EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0809-20200713

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/809/2020-07-13

02014R0809 — MT — 13.07.2020 — 008.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 809/2014

tas-17 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità

(ĠU L 227 31.7.2014, p. 69)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2333 tal-14 ta' Diċembru 2015

  L 329

1

15.12.2015

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1394 tas-16 ta' Awwissu 2016

  L 225

50

19.8.2016

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1172 tat-30 ta' Ġunju 2017

  L 170

87

1.7.2017

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1242 tal-10 ta' Lulju 2017

  L 178

4

11.7.2017

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/709 tal-14 ta' Mejju 2018

  L 119

29

15.5.2018

►M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/746 tat-18 ta' Mejju 2018

  L 125

1

22.5.2018

►M7

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/936 tas-6 ta' Ġunju 2019

  L 149

58

7.6.2019

►M8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1804 tat-28 ta’ Ottubru 2019

  L 276

12

29.10.2019

►M9

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1009 tal-10 ta’ Lulju 2020

  L 224

1

13.7.2020




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 809/2014

tas-17 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta ma’ dan li ġej:

(a) 

in-notifiki li l-Istati Membri jridu jagħmlu lill-Kummissjoni skont l-obbligi tagħhom li jħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b) 

il-verifiki amministrattivi u fuq il-post li l-Istati Membri jridu jagħmlu fir-rigward tal-ħarsien tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u obbligi oħrajn;

(c) 

il-livell minimu tal-verifiki fuq il-post u l-obbligu li jiżdied dak il-livell jew il-possibbiltà li jitnaqqas;

(d) 

ir-rappurtar tal-kontrolli u tal-verifiki mwettqin u tar-riżultati tagħhom;

(e) 

l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-verifiki għall-konformità, kif ukoll il-kontenut tat-tali verifiki;

(f) 

il-miżuri u l-metodi speċifiċi ta’ kontroll biex jiġu stabbiliti l-livelli tat-tetraidrokannabinol fil-qanneb;

(g) 

l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ sistema għall-verifika tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati għall-finijiet tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton;

(h) 

il-każijiet li fihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas jew kwalunkwe komunikazzjoni, pretensjoni jew talba oħra jistgħu jiġu kkoreġuti u aġġustati wara li jkunu tressqu;

(i) 

l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-irtirar parzjali jew totali tal-pagamenti;

(j) 

l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u pieni, kif ukoll ta’ drittijiet għall-pagamenti allokati bi żball u l-applikazzjoni tal-imgħax;

(k) 

l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi;

(l) 

l-identifikazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità bħala wieħed minuri;

(m) 

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għad-drittijiet għall-pagamenti, inkluża d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, ir-rekwiżiti dwar l-ammont minimu ta’ informazzjoni li trid tiddaħħal fl-applikazzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għall-emendar tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew għall-irtrar tagħhom, l-eżenzjoni mir-rekwiżit li jitressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u d-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw proċeduri ssimplifikati;

(n) 

it-twettiq ta’ verifiki sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi, u l-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għall-għajnuna jew fit-talba għall-ħlas, inklużi regoli dwar it-tolleranzi tal-kejl għall-verifiki fuq il-post;

(o) 

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-għanijiet tal-implimentazzjoni uniformi tal-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(p) 

it-trasferiment ta’ azjendi agrikoli;

(q) 

il-ħlas ta’ avvanzi;

(r) 

it-twettiq ta’ verifiki marbutin mal-obbligi tal-kundizzjonalità, inkluża l-kunsiderazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ bidwi fis-sistema konsultattiva tal-azjendi agrikoli u l-parteċipazzjoni tiegħu f’sistema ta’ ċertifikazzjoni;

(s) 

il-kalkolu u l-applikazzjoni ta’ pieni amministrattivi fir-rigward tal-obbligi tal-kundizzjonalità, fosthom fir-rigward ta’ benefiċjarji li jikkonsistu fi grupp ta’ persuni.

Artikolu 2

Skambju ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-applikazzjonijiet għall-appoġġ, it-talbiet għall-ħlas u dikjarazzjonijiet oħrajn

1.  Għall-għanijiet tal-amministrazzjoni tajba tal-iskemi ta’ għajnuna u tal-miżuri ta’ appoġġ u meta, fi Stat Membru wieħed, ikun hemm iktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda responsabbli għall-ġestjoni tal-pagamenti diretti u tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-rigward tal-istess benefiċjarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex, fejn rilevanti, jiżgura li l-informazzjoni mitluba fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, fl-applikazzjonijiet għall-appoġġ, fit-talbiet għall-ħlas jew f’dikjarazzjonijiet oħrajn titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti kollha involuti.

2.  Meta l-verifiki ma jsirux mill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li dik l-aġenzija tal-pagamenti tirċievi biżżejjed informazzjoni dwar il-verifiki mwettqin u dwar ir-riżultati tagħhom. Huwa f’idejn l-aġenzija tal-pagamenti li tiddefinixxi l-informazzjoni li hija għandha bżonn.

Artikolu 3

Irtirar tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ, tat-talbiet għall-ħlas u ta’ dikjarazzjonijiet oħrajn

1.  Applikazzjoni għall-għajnuna, applikazzjoni għall-appoġġ, talba għall-ħlas jew dikjarazzjoni oħra tista’ tiġi rtirata kollha, jew parti minnha, fi kwalunkwe waqt bil-miktub. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra dan l-irtirar.

Meta Stat Membru juża l-possibbiltajiet previsti fl-Artikolu 21(3), dak l-Istat Membru jista’ jipprevedi li n-notifiki fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali dwar il-fatt li annimal m’għadux fl-azjenda agrikola jistgħu jieħdu post l-irtirar bil-miktub.

2.  Meta l-awtorità kompetenti tkun diġà għarrfet lill-benefiċjarju dwar xi każ ta’ nuqqas ta’ konformità fid-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1, jew meta l-awtorità kompetenti tkun avżat lill-benefiċjarju li beħsiebha twettaq verifika fuq il-post, jew meta verifika fuq il-post tiżvela xi nuqqas ta’ konformità, l-irtirar ma għandux ikun awtorizzat għall-partijiet ta’ dawk id-dokumenti affettwati min-nuqqas ta’ konformità.

3.  L-irtirar skont il-paragrafu 1 għandu jreġġa’ lill-benefiċjarji lura fil-pożizzjoni li kienu fiha qabel ma ressqu d-dokumenti kkonċernati jew parti minnhom.

Artikolu 4

Korrezzjonijiet u aġġustamenti ta’ żbalji ovvji

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-applikazzjonijiet għall-appoġġ jew it-talbiet għall-ħlas u kwalunwke dokument ta’ sostenn ipprovdut mill-benefiċjarju jista’ jiġi kkoreġut u aġġustat fi kwalunkwe ħin wara li jitressaq fil-każ ta’ żbalji ovvji li l-awtorità kompetenti tkun irikonoxxiethom abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali tal-każ partikulari u dejjem jekk il-benefiċjarju jkun aġixxa f’bona fide.

L-awtorità kompetenti tista’ tirrikonoxxi l-iżbalji ovvji biss jekk dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment waqt verifika amministrattiva tal-informazzjoni mogħtija fid-dokumenti msemmija fl-ewwel sottoparagrafu.

Artikolu 5

Applikazzjoni ta’ tnaqqis, rifjuti, irtirar u pieni

Meta każ ta’ nuqqas ta’ konformità li huwa suġġett għall-applikazzjoni ta’ pieni skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 ( 1 ) ikun suġġett ukoll għal irtirar jew pieni skont il-Kapitoli III u IV tat-Titolu II, jew skont it-Titolu III ta’ dak ir-Regolament:

(a) 

it-tnaqqis, ir-rifjuti, l-irtirar jew il-pieni previsti fil-Kapitoli III u IV tat-Titolu II jew fit-Titolu III tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għandhom jiġu applikati għall-iskemi ta’ pagament dirett jew għall-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata;

(b) 

il-pieni stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għandhom jiġu applikati għall-ammont kollu ta’ pagamenti li jridu jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li ma jkunux suġġetti għat-tnaqqis, ir-rifjuti, l-irtirar jew il-pieni msemmijin fil-punt (a).

It-tnaqqis, ir-rifjuti, l-irtirar u l-pieni msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-pieni addizzjonali skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 6

Ordni tat-tnaqqis, tar-rifjuti, tal-irtirar u tal-pieni f’kull skema ta’ pagament dirett jew miżura tal-iżvilupp rurali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament li jrid jingħata lil benefiċjarju skont skema mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti skont dak ir-Regolament u skont il-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u l-gżejjer minuri tal-Eġew stabbiliti mir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 ( 2 ) u (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) rispettivament għall-iskemi ta’ appoġġ dirett ikkonċernati.

2.  Għal kull skema mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u għal kull miżura tal-iżvilupp rurali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata kif iddefinita fil-punt (6) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, it-tnaqqis, l-irtirar u l-pieni għandhom jiġu kkalkulati fl-ordni li ġejja, jekk dan ikun rilevanti:

(a) 

it-tnaqqis u l-pieni previsti fil-Kapitolu IV tat-Titolu II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, ħlief għall-pieni msemmijin fl-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu applikati għal kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità;

(b) 

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (a) għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu tar-rifjuti previsti fit-Titolu III tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(c) 

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (b) għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe tnaqqis li jrid jiġi applikat fil-każ ta’ tressiq tard skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(d) 

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (c) għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe tnaqqis li jrid jiġi applikat fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-ħbula raba’ skont l-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(e) 

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (d) għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu tal-irtirar previst fit-Titolu III tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(f) 

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (e) għandu jservi ta’ bażi għall-applikazzjoni:

(i) 

tat-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(ii) 

tat-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(iii) 

tat-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 65(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(iv) 

tat-tnaqqis lineari previst fl-Artikolu 65(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(v) 

tat-tnaqqis lineari li jrid jiġi applikat f’każ li l-pagamenti li jridu jsiru skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jaqbżu l-limitu massimu nazzjonali stabbilit skont l-Artikolu 42(2) ta’ dak ir-Regolament.46]

3.  L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 għandu jservi ta’ bażi:

(a) 

għall-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-pagamenti previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(b) 

għall-applikazzjoni tal-perċentwali ta’ tnaqqis lineari stabbilit skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(c) 

għall-applikazzjoni tar-rata ta’ aġġustament imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

4.  L-ammont tal-pagament li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandu jservi ta’ bażi għall-kalkolu ta’ kwalunkwe tnaqqis li jrid jiġi applikat għan-nuqqas ta’ ħarsien tal-kundizzjonalità skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

Artikolu 7

L-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

1.  Jekk isir pagament mhux dovut, il-benefiċjarju għandu jħallas lura l-ammont ikkonċernat, flimkien mal-imgħax ikkalkulat skont il-paragrafu 2, fejn dan ikun applikabbli.

2.  L-imgħaxijiet għandhom jiġu kkalkulati għall-perjodu li jgħaddi bejn id-data ta’ skadenza għall-pagament għall-benefiċjarju indikata fl-ordni ta’ rkupru, li ma għandhiex tkun stabbilita għal iktar minn 60 jum, u d-data tal-ħlas lura jew tat-tnaqqis.

Ir-rata tal-imgħax applikabbli għandha tiġi kkalkulata skont il-liġi nazzjonali, iżda ma għandhiex tkun inqas mir-rata tal-imgħax applikabbli għall-irkupru ta’ ammonti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

3.  L-obbligu ta’ ħlas lura msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-pagament ikun sar bi żball tal-awtorità kompetenti jew ta’ awtorità oħra u jekk il-benefiċjarju ma setax jinduna b’mod raġonevoli bl-iżball.

Madankollu, meta l-iżball ikun marbut ma’ elementi fattwali li huma rilevanti għall-kalkolu tal-pagament ikkonċernat, l-ewwel sottoparagrafu għandu japplika biss jekk id-deċiżjoni ta’ rkupru ma tkunx ġiet ikkomunikata fi żmien 12-il xahar mill-pagament.

Artikolu 8

Trasferiment ta’ azjendi agrikoli

1.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

“trasferiment ta’ azjenda agrikola” tfisser il-bejgħ jew il-lokazzjoni tal-unitajiet ta’ produzzjoni kkonċernati, jew kwalunkwe tip ta’ tranżazzjoni simili marbuta magħhom;

(b) 

“trasferitur” tfisser il-benefiċjarju li l-azjenda agrikola tiegħu tkun qed tiġi ttrasferita lil benefiċjarju ieħor;

(c) 

“destinatarju tat-trasferiment” tfisser il-benefiċjarju li lilu tkun qed tiġi ttrasferita l-azjenda agrikola.

2.  Meta azjenda agrikola tiġi ttrasferita kollha kemm hi mingħand benefiċjarju għal ieħor wara li titressaq applikazzjoni għall-għajnuna, applikazzjoni għall-appoġġ jew talba għall-ħlas u qabel ma jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-għoti tal-għajnuna jew tal-appoġġ, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna jew ma għandu jingħata l-ebda appoġġ lit-trasferitur fir-rigward tal-azjenda agrikola ttrasferita.

3.  L-għajnuna li t-trasferitur ikun applika għaliha jew il-ħlas li huwa jkun talab għandu jingħata lid-destinatarju tat-trasferiment meta:

(a) 

fi żmien perjodu li jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri, id-destinatarju tat-trasferiment jgħarraf lill-awtorità kompetenti bit-trasferiment u jitlob il-ħlas tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ;

(b) 

id-destinatarju tat-trasferiment jippreżenta l-provi kollha li l-awtorità kompetenti tkun teħtieġ;

(c) 

l-azjenda agrikola ttrasferita tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha għall-għoti tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ.

