skond il-liġijiet tagħha, għal poltikia mmirata, fost ħwejjeġ oħra:

(a) li tiffaċilita t-transazzjonijiet kummerċjali bejniethom sakemm possibbli;

(b) li tikkopera b'mod bilaterali jew multi-laterali bil-għan li jiġu solvuti problemi ta' interess konġunt, inklużi l-problemi li għandhom x'jaqsmu mal-proprjetà intellettwali u industrijli, id-denominazzjonijiet u l-oġġeti tal-kummerċ relatati ma' l-oriġini, is-semi-fabbrikazzjoni u l-prodotti lesti;

(ċ) li tiffaċilita l-kopeazzjoni bejn is-servizzi tad-dwana rispettivi tagħhom, b'mod partikolari rigward it-taħriġ vokazzjonali, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u l-kxif tal-kontravenzjonijiet;

(d) li tqis l-intressi ta' xulxin fejn jidħlu l-aċċess għar-riżorsi u l-proċessar ta' dawn ir-riżorsi;

(e) li tibni s-sisien sabiex jittejbu t-termini ta' l-aċċess għall-prodotti tagħhom fis-swieq rispettivi tagħhom;

(f) li tistabbilixxi kuntatti bejn l-opeaturi ekonomiċi sabiex jiddiversifikaw u jżidu l-fluss kummerċjali reċiproku;

(g) li teżamina u tagħmel rakkommandazzjonijiet dwar miżuri tal-promozzjoni kummerċjali fl-interess li jistimulaw l-iżvilupp ta' l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet;

(h) li tinkoraġġixxi u tappoġġja l-ħidmiet tal-promozzjoni kummerċjali bħalma huma seminars, simposia, fieri u esibizzjonijiet kummerċjali u industrijali, missjonijiet kummerċjali, żjajjar reċiproċi u attivitajiet oħra bla dawn;

(i) li tqis safejn u sakemm possibbli l-opinjoni tal-parti Kontraenti l-oħra dwar miżuri li x'aktarx ikollhom effett negattiv fuq il-kummerċ ta' bejniethom.

3. Għal dan il-fini, meta l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet hekk jiddeċiedu, il-Komunità tista' tappoġġja wħud mill-attivitajiet ta' promozzjoni kummerċjali pprovduti f'dan l-Artikolu, inkluż it-twettiq ta' studji dwar is-swieq fuq prodotti Urugwajani ta' interess.

Artikolu 13

Il-koperazzjoni fl-iżvilupp soċjali

1. Il-Partijiet Kontranti għandhom jistabbilixxu l-koperazzjoni fil-qasam ta' l-iżvilupp soċjali sabiex jittejbu l-i standard tal-għixien u l-kwalità tal-ħajja tas-sezzjonijiet l-inqas ipprivileġġjati tas-soċjeta.

2. L-azzjoni sabiex jinkiseb dan il-għan jistgħu jinkludu, fost ħwejjeġ oħra, sostenn għall-attivitajiet li ġejjin, b'mod speċjali fil-għamla ta' assistenza teknika:

(a) il-ġestjoni u l-amministrazzjoni tas-servizzi soċjali;

(b) it-taħriġ vokazzjonali u l-programmi tal-ħolqien tax-xogħol;

(ċ) li jiġu stabbiliti organizzazzjonijiet ta' tisħiħ u li jiġu promossi l-attivitajiet tagħhom;

(d) programmi jew proġetti li jtejbu l-kondizznjonijiet tad-djar f'żoni urbani u rurali;

(e) il-kontroll ta' l-abbuż mid-drogi u kampanji ta' tagħrif.

Artikolu 14

Il-koperazzjoni fis-saħħa pubblika

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jikkoperaw fis-saħħa pubblika u għal dan il-fini jindaħlu li jiżviluppaw ir-riċerka konġunta, it-trasferiment tat-teknoloġija, l-iskambju ta' l-esperjenzi u ta' l-assistenza teknika, inklużi b'mod partikolari miżuri konnessi ma' dan li ġej:

(a) il-ġestjoni u l-amministrazzjoni tad-dipartimenti relevanti;

(b) l-arranġament ta' laqgħat bejn ix-xjenzati u l-iskambju ta' l-ispeċjalisti;

(ċ) l-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ vokazzjonali;

(d) l-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti li jtejbu s-saħħa u l-ġid komuni fiż-żoni urbani u rurali.

