EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12007L/TXTR(09)

Procès–verbal ta' Rettifika tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iffirmat f'Lisbona fit- 13 ta' Diċembru 2007 ( ĠU C 306, 17.12.2007 )

OJ C 378, 23.12.2011, p. 3–3 (BG, CS, DA, IT, MT, PL, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis/corrigendum/2011-12-23/3/oj

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/3


PROCÈS–VERBAL TA' RETTIFIKA

tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iffirmat f'Lisbona fit-13 ta' Diċembru 2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 306, tas-17 ta' Diċembru 2007 )

2011/C 378/02

Din ir-rettifika saret permezz ta' Procès-verbal ta' Rettifika li ġie ffirmat f'Ruma, fit-2 ta’ Diċembru 2011, bil-Gvern tar-Repubblika Taljana bħala depożitarju.

1.

Emendi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Paġna 114, Artikolu 2, punt 236)

Flok:

“Artikolu 249 C

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha tad-dritt nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-atti ta' l-Unjoni legalment vinkolanti.

2.   Meta jkun hemm bżonn ta' kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' l-atti ta' l-Unjoni legalment vinkolanti, dawn l-atti jistgħu jagħtu l-kompetenzi ta' implimentazzjoni lill-Kummmissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b'mod xieraq u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 11 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu minn qabel irregoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-miżuri ta' kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju talkompetenzi ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

4.   Il-kelma ‘implimentazzjoni’ għandha tiddaħħal fl-atti ta' l-implimentazzjoni.”,

Aqra:

“Artikolu 249 C

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha tad-dritt nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-atti ta' l-Unjoni legalment vinkolanti.

2.   Meta jkun hemm bżonn ta' kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' l-atti ta' l-Unjoni legalment vinkolanti, dawn l-atti jistgħu jagħtu s-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummmissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b'mod xieraq u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 11 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu minn qabel ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

4.   Il-kelma ‘implimentazzjoni’ għandha tiddaħħal fl-atti ta' l-implimentazzjoni.”;

2.

Att Finali

Paġna 262, A. Dikjarazzjonijiet dwar dispożizzjonijiet tat-Trattati, 39. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 249 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Flok:

“Il-Konferenza tinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tibqa' tikkonsulta l-esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija ta' atti delegati fil-qasam tas-servizz finanzjarju skond il-prattika stabbilita tagħha.”,

Aqra:

“Il-Konferenza tinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tibqa' tikkonsulta l-esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija ta' abbozzi ta’ atti delegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, skond il-prattika stabbilita tagħha.”.


Top