4.  Ladarba d-destinatarju tat-trasferiment jgħarraf lill-awtorità kompetenti u jitlob il-ħlas tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ skont il-paragrafu 3(a):

(a) 

id-drittijiet u l-obbligi kollha tat-trasferitur li jkunu ġejjin mir-relazzjoni legali li tkun inħolqot bejn dak it-trasferitur u l-awtorità kompetenti minħabba l-applikazzjoni għall-għajnuna, l-applikazzjoni għall-appoġġ jew it-talba għall-ħlas għandhom jaqgħu fuq id-destinatarju tat-trasferiment;

(b) 

l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-għoti tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ u d-dikjarazzjonijiet kollha li jkun għamel it-trasferitur qabel it-trasferiment għandhom jiġu attribwiti lid-destinatarju tat-trasferiment sabiex jiġu applikati r-regoli rilevanti tal-Unjoni;

(c) 

fejn ikun xieraq, l-azjenda agrikola ttrasferita għandha titqies bħala azjenda agrikola separata fir-rigward tas-sena tat-talba kkonċernata.

5.  Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-għajnuna u/jew l-appoġġ lit-trasferitur. F’dak il-każ:

(a) 

id-destinatarju tat-trasferiment ma għandu jingħata l-ebda għajnuna jew appoġġ;

(b) 

l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 mutatis mutandis.

Artikolu 9

Notifiki

1.  Kull sena, sal-15 ta’ Lulju, għall-iskemi kollha ta’ pagament dirett, il-miżuri kollha tal-iżvilupp rurali u l-iskemi kollha ta’ assistenza teknika u appoġġ fis-settur tal-inbid imsemmijin fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dejta ta’ kontroll u bl-istatistika ta’ kontroll għas-sena kalendarja ta’ qabel u, b’mod partikulari, b’dawn li ġejjin:

(a) 

id-dejta marbuta mal-benefiċjarji individwali f’termini tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u tat-talbiet għall-ħlas, iż-żoni u l-annimali ddikjarati u/jew li tkun saret talba għalihom u r-riżultati tal-verifiki amministrattivi, tal-verifiki fuq il-post u tal-verifiki ex-post;

(b) 

fejn ikun applikabbli, ir-riżultati tal-verifiki marbutin mal-kundizzjonalità, fosthom it-tnaqqis u l-esklużjonijiet rilevanti.

It-tali notifika għandha ssir b’mezzi elettroniċi, billi jintużaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trasferiment tad-dejta ta’ kontroll u tal-istatistika ta’ kontroll li l-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tagħhom.

2.  Sal-15 ta’ Lulju 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’rapport dwar l-għażliet li għamlu għall-kontroll tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità u l-korpi ta’ kontroll kompetenti li huma responsabbli għall-verifiki tar-rekwiżiti u l-istandards tal-kundizzjonalità. Il-modifiki sussegwenti tal-informazzjoni mogħtija f’dak ir-rapport għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien.

3.  Kull sena, sal-15 ta’ Lulju, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’rapport dwar il-miżuri li jkunu ħadu għall-amministrazzjoni u l-kontroll tal-appoġġ akkoppjat volontarju tul is-sena kalendarja ta’ qabel.

4.  Id-dejta kompjuterizzata stabbilita bħala parti mis-sistema integrata għandha tintuża biex tappoġġa l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni fil-kuntest tar-regoli settorjali.



TITOLU II

SISTEMA INTEGRATA TA’ AMMINISTRAZZJONI U KONTROLL



KAPITOLU I

Regoli ġenerali

▼M1

Artikolu 10

Ħlasijiet bil-quddiem għal pagamenti diretti

Meta Stat Membru jħallas bil-quddiem għal pagamenti diretti skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-rata ta' aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandhiex titqies għall-kalkolu ta' dawk il-ħlasijiet bil-quddiem.

Il-pagament tal-bilanċ li jrid jingħata lill-benefiċjarji mill-1 ta' Diċembru se jqis ir-rata ta' aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja applikabbli fis-sena rilevanti tat-talba għall-ammont totali ta' pagamenti diretti relatat ma' dik is-sena.

▼B



KAPITOLU II

Applikazzjonijiet għall-għajnuna u talbiet għall-ħlas



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 11

Simplifikazzjoni tal-proċeduri

1.  Ħlief kif stipulat mod ieħor fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013, fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 jew f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw jew jeħtieġu li kull tip ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament, kemm mill-benefiċjarju lill-awtoritajiet, kif ukoll viċeversa, issir b’mezzi elettroniċi, dejjem jekk dan ma jwassalx għal diskriminazzjoni bejn il-benefiċjarji u jekk jittieħdu l-miżuri x-xierqa biex ikun żgurat, b’mod partikulari, li:

(a) 

il-benefiċjarju jkun identifikat mingħajr ambigwità;

(b) 

il-benefiċjarju jikkonforma mar-rekwiżiti kollha skont l-iskema ta’ pagament dirett jew il-miżura tal-iżvilupp rurali kkonċernata;

(c) 

id-dejta trażmessa tkun affidabbli fid-dawl tal-ġestjoni t-tajba tal-iskema ta’ pagament dirett jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali kkonċernata; meta tintuża d-dejta tal-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali ddefinita fil-punt (9) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, dik il-bażi tad-dejta għandha toffri l-livell ta’ garanzija u implimentazzjoni meħtieġ għall-ġestjoni t-tajba tal-iskema ta’ pagament dirett jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali kkonċernata;

(d) 

meta d-dokumenti ta’ akkumpanjament ma jkunux jistgħu jintbagħtu b’mod elettroniku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu t-tali dokumenti fl-istess limiti taż-żmien previsti għad-dokumenti mibgħutin b’mezzi mhux elettroniċi.

2.  Fir-rigward tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, l-Istati Membri, bil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, jistgħu jipprevedu proċeduri ssimplifikati f’każijiet fejn l-awtoritajiet ikollhom diġà d-dejta għad-disponiżizzjoni tagħhom, b’mod partikulari meta s-sitwazzjoni ma tkunx inbidlet minn meta tkun tressqet l-aħħar applikazzjoni għall-għajnuna jew l-aħħar talba għall-ħlas fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament dirett jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali kkonċernata skont l-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw dejta li tkun ġejja mis-sorsi tad-dejta li l-awtoritajiet nazzjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għall-finijiet tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u tat-talbiet għall-ħlas. F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu jiżgura li dawk is-sorsi tad-dejta joffru l-livell ta’ garanzija meħtieġ għall-ġestjoni t-tajba tad-dejta sabiex ikunu żgurati l-affidabbiltà, l-integrità u s-sigurtà ta’ dik id-dejta.

3.  Meta jkun possibbli, l-awtorità kompetenti tista’ titlob l-informazzjoni meħtieġa fi kwalunkwe dokument ta’ sostenn li jrid jitressaq flimkien mal-applikazzjoni għall-għajnuna jew mat-talba għall-ħlas direttament mis-sors tal-informazzjoni.

▼M1

4.  Meta s-sistema integrata tipprevedi l-formola prestabbilita u l-materjal grafiku korrispondenti msemmija fl-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 permezz ta' interfaċċa bbażata fuq il-GIS, sabiex b'hekk tippermetti l-ipproċessar tad-dejta spazjali u alfanumerika tal-erjas iddikjarati (minn hawn 'il quddiem imsejħa “formola ta' applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta' strumenti ġeospazjali”), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jintroduċu sistema ta' verifiki reċiproċi preliminari (minn hawn 'il quddiem imsejħa “verifiki preliminari”), li minn tal-inqas tinkludi l-verifiki reċiproċi preliminari msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 29(1) ta' dan ir-Regolament. Ir-riżultati jiġu nnotifikati lill-benefiċjarju fi żmien 26 jum kalendarju wara d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjoni għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas imsemmija fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. Madankollu, meta dan il-perjodu ta' 26 jum kalendarju jkun jiskadi qabel id-data finali għan-notifika tal-emendi f'konformità mal-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament, ir-riżultati jiġu nnotifikati lill-benefiċjarju sa mhux iżjed tard mill-jum kalendarju ta' wara d-data finali għan-notifika tal-emendi tas-sena kkonċernata.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu kontrolli preliminari bħal dawn fil-livell reġjonali, diment li s-sistema li tuża l-formola ta' applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta' strumenti ġeospazjali tkun stabbilita fil-livell reġjonali.

5.  Meta l-benefiċjarju jkun grupp ta' persuni li japplikaw għall-appoġġ għal operazzjonijiet agroambjentali klimatiċi kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “entità kollettiva”), l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li jagħmel deroga mir-rekwiżit fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament li t-talba għall-ħlas irid ikun fiha it-tagħrif kollu neċessarju biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-appoġġ u deroga mir-restrizzjoni fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament li d-dejta rilevanti kollha għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja xierqa tal-appoġġ, trid titressaq sad-data finali tat-tressiq tat-talba għall-ħlas, billi tiddaħħal talba simplifikata annwali għall-ħlas (minn hawn 'il quddiem imsejħa “talba kollettiva”) li titressaq minn entità kollettiva.

L-Artikoli 2, 3, 4, 9, 11, 13, 15 u 16, 17(1) u (3) sa (9), u l-Artikoli 21, 24, 25, 27, 28, 29, 35, 38, 39, 40, 42, 43 u 45 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 4, 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 640/2014 japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tar-rekwiżiti partikolari stabbiliti għat-talba kollettiva.

Għall-entitajiet kollettivi, l-Istati Membri jinkludu deskrizzjoni tal-arranġamenti amministrattivi fil-programm tal-iżvilupp rurali.

▼B

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet ġenerali marbutin mal-applikazzjoni unika u mat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali

1.  Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li, skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-pagamenti diretti u t-talbiet għall-ħlas għall-miżuri tal-iżvilupp rurali jridu jkun koperti mill-applikazzjoni unika, l-Artikoli 20, 21 u 22 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rekwiżiti partikulari stabbiliti fid-dawl tal-applikazzjoni għall-għajnuna u/jew tat-talba għall-ħlas fil-kuntest ta’ dawk l-iskemi u l-miżuri.

2.  Benefiċjarju li japplika għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ fil-kuntest ta’ xi wieħed mill-pagamenti diretti relatati maż-żona jew ta’ xi waħda mill-miżuri tal-iżvilupp rurali jista’ jressaq applikazzjoni unika waħda biss fis-sena.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri x-xierqa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali.

Artikolu 13

Data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dati finali sa meta għandhom jitressqu l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas. Id-dati finali ma għandhomx ikunu iktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ kull sena. Madankollu, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jistabbilixxu data iktar tard minn hekk, li ma għandhiex taqbeż il-15 ta’ Ġunju.

Huma u jistabbilixxu d-dati finali, l-Istati Membri jridu jqisu l-perjodu meħtieġ sabiex id-dejta rilevanti kollha tkun disponibbli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja x-xierqa tal-għajnuna u/jew tal-appoġġ u għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu skedati verifiki effettivi.

2.  Skont il-proċedura msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, id-dati finali msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu stabbiliti f’data iktar tard f’ċerti żoni li huma suġġetti għal kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali.

Artikolu 14

Kontenut tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas

1.  L-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ, b’mod partikulari:

(a) 

l-identità tal-benefiċjarju;

(b) 

id-dettalji tal-iskemi ta’ pagament dirett u/jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali kkonċernati;

(c) 

l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti skont is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għall-finijiet tal-iskema tal-pagament bażiku;

(d) 

dettalji li jippermettu li jiġu identifikati mingħajr ambigwità l-ħbula raba’ kollha tal-azjenda agrikola, l-erja tagħhom mogħtija f’ettari sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali, il-post fejn jinsabu u, fejn ikun hemm bżonn, dettalji oħra dwar l-użu tal-ħbula raba’;

(e) 

fejn ikun applikabbli, dettalji li jippermettu li tiġi identifikata mingħajr ambigwità l-art mhux agrikola li għaliha jkun qed jintalab appoġġ fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali;

(f) 

fejn ikun xieraq, kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-iskema u/jew għall-miżura kkonċernata;

(g) 

dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju li huwa jaf x’inhuma l-kundizzjonijiet marbutin mal-iskemi ta’ pagament dirett u/jew mal-miżuri tal-iżvilupp rurali kkonċernati;

(h) 

fejn ikun applikabbli, indikazzjoni mill-benefiċjarju li huwa kopert mil-lista ta’ negozji jew attivitajiet mhux agrikoli msemmijin fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.  Sabiex jiġu identifikati d-drittijiet għall-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1(c), il-formoli prestabbiliti pprovduti lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom isemmu l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti skont is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

3.  Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan l-Artikolu u mill-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-drittijiet għall-pagamenti.

▼M8 —————

▼M1

Artikolu 14a

Talbiet kollettivi

1.  Meta Stat Membru juża l-għażla li jdaħħal talbiet kollettivi, l-Artikolu 14 ma japplikax fir-rigward ta' dawn it-talbiet kollettivi.