Artikolu 15

Il-koperazzjoni li tirrigwarda s-servizz tal-gvern

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw fil-kontribut għar-razzjonalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tas-serizz tal-gvern fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

2. Sabiex jinkisbu dawn il-għanijit, il-Partijiet Kontraenti għandhom jippomwovu, fost ħwejjeġ oħra, l-attivitajiet li ġejjin:

(a) il-provediment ta' assistenza teknika għall-proġetti mmirati li jirriformaw jew itejbu l-ħidma tas-servizz tal-gvern;

(b) laqgħat, żjajjar, skambji, seminars u korsijiet tat-taħriġ għall-uffiċjali fis-servizz ċivili u l-persunal ta' istituzzjonijiet pubbliċi u dipartimenti governattivi.

Artikolu 16

Il-koperazzjoni dwar it-tagħrif, il-komunikazzjoni u l-kultura

Il-Partijiet Kontraenti jindaħlu li jidħlu konġuntament għal attivitajiet fl-oqsma tat-tagħrif, tal-komunikazzjoni u tal-kultura sabiex jippromwovu u jintensiifikaw ir-rabtiet kulturali li diġà jeżistu bejn il-Partijiet.

Dawn l-attivitjiet għandhom jinkludu b'mod partikolari:

(a) l-iskambju tat-tagħrif dwar suġġetti ta' interess reċiproku;

(b) studji ta' tħejjija u assistenza teknika għall-priservazzjoni tal-wirt kulturali,

(ċ) l-organizzazzjoni ta' okkażjonijiet kulturali;

(d) skambji kulturali u akkademiċi;

(e) it-traduzzjoni ta' xogħlijiet letterarji.

Artikolu 17

Il-koperazzjoni fit-turiżmu

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippromwovu, kull waħda skond il-liġijiet tagħha, il-koperazzjoni fit-turiżmu permezz ta' miżuri speċifiċi, inklużi b'mod partikolari:

(a) l-iskambju ta' l-uffiċjali u ta' l-esperti kif ukoll tat-tagħrif u t-teknoloġija;

(b) l-iżvilupp ta' l-attivitjiet li jistimulaw it-traffiku turistiku;

(ċ) sostenn għat-taħriġ fil-ġestjoni u l-amministrazzjoni tal-lukandi;

(d) il-parteċipazzjoni fil-fieri u l-esibizzjoniiet immirati li jinkoraġġixxu t-traffiku turistiku.

Artikolu 18

It-taħriġ

1. L-attivitajiet ta' koperazzjoni kondotti ġewwa l-qafas tal-Ftehim għandhom jinkludu aspetti approprjati ta' taħriġ. Madankollu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiftiehmu wkoll dwar programmi speċifiċi ta' taħriġ fiż-żoni ta' interess komuni.

2. Din l-azzjoni tat-taħriġ għandha l-ewwel u qabel kollox tkun immirata lejn l-instructors, l-għalliema u l-persunal f'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fid-ditti, fid-dipartimenti tal-gvern, fis-servizzi pubbliċi u f'żoni oħra ta' attivita’ ekonomika u soċjali. Tista' tinkludi l-promozzjoni ta' ftehimijiet ta' koperazzjoni bejn l-istabbilimenti tal-Partijiet, b'mod partikolari dawk fis-setturi tat-taħriġ tekniku, xjentifiku u vokazzjonali.

3. Il-koperazzjoni għandha tikkomprendi wkoll miżuri sabiex jiġi żviluppat it-taħriġ tal-pesonal tas-sorveljanza li jkollu pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fil-proċessi ta' l-integrazzjoni reġjonali u sub-reġjonali.

Artikolu 19

Il-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali

1. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tista' testendi għal azzjoni midħula għaliha fil-kuntest tal-ftehimijiet ta' koperazzjoni jew ta' l-integrazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-istess reġjun, sakemm din l-azzjoni tkun kompatibbli ma' dawn il-ftehimijiet.

2. Mingħajr ma tiġi skartata l-ebda sfera minn qabel, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom jingħataw konsiderazzjon partikolari:

(a) il-koperazzjoni rigward kwistjoniet ambjentali fil-livell reġjonali;

(b) l-iżvilupp tal-kummerċ intra-reġjonali;

(ċ) it-tisħiħ ta' l-istitituzzjonijiet reġjonali fis-settur pubbliku u dak privat u appoġġ għall-politiki u l-attivitajiet komuni;

(d) il-komunikazzonijiet reġjonali, b'mod partikolari t-trasport bix-xmajjar;

(e) il-koperazzjoni f'materji tas-saħħa u tas-saħħa tal-pjanti fil-livelli reġjonali u sub-reġjonali;

(f) it-trasferiment ta' l-esperjenza Komunitarja fl-integrazzjoni fil-livelli reġjonali u sub-reġjonali.