2.  L-entità kollettiva tressaq talba kollettiva waħda kull sena.

3.  It-talba kollettiva jkun fiha t-tagħrif kollu neċessarju biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-appoġġ, għajr it-tagħrif fir-rigward tal-impenji koperti mill-operazzjonijiet agroambjentali klimatiċi kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. B'mod partikolari, it-talba kollettiva tkun tinkludi:

(a) 

l-identità tal-entità kollettiva;

(b) 

l-identifikazzjoni unika ta' kull membru li jipparteċipa fl-entità kollettiva;

(c) 

referenza tal-applikazzjoni għall-appoġġ imressqa mill-entità kollettiva;

(d) 

id-dettalji dwar l-operazzjonijiet agroambjentali klimatiċi kkonċernati;

(e) 

id-dettalji li jippermettu li jiġu identifikati mingħajr ambigwità l-irqajja' agrikoli kollha tal-azjenda agrikola, l-erja tagħhom mogħtija f'ettari sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali, il-post fejn jinsabu u, meta jkunu rikjesti, iktar speċifikazzjonijiet dwar l-użu tal-irqajja' agrikoli;

(f) 

meta dan ikun applikabbli, id-dettalji li jippermettu li tiġi identifikata mingħajr ambigwità l-art mhux agrikola li għaliha jkun qed jintalab appoġġ skont il-miżuri tal-iżvilupp rurali;

(g) 

meta dan ikun xieraq, kwalunkwe dokument ta' prova li jkun meħtieġ biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-miżura kkonċernata.

(h) 

dikjarazzjoni mill-entità kollettiva li tiddikjara li l-membri li jipparteċipaw huma konxji mill-kundizzjonijiet fir-rigward tal-miżuri tal-iżvilupp rurali inkwistjoni u tal-konsegwenzi finanzjarji f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità.

Meta l-applikazzjoni għall-appoġġ imressqa mill-entità kollettiva jkun fiha t-tagħrif imsemmi fil-punti (b), (d) u (h) tal-ewwel sottoparagrafu, dak it-tagħrif jista' jiġi sostitwit b'referenza għal dik l-applikazzjoni għall-appoġġ.

4.  B'deroga mill-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-talba kollettiva jkun fiha d-dettalji kollha fir-rigward tal-impenji koperti mill-operazzjonijiet agroambjentali klimatiċi.

5.  L-entità kollettiva tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar kull impenn kopert mill-operazzjonijiet agroambjentali klimatiċi sa mhux iżjed tard minn 14-il jum kalendarju qabel ma jittieħed l-impenn. L-Istati Membri jipprevedu l-proċeduri xierqa għal din in-notifika.

Meta d-dettalji fir-rigward tal-impenji koperti mill-operazzjonijiet agroambjentali klimatiċi jkunu fit-talba kollettiva f'konformità mal-paragrafu 4, l-impenji ma hemmx għalfejn jiġu nnotifikati skont l-ewwel sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu, sakemm ma sseħħx bidla fit-tip, fil-ħin jew fil-post tal-impenn.

▼M8

Artikolu 15

Emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas

1.  Wara d-data finali ta’ tressiq tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas, fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas jistgħu jiżdiedu jew jiġu rranġati l-ħbula raba’ individwali jew id-drittijiet individwali għall-pagamenti, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti tal-iskemi ta’ pagament dirett jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali kkonċernati.

Bl-istess kundizzjonijiet jistgħu jsiru wkoll bidliet marbutin mal-użu tal-iskema ta’ pagament dirett jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali għall-ħbula raba’ individwali jew għad-drittijiet għall-pagamenti li jkunu diġà ġew iddikjarati fl-applikazzjoni unika.

Meta l-emendi msemmijin fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi jkunu jaffettwaw id-dokumenti ta’ sostenn jew il-kuntratti li jridu jitressqu, it-tali dokumenti jew kuntratti jistgħu jiġu emendati kif xieraq.

1a.  Meta benefiċjarju jkun ġie nnotifikat dwar ir-riżultati tal-verifiki preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 11(4), dak il-benefiċjarju jista’ jemenda l-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas sabiex jinkludi l-korrezzjonijiet neċessarji kollha b’rabta mal-irqajja’ individwali skont ir-riżultati ta’ dawk il-kontroverifiki fejn dawn ikunu indikaw potenzjal ta’ nuqqas ta’ konformità.

1b.  Meta jitwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 40a u l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkomunikaw ir-riżultati provviżorji fil-livell tal-irqajja’ kif imsemmi fl-Artikolu 40a(1)(d), il-benefiċjarji jistgħu jemendaw l-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas f’dak li għandu x’jaqsam mal-aġġustament jew mal-użu tal-ħbula raba’ individwali ċċekkjati permezz tal-monitoraġġ, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti tal-iskemi ta’ pagament dirett jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali kkonċernati. Id-drittijiet individwali għall-pagamenti jistgħu jiżdiedu f’każijiet fejn l-emenda tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas twassal għal żieda fiż-żona ddikjarata.

2.  L-emendi li jsiru skont l-ewwel u t-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sal-31 ta’ Mejju tas-sena kkonċernata, ħlief fil-każ tal-Estonja, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja, fejn għandhom jiġu nnotifikati sal-15 ta’ Ġunju tas-sena kkonċernata.

B’deroga mill-ewwel sottoparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data finali iktar bikrija għan-notifika tat-tali emendi. Madankollu, dik id-data għandha tkun tal-inqas 15-il jum kalendarju wara d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas stabbilita skont l-Artikolu 13(1).

B’deroga mill-ewwel u mit-tieni sottoparagrafi, f’ċirkustanzi ġġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-benefiċjarju jemenda l-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas b’rabta mal-użu tal-ħbula raba’ ddikjarati għall-finijiet tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew tal-pagament skont in-Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 f’data iktar tard, dejjem jekk dan ma jpoġġix lill-benefiċjarju f’pożizzjoni iktar favorevoli f’dak li għandu x’jaqsam mal-issodisfar tal-obbligi tiegħu abbażi tal-applikazzjoni inizjali. F’dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu data finali għan-notifika ta’ dawn l-emendi lill-awtorità kompetenti.

It-tali notifiki għandhom isiru bil-miktub jew permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta’ strumenti ġeospazjali.

2a.  L-emendi li jsiru wara l-verifiki preliminari skont il-paragrafu 1a għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sa mhux iktar tard minn disat ijiem kalendarji wara d-data finali għan-notifika tar-riżultati tal-verifiki preliminari msemmijin fl-Artikolu 11(4) lill-benefiċjarju.

It-tali notifiki għandhom isiru bil-miktub jew permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta’ strumenti ġeospazjali.

2b.  L-emendi li jsiru wara l-komunikazzjoni tar-riżultati provviżorji fil-livell tal-irqajja’ kif imsemmi fl-Artikolu 40a(1)(d) skont il-paragrafu 1b għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sad-data stabbilita minn dik l-awtorità kompetenti fil-livell tal-iskema tal-għajnuna, tal-miżura ta’ appoġġ jew tat-tip ta’ operazzjoni. Id-data għandha tkun tal-inqas 15-il jum kalendarju qabel id-data meta jrid isir il-ħlas tal-ewwel ħlas parzjali jew tal-ħlasijiet bil-quddiem skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

It-tali notifiki għandhom isiru bil-miktub jew permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta’ strumenti ġeospazjali.

3.  Meta l-awtorità kompetenti tkun diġà għarrfet lill-benefiċjarju dwar xi każ ta’ nuqqas ta’ konformità fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas, jew meta hija tkun avżat lill-benefiċjarju li beħsiebha twettaq verifika fuq il-post, jew meta verifika fuq il-post tiżvela xi nuqqas ta’ konformità, l-emendi skont il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu awtorizzati għall-ħbula raba’ affettwati min-nuqqas ta’ konformità.

Għall-finijiet tal-ewwel sottoparagrafu, l-obbligu previst fl-Artikolu 40a(1)(d) ma għandux jitqies bħala avviż lill-benefiċjarju tal-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li twettaq verifika fuq il-post.

▼B

Artikolu 16

Korrezzjoni tal-formoli prestabbiliti

Meta l-benefiċjarju jressaq il-formola tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjoni għall-għajnuna u/jew tat-talba għall-ħlas, huwa għandu jikkoreġi l-formola prestabbilita msemmija fl-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jekk ikunu seħħew xi emendi, b’mod partikulari xi trasferimenti tad-drittijiet għall-pagamenti skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jew jekk xi informazzjoni mogħtija fil-formoli prestabbiliti tkun żbaljata.



Taqsima 2

Applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona u talbiet għall-ħlas għall-miżuri ta’ appoġġ relatati maż-żona

Artikolu 17

Rekwiżiti speċifiċi marbutin mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona u mat-talbiet għall-ħlas għall-miżuri ta’ appoġġ relatati maż-żona

▼M1

1.  Għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-irqajja' agrikoli kollha fl-azjenda agrikola u/jew tal-art mhux agrikola kif imsemmi fl-Artikolu 14(1)(d) u (e), l-awtorità kompetenti tagħti l-formola ta' applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta' strumenti ġeospazjali lill-benefiċjarju.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika kif ġej:

(a) 

mis-sena tat-talba tal-2016, għal għadd ta’ benefiċjarji li jikkorrispondi għal dak meħtieġ biex tkun koperta tal-inqas 25 % taż-żona totali stabbilita għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fis-sena ta’ qabel;

(b) 

mis-sena tat-talba tal-2017, għal għadd ta’ benefiċjarji li jikkorrispondi għal dak meħtieġ biex tkun koperta tal-inqas 75 % taż-żona totali stabbilita għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fis-sena ta’ qabel;

(c) 

mis-sena tat-talba tal-2018, għall-benefiċjarji kollha.

3.  Meta l-benefiċjarju ma jkunx f’pożizzjoni jressaq l-applikazzjoni għall-għajnuna u/jew it-talba għall-ħlas billi juża l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażata fuq strumenti ġeospazjali, l-awtorità kompetenti tista’ tagħtih:

(a) 

jew l-assistenza teknika meħtieġa; jew

(b) 

il-formoli prestabbiliti u l-materjal grafiku korrispondenti stampat fuq il-karti. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tikkopja l-informazzjoni li tirċievi mingħand il-benefiċjarju fil-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażata fuq strumenti ġeospazjali.

4.  Il-formoli prestabbiliti li l-benefiċjarju jingħata għandhom jispeċifikaw iż-żona massima eliġibbli għal kull ħabel referenzjali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 u ż-żona stabbilita fis-sena ta’ qabel għal kull ħabel raba’ għall-għanijiet tal-iskema ta’ pagament bażiku, tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u/jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali relatata maż-żona.

Il-materjal grafiku li l-benefiċjarju jingħata skont l-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandu jindika l-fruntieri u l-identifikazzjoni unika tal-ħbula referenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 u l-fruntieri tal-ħbula raba’ stabbiliti fis-sena ta’ qabel sabiex il-benefiċjarju jkun jista’ jindika sewwa d-daqs u l-post ta’ kull ħabel raba’. Mis-sena tat-talba tal-2016 ‘il quddiem, dan il-materjal għandu jindika wkoll it-tip, id-daqs u l-post taż-żoni ta’ interess ekoloġiku stabbiliti fis-sena ta’ qabel.

5.  Il-benefiċjarju għandu jidentifika mingħajr ambigwità u jiddikjara ż-żona ta’ kull ħabel raba’ u, fejn ikun applikabbli, it-tip, id-daqs u l-post taż-żona ta’ interess ekoloġiku. Fir-rigward tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni, il-benefiċjarju għandu jispeċifika wkoll l-użu tal-ħbula raba’ ddikjarati.

Għal dan il-għan, il-benefiċjarju jista’ jikkonferma l-informazzjoni li tkun diġà mogħtija fil-formola prestabbilita. Madankollu, meta l-informazzjoni dwar iż-żona, il-post jew il-fruntiera tal-ħabel raba’ jew, fejn ikun applikabbli, dwar id-daqs u l-post taż-żoni ta’ interess ekoloġiku ma tkunx korretta jew ma tkunx kompluta, il-benefiċjarju għandu jikkoreġi l-formola prestabbilita jew jagħmel il-bidliet meħtieġa fiha.

Abbażi tal-korrezzjonijiet li l-benefiċjarju jagħmel fil-formola prestabbilita jew tal-informazzjoni supplimentari li huwa jagħti fiha, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk hemmx bżonn li jiġi aġġornat il-ħabel referenzjali korrispondenti, filwaqt li tqis l-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

6.  Meta l-benefiċjarju jkun qed iwettaq prattiki ekwivalenti skont l-Artikolu 43(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 permezz ta’ impenji meħudin skont l-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ( 4 ) jew l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-impenn għandu jiġi indikat fl-applikazzjoni għall-għajnuna b’referenza għat-talba għall-ħlas korrispondenti.

Meta l-benefiċjarju jkun qed iwettaq prattiki ekwivalenti permezz ta’ skemi nazzjonali jew reġjonali ta’ ċertifikazzjoni ambjentali skont l-Artikolu 43(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-formola prestabbilita u tad-dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju.

Għall-għanijiet tal-implimentazzjonijiet reġjonali jew kollettivi skont l-Artikolu 46(5) u 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u għall-parti mill-obbligi marbutin maż-żoni ta’ interess ekoloġiku li l-benefiċjarji jridu jissodisfaw b’mod individwali, il-benefiċjarji li jieħdu sehem fit-tali implimentazzjonijiet reġjonali jew kollettivi għandhom jidentifikaw mingħajr ambigwità u jiddikjaraw, għal kull ħabel raba’, it-tip, id-daqs u l-post taż-żona ta’ interess ekoloġiku skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Fl-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna jew fit-talba tagħhom għall-ħlas, il-benefiċjarji għandhom jirreferu għad-dikjarazzjoni ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva kif imsemmi fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament.

7.  Fil-każ taż-żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha:

(a) 

l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-ħbula raba’ li fihom ikun inżera’ l-qanneb, u indikazzjoni tal-varjetajiet ta’ żrieragħ użati;

(b) 

indikazzjoni tal-kwantitajiet ta’ żrieragħ użati (f’kilogrammi għal kull ettaru);

▼M5

(c) 

it-tikketti uffiċjali użati fuq il-pakketti taż-żrieragħ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE ( 5 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha, jew kwalunkwe dokument ieħor li l-Istat Membru jirrikonoxxih bħala ekwivalenti; jew, fil-każ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni ċċertifikati skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE ( 6 ), it-tikketti tal-fornitur jew l-avviż stampat jew ittimbrat użati fuq il-pakketti taż-żrieragħ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva.

▼M3

B'deroga mill-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu, meta ż-żrigħ iseħħ wara d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, it-tikketti għandhom jitressqu sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju. Madanakollu, għall-qanneb imkabbar bħala għalla intermedja, it-tikketti għandhom jiġu ppreżentati sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri iżda li ma tkunx aktar tard mill-1 ta' Settembru. F'każ li t-tikketti jkunu jridu jitressqu wkoll lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dawk it-tikketti jintbagħtu lura lill-benefiċjarju ladarba jkunu tressqu skont dak il-punt. Fuq it-tikketti mibgħutin lura għandu jiġi mmarkat li dawn intużaw għal applikazzjoni.

▼B

8.  Fil-każ tal-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha:

(a) 

isem il-varjetà taż-żerriegħa tal-qoton użata;

(b) 

fejn ikun xieraq, isem l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata li l-benefiċjarju huwa membru fiha u l-indirizz tagħha.

9.  Iż-żoni li ma jintużawx għall-għanijiet tal-iskemi tal-għajnuna previsti fit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew għall-iskemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jiġu ddikjarati taħt intestatura waħda jew iktar ta’ “użijiet oħrajn”.

Artikolu 18

Dikjarazzjoni ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva

Għal kull każ ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva skont l-Artikolu 46(5) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandha titressaq dikjarazzjoni ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva li tissupplimenta l-applikazzjoni għall-għajnuna jew it-talba għall-ħlas ta’ kull benefiċjarju li jkun qed jieħu sehem fiha.

Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kumplimentari neċessarja kollha biex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi marbutin mal-implimentazzjonijiet reġjonali jew kollettivi skont l-Artikolu 46(5) jew (6) ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikulari:

(a) 

l-identifikazzjoni unika ta’ kull benefiċjarju li jkun qed jieħu sehem fiha;

(b) 

il-perċentwali minimu li kull benefiċjarju li jkun qed jieħu sehem fiha jrid jilħaq b’mod individwali, kif imsemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 46(6) ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

l-erja totali tal-istrutturi li jinsabu biswit xulxin taż-żoni ta’ interess ekoloġiku li jinsabu maġenb xulxin kif imsemmi fl-Artikolu 46(5) ta’ dak ir-Regolament jew taż-żona komuni ta’ interess ekoloġiku kif imsemmi fl-Artikolu 46(6) ta’ dak ir-Regolament, li għaliha l-obbligi jiġu ssodisfati b’mod kollettiv;

(d) 

il-materjal grafiku prestabbilit li jindika l-fruntieri u l-identifikazzjoni unika tal-ħbula referenzjali li jrid jintuża biex jiġu identifikati mingħajr ambigwità l-istrutturi li jinsabu biswit xulxin taż-żoni ta’ interess ekoloġiku li jinsabu maġenb xulxin jew iż-żona komuni ta’ interess ekoloġiku u biex jiġu indikati l-fruntieri tagħhom.

Fil-każ tal-implimentazzjoni reġjonali, jekk il-pjan iddettaljat previst fl-Artikolu 46(6) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 ikun fih l-informazzjoni kollha mniżżla fit-tieni sottoparagrafu ta’ dan l-Artikolu, id-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tista’ tinbidel b’referenza għall-pjan.

Fil-każ tal-implimentazzjoni kollettiva, id-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu għandha tkun issupplimentata bi ftehim miktub previst fl-Artikolu 47(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014.

Artikolu 19

Applikazzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa ż-żgħar u l-irtirar minnha

1.  L-applikazzjonijiet imressqin fl-2015 għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa ż-żgħar imsemmija fl-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandu jkun fihom referenza għall-applikazzjoni unika li l-istess benefiċjarju jkun ressaq għas-sena tat-talba tal-2015 u, fejn ikun applikabbli, dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju li huwa jaf bil-kundizzjonijiet speċjali marbutin mal-iskema għall-bdiewa ż-żgħar previsti fl-Artikolu 64 ta’ dak ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu trid titressaq flimkien mal-applikazzjoni unika jew bħala parti minnha.

2.  Mis-sena tat-talba tal-2016 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-proċedura ta’ applikazzjoni ssimplifikata msemmija fl-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

3.  Il-formoli prestabbiliti li jridu jintużaw fil-proċedura tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitfasslu abbażi tal-informazzjoni mogħtija mal-applikazzjoni unika mressqa għas-sena tat-talba tal-2015 u għandu jkun fihom, b’mod partikulari:

(a) 

l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u, fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa biex jiġi kkonfermat li l-benefiċjarju għadu konformi mal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju li huwa jaf bil-kundizzjonijiet speċjali marbutin mal-iskema għall-bdiewa ż-żgħar previsti fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Meta l-Istati Membri jagħżlu li jużaw il-metodu tal-ħlas stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 mingħajr ma japplikaw it-tielet sottoparagrafu tiegħu, b’deroga mill-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-formoli prestabbiliti għandhom jingħataw skont it-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu.

4.  Il-benefiċjarji li jagħżlu li jirtiraw mill-iskema għall-bdiewa ż-żgħar f’sena li tiġi wara l-2015 skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew l-Artikolu 62(2) ta’ dak ir-Regolament għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti bl-irtirar tagħhom skont il-modalitajiet implimentati mill-Istati Membri.



Taqsima 3

Applikazzjonijiet oħrajn

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna

Jekk ikollu żona agrikola għad-dispożizzjoni tiegħu, benefiċjarju li ma japplikax għall-għajnuna fil-kuntest ta’ xi waħda mill-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona iżda japplika għall-għajnuna fil-kuntest ta’ skema oħra mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew għal skemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jiddikjara dawk iż-żoni fil-formola tiegħu ta’ applikazzjoni għall-għajnuna skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

Benefiċjarju li huwa suġġett għall-obbligi tal-kundizzjonalità biss skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jiddikjara, fil-formola tiegħu ta’ applikazzjoni għall-għajnuna, iż-żoni li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu għal kull sena kalendarja li fiha japplikaw dawk l-obbligi.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-benefiċjarji mill-obbligi previsti fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi meta l-informazzjoni kkonċernata titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest ta’ sistemi oħrajn ta’ amministrazzjoni u kontroll li jiżguraw il-kompatibbiltà mas-sistema integrata skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 21

Rekwiżiti marbutin mal-applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem u mat-talbiet għall-ħlas fil-kuntest ta’ miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali

1.  Applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem kif iddefinita fil-punt (15) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 jew talba għall-ħlas fil-kuntest ta’ miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali kif iddefinita fil-punt (14) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ, u b’mod partikulari:

(a) 

l-identità tal-benefiċjarju;

(b) 

referenza għall-applikazzjoni unika jekk din tkun diġà ġiet sottomessa;

(c) 

l-għadd ta’ annimali ta’ kull tip li għalihom tkun qed titressaq applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem jew talba għall-ħlas u, għall-annimali bovini, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali;

(d) 

fejn ikun applikabbli, impenn min-naħa tal-benefiċjarju li jżomm l-annimali msemmijin fil-punt (c) fl-azjenda agrikola tiegħu għal perjodu taż-żmien stabbilit mill-Istat Membru, u informazzjoni dwar il-post jew il-postijiet fejn ikunu se jinżammu l-annimali, inkluż il-perjodu kkonċernat;

(e) 

fejn ikun xieraq, kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-iskema jew għall-miżura kkonċernata;

(f) 

dikjarazzjoni min-naħa tal-benefiċjarju li huwa jaf bil-kundizzjonijiet marbutin mal-għajnuna u/jew mal-appoġġ ikkonċernat.

2.  Kull min irabbi l-annimali għandu jkollu d-dritt jikseb mingħand l-awtorità kompetenti, mingħajr restrizzjonijiet, f’intervalli raġonevoli u mingħajr dewmien żejjed, informazzjoni dwar id-dejta li jkun hemm fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali dwaru u dwar l-annimali tiegħu. Meta jkun qed iressaq l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna relatata mal-bhejjem jew it-talba għall-ħlas tiegħu, il-benefiċjarju għandu jiddikjara li d-dejta hija korretta u kompluta jewinkella jirranġa d-dejta li tkun żbaljata jew jimla d-dejta li tkun nieqsa.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċerti partijiet mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’hemmx bżonn jiddaħħlu fl-applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem jew fit-talba għall-ħlas meta dawn ikunu diġà ntbagħtu lill-awtorità kompetenti.

4.  L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu proċeduri li bihom id-dejta li tinsab fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali tista’ tintuża għall-għanijiet tal-applikazzjoni għall-għajnuna relatata mal-bhejjem jew tat-talba għall-ħlas, dejjem jekk il-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali toffri l-livell ta’ garanzija u implimentazzjoni meħtieġ għall-ġestjoni t-tajba tal-iskemi ta’ għajnuna jew tal-miżuri ta’ appoġġ ikkonċernati fil-livell tal-annimali individwali.

Il-proċeduri msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jkunu magħmulin minn sistema li biha benefiċjarju jista’ japplika għal għajnuna u/jew għal appoġġ għall-annimali kollha li, f’data stabbilita mill-Istat Membru jew matul perjodu stabbilit minnu, jkunu jikkwalifikaw għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ abbażi tad-dejta li jkun hemm fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali.

F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a) 

id-data msemmija fit-tieni sottoparagrafu jew il-perjodu msemmi fih ikunu identifikati biċ-ċar u magħrufin mill-benefiċjarju, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-iskema tal-għajnuna u/jew għall-miżura ta’ appoġġ ikkonċernata;

(b) 

il-benefiċjarju jaf li kwalunkwe annimal li huwa potenzjalment eliġibbli li jinstab li ma jkunx identifikat jew irreġistrat kif suppost fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali għandu jgħodd mal-annimali misjubin b’nuqqasijiet ta’ konformità kif imsemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

▼M4

4a.  Għal speċijiet b'ċiklu ta' produzzjoni qasir appoġġati skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri jistgħu, fin-nuqqas ta' bażi tad-dejta kompjuterizzata, jintroduċu proċeduri li bihom id-dejta li tinsab fiċ-ċertifikati tat-tbiċċir jew f'dokumenti ta' sostenn oħra tintuża għall-iskopijiet tat-talba għall-pagament għall-bhejjem. Dik id-dejta għandha toffri l-livell tal-assigurazzjoni u tal-implimentazzjoni meħtieġ għall-ġestjoni xierqa tal-miżura ta' appoġġ involuta fil-livell tal-annimali individwali.

Il-proċeduri msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jikkonsistu minn sistema li skontha benefiċjarju japplika għall-appoġġ fir-rigward tal-annimali kollha li, fid-data stabbilita mill-Istat Membru jew matul perjodu stabbilit minnu, ikunu jikkwalifikaw għall-appoġġ abbażi tad-dejta li tinsab fiċ-ċertifikati tat-tbiċċir jew f'dokumenti ta' sostenn oħra.

F'dak il-każ, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-miżura ta' appoġġ inkwistjoni, id-data jew il-perjodu msemmija fit-tieni sottoparagrafu jkunu identifikati u magħrufa sew mill-benefiċjarju.

▼B

5.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ċerti partijiet mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintbagħtu permezz ta’ korp jew korpi approvati minnhom, jew għandhom jintbagħtu permezz tagħhom. Madankollu, il-benefiċjarju għandu jibqa’ responsabbli għad-dejta mibgħuta.



Taqsima 4

Dispożizzjonijiet speċifiċi marbutin mad-drittijiet għall-pagamenti

Artikolu 22

Allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew żieda fil-valur tagħhom

1.  L-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew għal żieda fil-valur tagħhom fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament bażiku skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 24, l-Artikolu 30, ħlief għall-paragrafu 7(e), u l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jitressqu sa data li trid tiġi stabbilita mill-Istati Membri. Id-data stabbilita ma għandhiex tkun iktar tard mill-15 ta’ Mejju tas-sena kalendarja rilevanti.

Madankollu, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jistabbilixxu data iktar tard minn hekk, li ma għandhiex taqbeż il-15 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja rilevanti.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti għandha titressaq fl-istess żmien bħall-applikazzjoni għall-għajnuna fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament bażiku.

Artikolu 23

L-irkupru ta’ drittijiet għall-pagamenti allokati b’mod mhux dovut

1.  Meta jiġi stabbilit, wara li jkunu ġew allokati d-drittijiet għall-pagamenti lill-benefiċjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li l-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti allokat kien għoli wisq, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti li jkunu ġew allokati żejda għandu jitqiegħed lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali msemmijin fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Meta l-awtorità kompetenti jew awtorità oħra tkun għamlet l-iżball imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu u jekk il-benefiċjarju ma setax jinduna b’mod raġonevoli bl-iżball, il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti allokati għal dak il-benefiċjarju li jkun għad fadal għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

Meta, sadanittant, il-benefiċjarju kkonċernat mill-allokazzjoni ta’ għadd kbir wisq ta’ drittijiet għall-pagamenti jkun ittrasferixxa d-drittijiet għall-pagamenti lil benefiċjarji oħrajn, id-destinatarji tat-trasferiment għandhom ikunu marbutin bl-obbligu previst fl-ewwel sottoparagrafu wkoll, b’mod proporzjonat mal-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti li jkunu ġew ittrasferiti lilhom, jekk il-benefiċjarju li lilu jkunu ġew allokati fil-bidu d-drittijiet għall-pagamenti ma jkollux biżżejjed drittijiet għall-pagamenti għad-dispożizzjoni tiegħu biex ikopri l-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti allokati b’mod mhux dovut.