Artikolu 20

Ir-riżorsi għall-impenn tal-koperazzjoni

Sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet iddikjarati f'dan il-ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu diponibbli, ġewwa l-limiti tal-kapaċitajiet tagħhom u permezz tal-kanali tagħhom infushom, ir-riżorsi approprjati, inklużi r-riżorsi finanzjarji.

Artikolu 21

Il-Kumitat Konġunt tal-Koperazzjoni

1. Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt tal-Koperazzjoni, li jkun jikkonsisti mir-rappreżentanti tal-Komunità u ta' l-Urugwaj. Għandu jiltaqa' darba fis-sena, darba fi Brussel u darba f'Montevideo, f'data u bl-aġenda ffissati bi ftehim reċiproku. Bil-kunsens taż-żewġ Partijiet, jistgħu jiġu msejħa laqgħat straordinarji.

2. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura l-funzjonament xieraq tal-Ftehim u għandu jeżamina l-kwistjonijiet kollha li jinħolqu mill-applikazzjoni tiegħu. Fit-twettiq tar-rwol tiegħu, il-funzjonijiet ewliena tiegħu jridu jkunu:

(a) li jikkunsidra miżuri għall-iżvilupp u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ, skond il-għanijiet ta' dan il-Ftehim;

(b) li jiskambja veduti fuq kull punt ta' interess komuni li jirrigwarda l-kummerċ u l-koperazzjoni, inklużi miżuri ġejjiena u l-mezzi disponibbli sabiex jidħlu fis-seħħ;

(ċ) li jagħmel rakkommandazzjonijiet sabiex jippromwovi t-tkabbir tal-kummerċ u għal koperazzjoni intensifikata, filwaqt li jqis il-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-miżuri ppjanifikati;

(d) f'termini ġenerali, jirrakkommanda soluzzjonijiet immirati li jiksbu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

3. Il-Kumitat konġunt jista' jwaqqaf sub-kumitati u gruppi tax-xogħol speċjalizzati sabiex jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu.

Artikolu 22

Ftehimijiet oħra

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, la dan il-Ftehim u lanqas ebda azzjoni meħuda taħtu ma għandhom b'xi mod jaffettwaw il-poteri ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet li jindaħlu għal attivitajiet bilaterali ma' l-Urugwaj fil-qasam tal-koperazzjoni ekonomika jew li jikkonkludu, meta approprjat, ftehimijiet ġodda ta' koperazzjoni ekonomika ma' l-Urugwaj.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 li jirrigwardaw il-koperazzjoni ekonomika, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu post il-ftehimijiet konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunitajiet u l-Urugwaj, meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu jew inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, jew identiċi miegħu.

Artikolu 23

L-applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, mill-banda l-waħda, għat-territorji li fihom jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Trattat u, mill-banda l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika Levantina ta' l-Urugwaj.

Artikolu 24

Żviluppi fil-ġejjieni

1. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jwessgħu dan il-Ftrehim b' kunsens reċiproku bil-ħsieb li jżidu l-livelli tal-koperazzjoni u jissupplimentawhom permezz, kull wieħed minnhom skond il-liġijiet tagħha, permezz ta' ftehimijiet dwar setturi jew attivitajiet speċifiċi.

2. Rigward l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet Kontraenti jistgħu jressqu suġġerimenti sabiex iwessgħu l-iskop tal-koperazzjoni, filwaqt li jqisu l-esperjenza miksuba fit-twettiq tiegħu.

Artikolu 25

Id-Dħul fis-seħħ u t-tul taż-żmien

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw waħda lill-oħra bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

2. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu taż-żmien ta' ħames snin. Għandu jiġi mġedded fuq il-bażi ta' kull sena għajr jekk waħda mill-Partijiet Kontraenti tiddenunzjah sitt xhur qabel id-data ta' l-iskadenza.

Artikolu 26

Annessi

L-Annessi għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 27

L-ilsna awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mfassal f'kopji doppji fil-lsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portuġiż u Spanjol, b'kull wieħed mit-testi awtentiku ndaqs.

EN FE DE LO CUAL, los plenipotenciarios abajo firmantes suscriben el presente Acuerdo marco.TIL BEKRÆFTELSE HERAF har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne rammeaftale.ZU URKUND DESSEN haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Rahmenabkommen gesetzt.ΕΙΣ ΠΙΣΤΩΣΗ ΤΩΝ ΑΝΩΤΕΡΩ, οι υπογεγραμμένοι πληρεξούσιοι έθεσαν τις υπογραφές τους στη παρούσα συμφωνία-πλαίσιο.IN WITNESS WHEREOF the undersigned Plenipotentiaries have signed this Framework Agreement.EN FOI DE QUOI, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leurs signatures au bas du présent accord-cadre.IN FEDE DI CHE, i plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo quadro.TEN BLIJKE WAARVAN de ondergetekende gevolmachtigden hun handtekening onder deze Kaderovereenkomst hebben gesteld.EM FÉ DO QUE, os plenipotenciários abaixo assinados apuseram as suas assinaturas no final do presente acordo-quadro.