2.  Meta jiġi stabbilit, wara li d-drittijiet għall-pagamenti jkunu ġew allokati lill-benefiċjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li kienu għoljin wisq il-pagamenti li benefiċjarju rċieva għall-2014 kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 26(2) ta’ dak ir-Regolament, il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti li benefiċjarju kellu fid-data tat-tressiq tal-applikazzjoni tiegħu għall-2014 kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 26(3) ta’ dak ir-Regolament, il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagamenti kif imsemmi fl-Artikolu 26(5) ta’ dak ir-Regolament, iż-żieda fil-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagamenti prevista fl-Artikolu 30(10) ta’ dak ir-Regolament, jew il-valur totali tal-għajnuna li benefiċjarju rċieva għas-sena kalendarja ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 40(3) ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi aġġustat kif xieraq il-valur ta’ dawk id-drittijiet għall-pagamenti bbażati fuq ir-referenza żbaljata għall-benefiċjarju kkonċernat.

Dak l-aġġustament għandu jgħodd ukoll għad-drittijiet għall-pagamenti li, sadanittant, ikunu ġew ittrasferiti lil benefiċjarji oħrajn.

Il-valur tat-tnaqqis għandu jitqiegħed lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali msemmijin fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.  Meta jiġi stabbilit, wara li d-drittijiet għall-pagamenti jkunu ġew allokati lill-benefiċjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li, għall-istess benefiċjarju, seħħew kemm is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u kemm dik imsemmija fil-paragrafu 2, l-aġġustament tal-valur tad-drittijiet kollha għall-pagamenti kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir qabel ma d-drittijiet għall-pagamenti allokati b’mod mhux dovut jitqiegħdu lura fir-riżerva nazzjonali jew fir-riżervi reġjonali skont il-paragrafu 1.

4.  L-aġġustamenti tal-għadd u/jew tal-valur tad-drittijiet għall-pagamenti previsti f’dan l-Artikolu ma għandhomx iwasslu għal kalkolu sistematiku mill-ġdid tad-drittijiet għall-pagamenti li jkun għad fadal.

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx id-drittijiet għall-pagamenti allokati b’mod mhux dovut meta l-valur totali ta’ dawk id-drittijiet għall-pagamenti, kif stipulat fir-reġistru elettroniku għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fiż-żmien meta jsiru dawk il-verifiki bil-għan li jsiru l-aġġustamenti previsti f’dan l-Artikolu, ikun ta’ EUR 50 jew inqas għal xi waħda mis-snin li fiha tkun implimentata l-iskema ta’ pagament bażiku skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

L-ammonti mħallsin b’mod mhux dovut għas-snin tat-talba li jiġu qabel l-aġġustamenti għandhom jiġu rkuprati skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Huma u jiġu stabbiliti t-tali ammonti mħallsin b’mod mhux dovut, għandu jitqies l-impatt tal-aġġustamenti previsti f’dan l-Artikolu fuq l-għadd tad-drittijiet għall-pagamenti għas-snin kollha kkonċernati u, fejn ikun rilevanti, fuq il-valur tagħhom.



TITOLU III

VERIFIKI



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 24

Prinċipji ġenerali

1.  Il-verifiki amministrattivi u l-verifiki fuq il-post previsti f’dan ir-Regolament għandhom isiru b’tali mod li jiżguraw verifika effettiva:

(a) 

tal-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għall-għajnuna, fl-applikazzjoni għall-appoġġ, fit-talba għall-ħlas jew f’dikjarazzjoni oħra;

(b) 

tal-konformità mal-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha għall-iskema tal-għajnuna u/jew għall-miżura ta’ appoġġ ikkonċernata u mat-termini li bihom jingħataw l-għajnuna u/jew l-appoġġ jew l-eżenzjoni mill-obbligi;

(c) 

tar-rekwiżiti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mal-kundizzjonijiet kollha applikabbli stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew stipulati fil-liġi nazzjonali rilevanti u fid-dokumenti li fihom arranġamenti ta’ implimentazzjoni jew mill-programm tal-iżvilupp rurali tkun tista’ tiġi vverifikata skont sett ta’ indikaturi verifikabbli li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.  Ir-riżultati tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post għandhom jiġu vvalutati biex jiġi stabbilit jekk xi waħda mill-problemi misjuba tistax twassal b’mod ġenerali għal xi riskju għal operazzjonijiet simili oħrajn, għall-benefiċjarji jew għal korpi oħrajn. Il-valutazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi tat-tali sitwazzjonijiet, kwalunkwe analiżi ulterjuri li tista’ tkun meħtieġa u l-azzjonijiet korrettivi u preventivi meħtieġa.

▼M6

4.  L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post f'każ li l-fotointerpretazzjoni ta' ortoimmaġnijiet bis-satellita jew mill-ajru jew evidenza rilevanti oħra inkluż evidenza pprovduta mill-benefiċjarju fuq talba tal-awtorità kompetenti ma jipprovdux riżultati li jippermettu li tinħareġ konklużjoni definittiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jikkonċernaw l-eliġibbiltà jew, fejn applikabbli, id-daqs korrett taż-żona li hija soġġetta għal verifiki amministrattivi jew fuq il-post.

▼B

5.  Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-verifiki kollha mwettqin skont dan ir-Regolament u mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi previsti fit-Titoli IV u V. Madankollu, il-paragrafu 3 ma għandux japplika għat-Titolu V.

Artikolu 25

Tħabbir minn qabel tal-verifiki fuq il-post

Il-verifiki fuq il-post jistgħu jitħabbru minn qabel, dejjem jekk dan ma jxekkilx l-iskop jew l-effettività tagħhom. Kwalunkwe tħabbira minn qabel għandha tkun strettament limitata għall-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ u ma għandhiex issir iktar minn 14-il jum qabel.

▼M1

Madankollu, għall-verifiki fuq il-post li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas relatati mal-bhejjem skont miżuri ta' appoġġ jew impenji relatati mal-annimali li jkunu nnotifikati skont l-Artikolu 14a(5), it-tħabbira ma ssirx iżjed tard minn 48 siegħa qabel, għajr f'każijiet iġġustifikati kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-leġiżlazzjoni li tapplika għall-atti u għall-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità tkun tirrikjedi li l-verifika fuq il-post issir għall-għarrieda, dawk ir-regoli japplikaw ukoll fil-każ ta' verifiki fuq il-post relatati mal-kundizzjonalità.

▼B

Artikolu 26

L-iskeda taż-żmien tal-verifiki fuq il-post

1.  Fejn ikun xieraq, il-verifiki fuq il-post previsti f’dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fl-istess żmien bħal kwalunkwe verifika oħra prevista fil-liġi tal-Unjoni.

2.  Għall-għanijiet tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata, il-verifiki fuq il-post għandhom jitqassmu tul is-sena abbażi ta’ analiżi tar-riskji marbutin mal-impenji differenti meħudin fil-kuntest ta’ kull miżura.

▼M1

Il-verifiki fuq il-post fuq impenji nnotifikati skont l-Artikolu 14a(5) jitwettqu fil-limiti ta' żmien li jiżguraw verifika effettiva tal-impenn innotifikat.

▼B

3.  Il-verifiki fuq il-post għandhom jivverifikaw il-konformità mal-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha ta’ dawk l-iskemi tal-għajnuna jew il-miżuri ta’ appoġġ li għalihom ikun ingħażel benefiċjarju skont l-Artikolu 34.

It-tul tal-verifiki fuq il-post għandu jkun strettament limitat għall-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ.

4.  Meta ċerti kriterji tal-eliġibbiltà, impenji u obbligi oħrajn ikunu jistgħu jiġu ċċekkjati biss matul perjodu speċifiku taż-żmien, il-verifiki fuq il-post jistgħu jkunu jeħtieġu żjarat addizzjonali f’data iktar tard. F’każ bħal dan, il-verifiki fuq il-post għandhom ikunu kkoordinati b’tali mod li l-għadd tat-tali żjarat għand benefiċjarju wieħed u t-tul tagħhom ikunu limitati għall-minimu meħtieġ. Fejn ikun xieraq, it-tali żjarat jistgħu jitwettqu wkoll permezz tat-telerilevament skont l-Artikolu 40.

Meta jkun hemm bżonn isiru żjarat addizzjonali relatati mar-raba’ mistrieħ, mal-ġmiem madwar l-għelieqi, mal-meded ta’ lqugħ, mal-meded ta’ ettari eliġibbli li jinsabu ma’ truf il-foresti, mal-uċuħ tar-raba’ li jikbru bejn uċuħ oħra u/jew mal-kopertura veġetali ddikjarati bħala żona ta’ interess ekoloġiku, l-għadd ta’ dawk iż-żjarat addizzjonali għandu jirrigwarda, f’50 % tal-każijiet, lill-istess benefiċjarju, magħżul abbażi tar-riskji, u fil-50 % tal-każijiet li jifdal, dan għandu jirrigwarda benefiċjarji differenti magħżulin b’mod addizzjonali. Il-benefiċjarji addizzjonali differenti għandhom jingħażlu b’mod aleatorju minn fost il-benefiċjarji kollha li għandhom raba’ mistrieħ, ġmiem madwar l-għelieqi, meded ta’ lqugħ, meded ta’ ettari eliġibbli li jinsabu ma’ truf il-foresti, uċuħ tar-raba’ li jikbru bejn uċuħ oħra u/jew kopertura veġetali ddikjarati bħala żona ta’ interess ekoloġiku, u żjarat bħal dawn jistgħu jkunu limitati għaż-żoni ddikjarati bħala raba’ mistrieħ, ġmiem madwar l-għelieqi, meded ta’ lqugħ, meded ta’ ettari eliġibbli li jinsabu ma’ truf il-foresti, uċuħ tar-raba’ li jikbru bejn uċuħ oħra u/jew kopertura veġetali.

Meta jkun hemm bżonn isiru żjarat addizzjonali, l-Artikolu 25 għandu japplika għal kull żjara addizzjonali.

Artikolu 27

Kontronotifika tar-riżultati tal-verifiki

Fejn ikun applikabbli, il-verifiki amministrattivi u fuq il-post dwar l-eliġibbiltà għandhom iqisu l-każijiet issuspettati ta’ nuqqas ta’ konformità rrappurtati minn servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħrajn.

▼M8

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejbiet rilevanti kollha li jkunu saru fil-kuntest tal-verifiki dwar il-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u mal-obbligi l-oħrajn tal-iskemi mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u/jew tal-appoġġ mogħti fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata, u dawk li jkunu saru fil-kuntest tal-verifiki dwar il-konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità, issir kontronotifika dwarhom lill-awtorità kompetenti rilevanti li hija inkarigata mill-għoti tal-pagament korrispondenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni pubbliċi jew privati msemmijin fl-Artikolu 38 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti li hija inkarigata mill-għoti tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent bi kwalunkwe sejba li hija rilevanti għall-għoti t-tajjeb tat-tali pagament lill-benefiċjarji li għażlu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom permezz tal-ekwivalenza permezz taċ-ċertifikazzjoni.

▼B

Meta l-verifiki amministrattivi jew fuq il-post marbutin mal-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata jkopru prattiki ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għandha ssir kontroverifika tar-riżultati tat-tali verifiki biex ikun hemm segwitu għall-għoti tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent.



KAPITOLU II

Verifiki amministrattivi fil-kuntest tas-sistema integrata

Artikolu 28

Verifiki amministrattivi

1.  Il-verifiki amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, inklużi l-kontroverifiki, għandhom jippermettu li jiġu identifikati n-nuqqasijiet ta’ konformità, u b’mod partikulari li dawn jiġu identifikati b’mod awtomatizzat billi jintużaw mezzi kompjuterizzati. Il-verifiki għandhom ikopru l-elementi kollha li wieħed jista’ jiċċekkja permezz tal-verifiki amministrattivi u li huwa xieraq li jiġu ċċekkjati b’dan il-mod. Il-verifiki għandhom jiżguraw:

(a) 

li l-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn tal-iskema tal-għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ huma ssodisfati;

(b) 

li ma hemm l-ebda finanzjament doppju permezz ta’ skemi oħrajn tal-Unjoni;

(c) 

li l-applikazzjoni għall-għajnuna jew it-talba għall-ħlas hija kompluta u li din tressqet fil-limitu taż-żmien rilevanti u, fejn ikun applikabbli, li d-dokumenti ta’ sostenn tressqu u juru l-eliġibbiltà;

(d) 

li hemm konformità mal-impenji meħudin fit-tul, fejn dan ikun xieraq.

2.  Fejn ikun xieraq, għall-iskemi ta’ għajnuna relatata mal-annimali u għall-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-provi li jirċievu mingħand servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħrajn biex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn, dejjem jekk is-servizz, il-korp jew l-organizzazzjoni kkonċernata tkun qed topera b’biżżejjed standards biex tiġi ċċekkjata t-tali konformità.

Artikolu 29

Kontroverifiki

1.  Fejn ikun xieraq, il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu kontroverifiki:

(a) 

fuq id-drittijiet għall-pagamenti ddikjarati u fuq il-ħbula raba’ ddikjarati rispettivament, sabiex jiġi evitat li l-istess għajnuna jew appoġġ jingħata iktar minn darba għall-istess sena kalendarja jew għall-istess sena tat-talba u sabiex jiġi evitat li tiġi akkumulata b’mod mhux dovut l-għajnuna mogħtija fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ( 7 ) u fil-kuntest tal-miżuri ta’ appoġġ relatati maż-żona kif iddefinit fil-punt (21) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014;

(b) 

fuq id-drittijiet għall-pagamenti biex tiġi vverifikata l-eżistenza tagħhom u l-eliġibbiltà għall-għajnuna;

(c) 

bejn il-ħbula raba’ ddikjarati fl-applikazzjoni unika u/jew fit-talba għall-ħlas u l-informazzjoni li tinsab fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ għal kull ħabel referenzjali skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għall-iskema ta’ pagament dirett u/jew għall-miżura tal-iżvilupp rurali taż-żoni bħala tali;

(d) 

bejn id-drittijiet għall-pagamenti u ż-żona stabbilita sabiex jiġi vverifikat li d-drittijiet ikollhom magħhom tal-inqas l-istess numru ta’ ettari eliġibbli kif iddefinit fl-Artikolu 32(2) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(e) 

magħmulin permezz tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għall-għajnuna u/jew għall-appoġġ u biex jiġi evitat li l-istess għajnuna u/jew appoġġ jingħata iktar minn darba b’mod mhux dovut għall-istess sena kalendarja jew għall-istess sena tat-talba;

(f) 

bejn id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarju fl-applikazzjoni unika biex isir membru ta’ organizzazzjoni interprofessjonali approvata, l-informazzjoni skont l-Artikolu 17(8) ta’ dan ir-Regolament u l-informazzjoni mibgħuta mill-organizzazzjoni interprofessjonali approvata kkonċernata, sabiex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għaż-żieda fl-għajnuna prevista fl-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(g) 

biex jiġu vverifikati l-konformità mal-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-lista tal-membri tagħhom tal-inqas darba kull ħames snin.

Għall-għanijiet tal-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu, meta s-sistema integrata tipprevedi formoli ta’ applikazzjoni għall-għajnuna bbażati fuq strumenti ġeospazjali, il-kontroverifiki għandhom jitwettqu bħala intersezzjoni spazjali taż-żona diġitizzata ddikjarata mas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’. Barra minn hekk, il-kontroverifiki għandhom jitwettqu sabiex tiġi evitata talba doppja għall-istess żona.

▼M6

Id-dejta minn applikazzjonijiet jew rigward applikanti li jinstab li mhijiex ammissibbli jew li mhijiex eliġibbli għall-ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) għandha tintuża għall-finijiet tal-punti (a), (c) u (e) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

▼B

2.  Għandu jingħata segwitu għall-indikazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li joħorġu mill-kontroverifiki permezz ta’ kwalunkwe proċedura amministrattiva xierqa oħra u, fejn ikun hemm bżonn, permezz ta’ verifika fuq il-post.

3.  Meta ssir applikazzjoni għall-għajnuna u/jew talba għall-ħlas minn żewġ benefiċjarji jew iktar għal ħabel referenzjali wieħed fil-kuntest tal-istess skema ta’ għajnuna jew tal-istess miżura ta’ appoġġ u f’każ li l-ħbula raba’ ddikjarati jirkbu fuq xulxin b’mod spazjali jew iż-żona ġenerali ddikjarata tkun taqbeż iż-żona massima eliġibbli stabbilita skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, u d-differenza tkun taqa’ fi ħdan it-tolleranza tal-kejl iddefinita skont l-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament għal dak il-ħabel referenzjali, l-Istat Membru jista’ jipprevedi tnaqqis proporzjonat taż-żoni kkonċernati, sakemm benefiċjarju minnhom ma jurix li xi wieħed mill-benefiċjarji kkonċernati l-oħrajn ikun iddikjara b’mod eċċessiv iż-żoni tiegħu għad-detriment tal-benefiċjarji l-oħrajn.



KAPITOLU III

Verifiki fuq il-post fil-kuntest tas-sistema integrata



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 30

Rata ta’ kontroll għall-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona, minbarra l-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent

Għall-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona, minbarra l-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni”), il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri tal-inqas:

(a) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-iskema ta’ pagament bażiku jew għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjun ta’ kontroll ikun fih tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li jiddikjaraw b’mod ewlieni żoni agrikoli li huma żoni miżmumin b’mod naturali fi stat xieraq għar-ragħa skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014;

(b) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament ridistributtiv skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(c) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(d) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(e) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagamenti relatati maż-żona fil-kuntest tal-appoġġ akkoppjat volontarju skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(f) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament fil-kuntest tal-iskema għall-bdiewa ż-żgħar skont it-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(g) 

30 % taż-żoni ddikjarati għall-produzzjoni tal-qanneb skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(h) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Artikolu 31

Rata ta’ kontroll għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni

1.  Għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni, il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri tal-inqas:

(a) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li jeħtieġ li jħarsu l-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni”), u li ma jiffurmawx parti mill-popolazzjonijiet ta’ kontroll imsemmijin fil-punti (b) u (c) (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-popolazzjoni ta’ kontroll għall-ekoloġizzazzjoni”); fl-istess ħin, dan il-kampjun għandu jkopri tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li għandhom żoni koperti minn bur permanenti li huma ambjentalment sensittivi f’żoni koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 8 ) jew mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) u żoni sensittivi oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(b) 

3 %:

(i) 

jew tal-benefiċjarji kollha li jikkwalifikaw għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni li huma eżentati kemm mill-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u kemm mill-obbligu taż-żona ta’ interess ekoloġiku peress li ma jilħqux il-limiti msemmijin fl-Artikoli 44 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li ma jikkonċernawhomx l-obbligi msemmijin fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament;

(ii) 

jew, fis-snin li fihom l-Artikolu 44 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 ma japplikax fi Stat Membru, tal-benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni li huma eżentati kemm mill-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u kemm mill-obbligu taż-żona ta’ interess ekoloġiku peress li ma jilħqux il-limiti msemmijin fl-Artikoli 44 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li ma jikkonċernawhomx l-obbligi msemmijin fl-Artikolu 45(1) ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li jeħtieġ li jħarsu l-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni u li jużaw l-iskemi nazzjonali jew reġjonali ta’ ċertifikazzjoni ambjentali kif imsemmi fl-Artikolu 43(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(d) 

5 % tal-benefiċjarji kollha li jieħdu sehem f’implimentazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(e) 

5 % tal-implimentazzjoni kollettiva skont l-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(f) 

100 % tal-istrutturi li jinsabu biswit xulxin taż-żoni ta’ interess ekoloġiku li jinsabu maġenb xulxin kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014;

▼M6

(g) 

100 % tal-ħbula art kollha li għalihom japplika obbligu li tiġi kkonvertita l-art mill-ġdid f'bur permanenti skont l-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014;

▼B

(h) 

20 % tal-benefiċjarji kollha li għandhom obbligu li jibdlu l-art mill-ġdid f’bur permanenti skont l-Artikolu 44(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014.

2.  Il-benefiċjarji li jħarsu l-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni permezz ta’ prattiki ekwivalenti skont l-Artikolu 43(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew li jieħdu sehem fl-iskema għall-bdiewa ż-żgħar skont l-Artikolu 61 ta’ dak ir-Regolament jew li japplikaw, fl-azjenda agrikola kollha tagħhom, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 10 ) għall-biedja organika ma għandhomx jiffurmaw parti mill-kampjun ta’ kontroll u ma għandhomx jingħaddu għall-finijiet tar-rati ta’ kontroll stabbiliti f’dan l-Artikolu.

▼M1

3.  Meta ż-żoni ta' interess ekoloġiku ma jkunux identifikati fis-sistema ta' identifikazzjoni tal-irqajja' agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-rata ta' kontroll stabbilita fil-punti (a) u (c) sa (e) tal-paragrafu 1 tiġi ssupplimentata b'5 % tal-benefiċjarji kollha tal-popolazzjoni rispettiva ta' kontroll li jeħtieġ li jkollhom żona ta' interess ekoloġiku fiż-żona agrikola tagħhom skont l-Artikoli 43 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

▼B

Madankollu, l-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika meta s-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll tiżgura li ż-żoni kollha ta’ interess ekoloġiku ddikjarati jiġu identifikati u, fejn ikun applikabbli, irreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ skont l-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 qabel il-pagament.

Artikolu 32

Rata ta’ kontroll għall-miżuri tal-iżvilupp rurali

1.  Il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għall-miżuri tal-iżvilupp rurali. Għall-miżuri previsti fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-rata ta’ kontroll ta’ 5 % għandha tinkiseb fil-livell tal-miżura individwali.

Dak il-kampjun ta’ kontroll għandu jirrappreżenta wkoll tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li jinkludu prattiki ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ gruppi ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kull membru individwali tat-tali gruppi jista’ jitqies li huwa benefiċjarju għall-għanijiet tal-kalkolu tar-rata ta’ kontroll stabbilita fil-paragrafu 1.

▼M1

2a.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, meta Stat Membru juża l-għażla li jdaħħal it-talba kollettiva, il-kampjun ta' kontroll għall-verifiki fuq il-post li jitwettqu kull sena jkopru minn tal-inqas:

(a) 

5 % tal-entitajiet kollettivi li jressqu talba kollettiva; fl-istess ħin, dan il-kampjun ikopri minn tal-inqas 5 % tal-erja totali ddikjarata fit-talba kollettiva skont l-Artikolu 14a(3); u

(b) 

5 % tal-impenji nnotifikati skont l-Artikolu 14a(5).

▼B

3.  Għall-benefiċjarji ta’ appoġġ pluriennali mogħti skont l-Artikoli 21(1)(a), 28, 29 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew l-Artikolu 36(a)(iv) u (v) u (b)(i), (iii) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li jinvolvi pagamenti fuq perjodu li jaqbeż il-ħames snin, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, wara l-ħames sena tal-pagament, li jivverifikaw tal-inqas 2,5 % ta’ dawk il-benefiċjarji.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika għall-appoġġ mogħti skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 wara l-ħames sena tal-pagament għall-impenn rilevanti.

▼M1

Meta Stat Membru juża l-għażla li jdaħħal talba kollettiva, dan il-paragrafu ma japplikax għall-entitajiet kollettivi.

▼B

4.  Il-benefiċjarji ċċekkjati skont il-paragrafu 3 ma għandhomx jitqiesu għall-għanijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 33

Rata ta’ kontroll għall-iskemi tal-għajnuna relatati mal-annimali

1.  Għall-iskemi tal-għajnuna relatati mal-annimali, il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri, għal kull skema tal-għajnuna, tal-inqas 5 % tal-benefiċjarji kollha li japplikaw għal dik l-iskema tal-għajnuna rispettiva.

Madankollu, meta l-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali ma toffrix il-livell ta’ garanzija u implimentazzjoni meħtieġ għall-ġestjoni t-tajba tal-iskema tal-għajnuna kkonċernata, il-perċentwali għandu jkun ta’ 10 % għal dik l-iskema tal-għajnuna rispettiva.

Il-kampjun ta’ kontroll magħżul għandu jkopri tal-inqas 5 % tal-annimali kollha li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna għal kull skema tal-għajnuna.

2.  Fejn ikun applikabbli, il-kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqin ta’ kull sena għandu jkopri 10 % tas-servizzi, il-korpi jew l-organizzazzjonijiet l-oħrajn li jipprovdu evidenza biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 28(2).

▼M2

Artikolu 33a

Rata addizzjonali ta' kontroll għall-verifiki fuq il-post biex jiġu segwiti l-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 19a(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014

1.  Il-benefiċjarji li kienu soġġetti għal penali amministrattiva mnaqqsa skont l-Artikolu 19a(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 fil-qafas ta' skema ta' għajnuna jew ta' miżura ta' appoġġ li jkunu relatati mal-erja wara li tkun saret dikjarazzjoni eċċessiva li tiġi identifikata waqt verifika fuq il-post, għandhom ikunu soġġetti għal verifika fuq il-post ta' segwitu għal dik l-iskema ta' għajnuna jew għal dik il-miżura ta' appoġġ fis-sena tat-talba ta' wara.

▼M6

2.  Is-segwitu għall-verifika fuq il-post msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun neċessarju meta d-dikjarazzjoni eċċessiva identifikata tkun wasslet għal aġġornament tal-ħbula referenzjali kkonċernati fis-sistema ta' identifikazzjoni għall-ħbula raba' kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fis-sena tas-sejba jew meta l-verifiki permezz ta' monitoraġġ kif imsemmi fl-Artikolu 40a ta' dan ir-Regolament jitwettqu għall-iskema ta' għajnuna jew il-miżura ta' sostenn inkwistjoni fis-sena tat-talba ta' wara u jippermettu lill-awtorità kompetenti tikkonkludi jekk il-piena amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 19a(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 għandhiex tiġi applikata.

▼B

Artikolu 34

Għażla tal-kampjun ta’ kontroll

▼M6

1.  L-applikazzjonijiet jew l-applikanti li jinstabu li mhumiex ammissibbli jew eliġibbli għall-ħlas fi żmien it-tressiq jew wara li jsiru l-verifiki amministrattivi jew fuq il-post ma' għandhomx jiffurmaw parti mill-popolazzjoni ta' kontroll.

2.  Għall-finijiet tal-Artikoli 30 u 31, l-għażla tal-kampjun għandha tiżgura li:

(a) 

bejn 1 % u 1,25 % tal-popolazzjoni ta' kontroll imsemmija fil-punti (a) sa (f) u (h) tal-Artikolu 30 u fil-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 31(1) għandha tintgħażel b'mod aleatorju;

(b) 

bejn 0,6 % u 0,75 % tal-popolazzjoni ta' kontroll imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 31(1) għandha tintgħażel b'mod aleatorju;

(c) 

bejn 4 % u 5 % tal-popolazzjoni ta' kontroll imsemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 31(1) għandha tintgħażel b'mod aleatorju;

(d) 

l-għadd ta' benefiċjarji li jkun għad fadal fil-kampjun ta' kontroll imsemmi fil-punti (a) sa (e) u (h) tal-Artikolu 31(1) għandhom jintgħażlu abbażi ta' analiżi tar-riskji.