Hecho en Bruselas, el cuatro de noviembre de mil novecientos noventa y uno.Udfærdiget i Bruxelles, den fjerde november nitten hundrede og enoghalvfems.Geschehen zu Brüssel am vierten November neunzehnhunderteinundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τέσσερις Νοεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα ένα.Done at Brussels on the fourth day of November in the year one thousand nine hundred and ninety-one.Fait à Bruxelles, le quatre novembre mil neuf cent quatre-vingt-onze.Fatto a Bruxelles, addì quattro novembre millenovecentonovantuno.Gedaan te Brussel, de vierde november negentienhonderd eenennegentig.Feito em Bruxelas, em quatro de Novembro de mil novecentos e noventa e um.

Por el Consejo de las Comunidades EuropeasFor Rådet for De Europæiske FællesskaberFür den Rat der Europäischen GemeinschaftenΓια το Συμβούλιο των Ευρωπαϊκών ΚοινοτήτωνFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad van de Europese GemeenschappenPelo Conselho das Comunidades Europeias

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República Oriental del UruguayFor regeringen for Den Østlige Republik UruguayFür die Regierung der Republik Östlich des UruguayΓια την κυβέρνηση της Ανατολικής Δημοκρατίας της ΟυρουγουάηςFor the Government of the Eastern Republic of UruguayPour le gouvernement de la république orientale de l'UruguayPer il governo della Repubblica orientale dell'UruguayVoor de Regering van de Republiek ten Oosten van de UruguayPelo Governo da República Oriental do Uruguai

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

L-Iskambju ta' l-Ittri Dwar it-Trasport Marittimu

Ittra Nru 1

Sinjur,

Inkunu obbligati lejk jekk inti tikkonferma illi l-Gvern tiegħek jaqbel dwar dan li ġej:

Meta kien iffirmat il-Ftehim dwar il-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Urugwaj, il-Partijiet indaħlu li jindirizzaw fil-manjiera approprjata l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasport bil-baħar, b'mod partikolari meta jista' jiġi mfixkel l-iżvilupp tal-kummerċ. Iridu jiġu mfittxija soluzzjonijiet sodisfaċenti b'mod reċiproku, filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa u ġusta fuq bażi kummerċjali.

Bl-istess mod ġie miftiehem illi dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu diskussi wkoll fil-Kumitat Konġunt.

Jekk jogħbok, Sinjur, aċċetta l-ogħla stima tagħna.

F'isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Ittra Nru 2

Sinjur,

Għandi l-unur li nirrikonoxxi l-irċevuta tal-Gvern tiegħek u nikkonferma illi l-Gvern tiegħi jaqbel ma' dan li ġej:

"Meta kien iffirmat il-Ftehim dwar il-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Urugwaj, il-Partijiet indaħlu li jindirizzaw fil-manjiera approprjata l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasport bil-baħar, b'mod partikolari meta jista' jiġi mfixkel l-iżvilupp tal-kummerċ. Iridu jiġu mfittxija soluzzjonijiet sodisfaċenti b'mod reċiproku, filwaqt li jiġi osservat il-prinċiju tal-kompetizzjoni ħielsa u ġusta fuq bażi kummerċjali.

Bl-istess mod ġie miftiehem illi dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu diskussi wkoll fil-Kumitat Konġunt.'"

Għall-Gvern tar-Repubblika Levantinata' l-Urugwaj

--------------------------------------------------

ANNESS II

ID-DIKJARAZZJONI UNILATERALI MILL-KOMUNITÀ DWAR IL-GSP

Il-Komunità Ekonomika Ewropea hawnhekk tikkonferma l-importanza li tagħti lis-sistema ġgeneralizzata tal-preferenzi,stabbilita bir-Riżoluzzjoni Nru 21(II) tat-tieni Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp.

Il-Komunità Ewropea hija mħejjija li teżamina kull suġġeriment miġjub lilha mill-Urugwaj sabiex tgħin lil dan il-pajjiż li jagħmel l-aħjar użu u l-iktar wiesa' possibbli ta' l-iskema ġġeneralizzata tal-preferenzi li l-Komunità implimentat skond ir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq.

Sabiex jiġi żgurat illi l-uffiċjali u l-operaturi ekonomiċi Urugwajani jkunu jafu aħjar bl-iskema Komunitarja, il-Kummissjoni trid tirranġa seminars ta' tagħrif fl-Urugwaj.

--------------------------------------------------

Top