Għall-finijiet tal-Artikolu 31, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjun ta' kontroll ikun rappreżentattiv tal-prattiki differenti.

Il-benefiċjarji addizzjonali li jridu jiġu soġġetti għal verifiki fuq il-post għall-finijiet tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 31(3) għandhom jintgħażlu abbażi ta' analiżi tar-riskji.

▼M8

Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tapplika l-għażla prevista fl-Artikolu 40a(4) jew fl-Artikolu 70a(3), is-sejbiet żvelati mill-verifiki permezz tal-monitoraġġ fis-sena tat-talba ta’ qabel għandhom jitqiesu fl-analiżi tar-riskju msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu.

▼M6

3.   ►M8  Għall-finijiet tal-Artikoli 32 u 33, għandhom jingħażlu b’mod aleatorju bejn 20 % u 25 % tal-għadd minimu ta’ benefiċjarji li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post u, fil-każijiet fejn japplika l-Artikolu 32(2a), għandhom jingħażlu b’mod aleatorju 100 % tal-entitajiet kollettivi u bejn 20 % u 25 % tal-impenji li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post. L-għadd ta’ benefiċjarji u ta’ impenji li jkun għad fadal li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post għandu jingħażel abbażi ta’ analiżi tar-riskju. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tapplika l-għażla prevista fl-Artikolu 40a(4) jew fl-Artikolu 70a(3), is-sejbiet żvelati mill-verifiki permezz tal-monitoraġġ fis-sena tat-talba ta’ qabel għandhom jitqiesu fl-analiżi tar-riskju. ◄

Għall-finijiet tal-Artikoli 32 u 33, il-parti aleatorja tal-kampjun tista' tinkludi wkoll jew il-benefiċjarji li diġà ntgħażlu b'mod aleatorju f'konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 jew il-benefiċjarji addizzjonali magħżula b'mod aleatorju f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(4) jew it-tnejn. L-għadd ta' benefiċjarji bħal dawn fil-kampjun ta' kontroll ma għandux jaqbeż il-proporzjon tagħhom fil-popolazzjoni ta' kontroll.

Għall-finijiet tal-Artikolu 32, bħala riżultat tal-analiżi tar-riskji, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu miżuri speċifiċi tal-iżvilupp rurali li japplikaw għall-benefiċjarji.

▼B

4.  Jekk l-għadd ta’ benefiċjarji li jridu jsirulhom il-verifiki fuq il-post jaqbeż l-għadd minimu ta’ benefiċjarji msemmi fl-Artikoli 30 sa 33, il-perċentwali tal-benefiċjarji magħżulin b’mod aleatorju fil-kampjun addizzjonali ma għandux jaqbeż il-25 %.

▼M6

4a.  Għall-finijiet tal-Artikoli 30 sa 33 u l-punt (c) tal-Artikolu 40a(1), l-istess benefiċjarju jista' jintuża biex jiġu ssodisfati diversi mir-rati minimi ta' kontroll ikkonċernati sakemm l-effettività tal-għażla tal-kampjuni bbażati fuq ir-riskju meħtieġa ma tiġix affettwata.

Il-verifika fuq il-post rigward il-benefiċjarji magħżula tista' tiġi llimitata għall-iskema ta' għajnuna jew il-miżura tal-iżvilupp rurali li ntgħażlu għaliha jekk ir-rati minimi ta' kontroll tal-iskemi ta' għajnuna jew il-miżuri ta' sostenn l-oħrajn li applikaw għalihom ikunu diġà ġew irrispettati.

▼B

5.  L-effettività tal-analiżi tar-riskju għandha tiġi vvalutata u aġġornata ta’ kull sena kif ġej:

(a) 

billi tiġi stabbilita r-rilevanza ta’ kull fattur ta’ riskju;

▼M6

(b) 

billi jitqabblu r-riżultati fir-rigward tad-differenza bejn iż-żona ddikjarata u ż-żona stabbilita tal-kampjun magħżul abbażi tar-riskju u l-kampjun magħżul b'mod aleatorju; jew billi jitqabblu r-riżultati fir-rigward tad-differenza bejn l-annimali ddikjarati u l-annimali stabbiliti tal-kampjun magħżul abbażi tar-riskju u l-kampjun magħżul b'mod aleatorju;

▼B

(c) 

billi titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru u, fejn ikun xieraq, l-evoluzzjoni tar-rilevanza tal-fatturi ta’ riskju fih;

(d) 

billi titqies l-għamla tan-nuqqas ta’ konformità li twassal għal żieda fir-rata ta’ kontroll skont l-Artikolu 35.

6.  L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords tar-raġunijiet għaliex kull benefiċjarju jkun intgħażel għal verifika fuq il-post. L-ispettur li jwettaq il-verifika fuq il-post għandu jiġi mgħarraf kif xieraq dwar dan qabel ma jibda l-verifika fuq il-post.

7.  Fejn ikun xieraq, tista’ ssir għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll abbażi tal-informazzjoni disponibbli qabel id-data finali msemmija fl-Artikolu 13. Dak il-kampjun provviżorju għandu jitlesta meta jkunu disponibbli l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas rilevanti kollha.

Artikolu 35

Żieda fir-rata ta’ kontroll

Meta l-verifiki fuq il-post jiżvelaw xi nuqqas ta’ konformità sinifikanti fil-kuntest ta’ skema tal-għajnuna jew miżura ta’ appoġġ partikulari jew f’reġjun jew parti minn reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif xieraq il-perċentwali tal-benefiċjarji li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post fis-sena ta’ wara.

Artikolu 36

Tnaqqis tar-rata ta’ kontroll

1.  Ir-rati ta’ kontroll stabbiliti f’dan il-Kapitolu jistgħu jitnaqqsu biss għall-iskemi tal-għajnuna jew il-miżuri ta’ appoġġ stipulati f’dan l-Artikolu.

2.  B’deroga mill-Artikolu 30(a), (b) u (f), għall-iskema ta’ pagament bażiku, għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, għall-pagament ridistributtiv u għall-iskema għall-bdiewa ż-żgħar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-livell minimu tal-verifiki fuq il-post li jitwettqu ta’ kull sena għal kull skema għal 3 %.

▼M1

L-ewwel sottoparagrafu japplika biss jekk għall-benefiċjarji kollha jkun hemm fis-seħħ sistema ta' intersezzjoni spazjali tal-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna bis-sistema ta' identifikazzjoni tal-irqajja' agrikoli f'konformità mal-Artikolu 17(2).

Fir-rigward tas-sena tat-talba tal-2015, ir-rata ta' żbalji fil-kampjun aleatorju vverifikat fuq il-post ma tridx taqbeż it-2 % fis-sentejn finanzjarji preċedenti. L-Istat Membru jiċċertifika dik ir-rata ta' żbalji skont il-metodoloġija stabbilita mfassla fil-livell tal-Unjoni.

▼M1

Fir-rigward tas-sena tat-talba tal-2016, ir-rata ta' żbalji fil-kampjun aleatorju vverifikat fuq il-post ma tridx taqbeż it-2 % fis-sena finanzjarja preċedenti. L-Istat Membru jiċċertifika dik ir-rata ta' żbalji skont il-metodoloġija l-ġdida mfassla fil-livell tal-Unjoni filwaqt li jitqies l-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 ( 11 ).

▼B

3.  B’deroga mill-Artikolu 30(a), (b) u (f), għall-iskema ta’ pagament bażiku, għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, għall-pagament ridistributtiv u għall-iskema għall-bdiewa ż-żgħar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-kampjun ta’ kontroll għall-kampjun magħżul skont il-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 34(2) jekk jitwettqu verifiki abbażi tal-ortoimmaġnijiet użati għall-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika biss jekk l-Istati Membri jaġġornaw b’mod sistematiku s-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ u jiċċekkjaw il-benefiċjarji kollha fiż-żona kollha koperta minnha fi żmien perjodu massimu ta’ tliet snin, billi jkopru tal-inqas 25 % tal-ettari eliġibbli rreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ fis-sena. Madankollu, dak il-perċentwali ta’ kopertura minima fis-sena ma għandux japplika għall-Istati Membri li għandhom inqas minn 150 000 ettaru eliġibbli rreġistrati fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’.

Qabel ma japplikaw l-ewwel sottoparagrafu, l-Istati Membri għandhom ikunu aġġornaw kompletament is-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ kkonċernati tul l-aħħar tliet snin.

L-ortoimmaġnijiet użati għall-aġġornament ma għandhomx ikunu ttieħdu iktar minn 15-il xahar qabel id-data tal-użu tagħhom għall-għanijiet tal-aġġoranment tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’.

Il-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’ kif ivvalutata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 matul is-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni tal-ewwel sottoparagrafu għandha tkun biżżejjed biex tiżgura l-verifika effettiva tal-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tista’ tittieħed f’livell nazzjonali jew reġjonali. Għall-għanijiet ta’ dan is-sottoparagrafu, reġjun għandu jkun imsawwar miż-żona kollha koperta minn sistema awtonoma waħda jew iktar ta’ identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba’.

▼M1

It-tielet u r-raba' sottoparagrafi tal-paragrafu 2 japplikaw mutatis mutandis.

▼B

4.  B’deroga mill-Artikolu 32(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-livell minimu tal-verifiki fuq il-post li jitwettqu f’kull sena kalendarja għal 3 % tal-benefiċjarji li japplikaw għal miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata.

▼M1

Madankollu, l-ewwel sottoparagrafu ma japplikax fir-rigward tal-benefiċjarji li jinkludu prattiki ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fir-rigward ta' entitajiet kollettivi u ta' impenji li jintgħażlu skont l-Artikolu 32(2a) ta' dan ir-Regolament.

▼B

5.   ►M1  Il-paragrafi 2, 3 u 4 japplikaw biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ġenerali għat-tnaqqis tal-livell minimu ta' verifiki fuq il-post stabbiliti fl-Artikolu 41 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. ◄ Meta ma tibqax tiġi ssodisfata xi waħda minn dawk il-kundizzjonijiet jew mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iħassru minnufih id-deċiżjoni tagħhom li jnaqqsu l-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post u għandhom japplikaw il-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post previst fl-Artikolu 30(a), (b) u (f) u/jew fl-Artikolu 32 mis-sena tat-talba ta’ wara għall-iskemi tal-għajnuna jew il-miżuri ta’ appoġġ ikkonċernati.

6.  B’deroga mill-Artikolu 30(g), meta Stat Membru jintroduċi sistema ta’ approvazzjoni minn qabel għall-kultivazzjoni tal-qanneb, il-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post jista’ jitnaqqas għal 20 % taż-żoni ddikjarati għall-produzzjoni tal-qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

F’dak il-każ, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-regoli u l-kundizzjonijiet iddettaljati tiegħu marbutin mas-sistema tiegħu ta’ approvazzjoni minn qabel fis-sena ta’ qabel ma tiġi applikata r-rata mnaqqsa ta’ kontroll. Kwalunkwe emenda f’dawk ir-regoli jew il-kundizzjonijiet iddettaljati għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.



Taqsima 2

Verifiki fuq il-post fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għal skemi tal-għajnuna relatati maż-żona u talbiet għall-ħlas għal miżuri ta’ appoġġ relatati maż-żona

Artikolu 37

Elementi tal-verifiki fuq il-post

1.  Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-ħbula raba’ kollha li għalihom tintalab l-għajnuna fil-kuntest tal-iskemi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u/jew li għalihom jintalab appoġġ fil-kuntest ta’ miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata.

Fir-rigward tal-kontroll tal-miżuri tal-iżvilupp rurali previsti fl-Artikolu 21(1)(a) u fl-Artikoli 30 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru wkoll l-art kollha li mhix agrikola li għaliha qed jintalab appoġġ.

Abbażi tar-riżultati tal-kontroll, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk hemmx bżonn jiġu aġġornati l-ħbula referenzjali korrispondenti, filwaqt li tqis l-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

2.  Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-kejl taż-żona u l-verifika tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u tal-obbligi l-oħrajn taż-żona ddikjarata mill-benefiċjarju fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna u/jew tal-miżuri ta’ appoġġ imsemmijin fil-paragrafu 1.

Għall-benefiċjarji li japplikaw għall-pagamenti diretti skont l-iskemi mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li ż-żoni agrikoli tagħhom huma b’mod ewlieni żoni miżmumim b’mod naturali fi stat xieraq għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, il-verifika fuq il-post għandha tkopri wkoll il-verifika tal-attività minima mwettqa f’dawk iż-żoni kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.  Il-verifiki fuq il-post relatati mal-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni għandhom ikopru l-obbligi kollha li l-benefiċjarju jrid iħares. Fejn ikun rilevanti, il-konformità mal-limiti msemmijin fl-Artikoli 44 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal eżenzjoni mill-prattiki għandha tifforma parti mill-verifiki fuq il-post. Dan is-sottoparagrafu għandu japplika wkoll għall-verifiki fuq il-post imwettqin fir-rigward ta’ skemi nazzjonali jew reġjonali ta’ ċertifikazzjoni ambjentali kif imsemmi fl-Artikolu 43(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Meta l-verifika fuq il-post tkun tikkonċerna implimentazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-verifika fuq il-post għandha tkopri wkoll il-kejl taż-żona u l-verifika tal-obbligi imposti fuq il-benefiċjarji jew il-gruppi ta’ benefiċjarji mill-Istat Membru.

Meta l-verifika fuq il-post tkun tikkonċerna implimentazzjoni kollettiva skont l-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-verifika fuq il-post għandha tkopri:

(a) 

il-verifika tal-kriterji għall-qrubija stabbiliti skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014;

(b) 

il-kejl taż-żona u l-verifika tal-kriterji għaż-żoni ta’ interess ekoloġiku li jinsabu biswit xulxin;

(c) 

l-obbligi addizzjonali imposti fuq il-benefiċjarji jew il-gruppi ta’ benefiċjarji mill-Istat Membru, fejn dan ikun xieraq;

(d) 

l-obbligi individwali ta’ ekoloġizzazzjoni li l-benefiċjarju li jieħu sehem fl-implimentazzjoni kollettiva jrid iħares.

▼M1

4.  Għall-entitajiet kollettivi li ntgħażlu skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(2a), il-verifiki fuq il-post ikopru l-kejl tal-erja, il-verifika tal-kriterji ta' eliġibbiltà u obbligi oħra tal-erja ddikjarata fit-talba kollettiva.

Għall-impenji li ntgħażlu skont il-punt (b) tal-Artikolu 32(2a), il-verifika fuq il-post tkopri l-verifika tal-impenji nnotifikati.

▼B

Artikolu 38

Kejl taż-żona

▼M8

1.  Il-kejl proprju tal-ħabel raba’ bħala parti minn verifika fuq il-post jista’ jkun limitat għal kampjun magħżul b’mod aleatorju ta’ mill-inqas 50 % tal-ħbula raba’ li għalihom tkun tressqet applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għall-ħlas fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali relatati maż-żona. Meta din il-verifika tal-kampjun tiżvela xi nuqqas ta’ konformità, għandhom jitkejlu l-ħbula raba’ kollha jewinkella għandhom jiġu estrapolati konklużjonijiet mill-kampjun.

▼B

2.  Il-ħbula raba’ għandhom jitkejlu bi kwalunkwe mezz li ntwera li jiżgura kejl ta’ kwalità li hija tal-inqas daqs dik meħtieġa mill-istandards tekniċi applikabbli, kif imfassla fil-livell tal-Unjoni.

3.  L-awtorità kompetenti tista’ tuża t-tekniki tat-telerilevament skont l-Artikolu 40 u tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), fejn dan ikun possibbli.

4.  Għandha tiġi ddefinita tolleranza ta’ lqugħ b’valur uniku għall-kejl kollu taż-żona mwettaq bl-użu tal-GNSS u/jew tal-ortoimmaġnijiet. Għal dan il-għan, l-għodod użati għall-kejl għandhom jiġu vvalidati tal-inqas għal klassi waħda ta’ validazzjoni tat-tolleranza ta’ lqugħ li tkun inqas mill-valur uniku. Madankollu, il-valur uniku tat-tolleranza ma għandux jaqbeż il-1,25 m.

It-tolleranza massima għal kull ħabel raba’ ma għandhiex taqbeż il-1,0 ettari f’termini assoluti.

Madankollu, għall-kejl imsemmi fl-Artikolu 21(1)(a) u fl-Artikoli 30 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 f’dak li għandu x’jaqsam maż-żona tal-foresta, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu tolleranzi xierqa, li qatt ma għandhom ikunu iktar mid-doppju tat-tolleranza stabbilita fl-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

5.  Iż-żona totali ta’ ħabel raba’ tista’ titqies fil-kejl dejjem jekk din tkun kompletament eliġibbli. F’każijiet oħrajn, għandha titqies iż-żona eliġibbli netta. Għal dak il-għan, fejn ikun xieraq tista’ tiġi applikata s-sistema proporzjonali msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

6.  Għall-għanijiet tal-kalkolu tas-sehem tal-uċuħ tar-raba’ differenti fid-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ kif imsemmi fl-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għall-kejl għandha titqies iż-żona li fil-fatt tkun koperta minn wiċċ tar-raba’ wieħed skont l-Artikolu 40(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014. F’żoni fejn issir kultivazzjoni mħallta, għandha titqies iż-żona kollha koperta mill-kultivazzjoni mħallta skont l-ewwel u t-tieni sottoparagrafi tal-Artikolu 40(3) ta’ dak ir-Regolament jew koperta minn wiċċ tar-raba’ mħallat skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 40(3) ta’ dak ir-Regolament.

7.  Meta ►M6  l-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 ◄ ikun jista’ jwassal għal qsim artifiċjali taż-żona ta’ ħbula raba’ li jinsabu maġenb xulxin u li għandhom tip omoġenu ta’ kopertura tal-art fi ħbula raba’ separati, il-kejl ta’ din iż-żona ta’ ħbula raba’ li jinsabu maġenb xulxin u li għandhom tip omoġenu ta’ kopertura tal-art għandu jingħadd f’kejl uniku wieħed tal-ħbula raba’ kkonċernati.

8.  Fejn ikun xieraq, ►M6  il-kejl għandu jsir b'mod separat ◄ , għal ħabel raba’ għall-għanijiet tal-iskema ta’ pagament bażiku jew tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u għal ħabel raba’ mrikkeb fuq ieħor li jkun differenti mil-lat spazjali għall-għanijiet tal-iskemi tal-għajnuna relatati maż-żona u/jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali l-oħrajn, fejn dan ikun xieraq.

▼M8

9.  Meta ż-żona eliġibbli mkejla skont il-paragrafi 1 sa 8 tkun differenti miż-żona stabbilita bħala l-bażi għall-kalkolu tal-appoġġ jew tal-għajnuna meta jiġu applikati l-verifiki permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 40a, għandha tipprevali ż-żona mkejla skont il-paragrafi 1 sa 8 ta’ dan l-Artikolu.

10.  Fil-każ speċifiku tal-ħbula raba’ li jkunu bwar permanenti jew mergħat permanenti li jkunu jintużaw b’mod komuni minn diversi benefiċjarji, il-kejl proprju jista’ jiġi sostitwit b’verifiki bbażati fuq l-ortoimmaġnijiet użati għall-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, dejjem jekk dawk il-verifiki jitwettqu fuq it-tali ħbula raba’ kollha fi żmien perjodu massimu ta’ tliet snin u l-awtorità kompetenti tkun tista’ turi proċeduri operazzjonali effettivi li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u tirkupra l-irkupri kif xieraq.

▼B

Artikolu 39

Verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà

▼M8

1.  Il-verifika tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u tal-obbligi l-oħrajn tal-ħbula raba’ bħala parti minn verifika fuq il-post tista’ tkun limitata għal kampjun magħżul b’mod aleatorju ta’ mill-inqas 50 % tal-ħbula raba’ li għalihom tkun tressqet applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għall-ħlas fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali relatati maż-żona.

Madankollu, fil-każ tal-miżuri tal-iżvilupp rurali, meta xi kriterji tal-eliġibbiltà, xi impenji jew xi obbligi oħrajn tal-ħbula raba’ ma jkunux jistgħu jiġu ċċekkjati b’mod adegwat meta l-verifiki jiġu limitati għal kampjun magħżul b’mod aleatorju skont l-ewwel sottoparagrafu, għandu jingħażel kampjun addizzjonali bbażat fuq ir-riskju li jippermetti li jiġu vverifikati dawn il-kriterji, dawn l-impenji jew dawn l-obbligi.

Meta l-kampjun magħżul b’mod aleatorju jew il-kampjun ibbażat fuq ir-riskju jiżvela xi nuqqas ta’ konformità, il-ħbula raba’ kollha għandha ssirilhom verifika tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u tal-obbligi l-oħrajn jewinkella għandhom jiġu estrapolati konklużjonijiet mill-kampjun.

L-eliġibbiltà tal-ħbula raba’ għandha tiġi vverifikata b’kull mezz li jkun xieraq, fosthom permezz tal-evidenza pprovduta mill-benefiċjarju fuq talba tal-awtorità kompetenti. Dik il-verifika għandha tinkludi wkoll verifika tal-wiċċ tar-raba’, meta dan ikun xieraq. Għal dak il-għan, għandhom jintalbu provi addizzjonali meta jkun hemm bżonn.

▼B

2.  Għall-bur permanenti li huwa tajjeb għar-ragħa u li jifforma parti mill-prattiki lokali stabbiliti fejn fiż-żoni tar-ragħa tradizzjonalment mhumiex predominanti l-ħxejjex u l-foraġġ erbaċew l-ieħor, il-koeffiċent ta’ tnaqqis skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jista’ jiġi applikat, fejn ikun xieraq, għaż-żona eliġibbli mkejla skont l-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament. Meta żona tintuża minn individwi differenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jallokawha bejn il-benefiċjarji individwali b’mod proporzjonat mal-użu tagħhom tagħha jew mad-dritt tagħhom li jużawha.

3.  Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ li l-benefiċjarji jiddikjaraw li huma żona ta’ interess ekoloġiku li mhumiex inklużi fiż-żona eliġibbli skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għandhom jiġu vverifikati skont l-istess prinċipji bħal dawk li japplikaw għaż-żona eliġibbli.

▼M8

4.  Fil-każ speċifiku tal-ħbula raba’ li jkunu bwar permanenti jew mergħat permanenti li jkunu jintużaw b’mod komuni minn diversi benefiċjarji, il-verifika tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u tal-obbligi l-oħrajn tista’ tiġi sostitwita b’verifiki bbażati fuq l-ortoimmaġnijiet użati għall-aġġornament tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba’ msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, dejjem jekk dawk il-verifiki jitwettqu fuq it-tali ħbula raba’ kollha fi żmien perjodu massimu ta’ tliet snin u l-awtorità kompetenti tkun tista’ turi proċeduri operazzjonali effettivi li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u tirkupra l-irkupri kif xieraq.

▼B

Artikolu 40

Verifiki mwettqin permezz tat-telerilevament

Meta Stat Membru jwettaq verifiki fuq il-post permezz tat-telerilevament, l-awtorità kompetenti għandha:

(a) 

twettaq fotointerpretazzjoni tal-ortoimmaġnijiet (bis-satellita jew mill-ajru) tal-ħbula raba’ kollha għal kull applikazzjoni għall-għajnuna u/jew talba għall-ħlas li trid tiġi ċċekkjata, bil-għan li jiġu rrikonoxxuti t-tipi ta’ kopertura tal-art u, fejn ikun xieraq, it-tip ta’ wiċċ tar-raba’, u li titkejjel iż-żona;

▼M6

(b) 

twettaq spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post tal-ħbula raba' kollha li għalihom ma tistax tiġi vverifikata l-eżattezza tad-dikjarazzjoni taż-żoni permezz tal-fotointerpretazzjoni jew ta' evidenza rilevanti oħra mitluba mill-awtorità kompetenti b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti;

▼B

(c) 

twettaq il-verifiki kollha meħtieġa biex tivverifika l-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn marbutin mal-ħbula raba’;

(d) 

tieħu azzjoni alternattiva biex tkopri l-kejl taż-żona skont l-Artikolu 38(1) ta’ kwalunkwe ħabel li mhux kopert mill-immaġnijiet.

▼M6

Artikolu 40a

Verifiki permezz ta' monitoraġġ

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu verifiki permezz ta' monitoraġġ. Fejn jagħżlu li jagħmlu dan, huma għandhom:

(a) 

jistabbilixxu proċedura ta' osservazzjoni, intraċċar u valutazzjoni regolari u sistematiċi tal-kriterji ta' eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz ta' dejta satellitari tal-Copernicus Sentinels jew permezz ta' dejta oħra li għandha tal-anqas valur indaqs, fuq perjodu ta' żmien li jippermetti li jintlaħqu konklużjonijiet dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna jew is-sostenn mitluba;

(b) 

iwettqu, fejn ikun neċessarju u sabiex jintlaħqu konklużjonijiet dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna jew is-sostenn mitluba, attivitajiet ta' segwitu xierqa;

(c) 

iwettqu verifiki għal 5 % tal-benefiċjarji kkonċernati bil-kriterji ta' eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn li ma jistgħux jiġu mmonitorjati permezz ta' dejta satellitari tal-Copernicus Sentinels jew permezz ta' dejta oħra li għandha tal-anqas valur indaqs, u li huma rilevanti biex jintlaħqu konklużjonijiet dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna jew is-sostenn mitluba. Bejn 1 % u 1,25 % tal-benefiċjarji għandhom jintgħażlu b'mod aleatorju. L-għadd ta' benefiċjarji li jkun għad fadal għandhom jintgħażlu abbażi ta' analiżi tar-riskju;

▼M8

(d) 

jgħarrfu lill-benefiċjarji dwar id-deċiżjoni li jwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ u jistabbilixxu għodod xierqa biex jikkomunikaw mal-benefiċjarji tal-inqas dwar ir-riżultati provviżorji fil-livell tal-irqajja’ tal-proċedura stabbilita skont il-punt (a) ta’ dan is-sottoparagrafu, dwar it-twissijiet u dwar l-evidenza mitluba għall-finijiet tal-punti (b) u (c). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw komunikazzjoni fil-ħin mal-benefiċjarji biex jappoġġawhom biex jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn u biex jagħtuhom il-possibbiltà jindirizzaw jew jirranġaw is-sitwazzjoni qabel ma jinsiltu l-konklużjonijiet fir-rapport ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 41.

Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-ewwel sottoparagrafu, għandhom jitwettqu spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post meta l-evidenza rilevanti, inkluża l-evidenza pprovduta mill-benefiċjarju fuq talba tal-awtorità kompetenti, ma tippermettix li jinsiltu konklużjonijiet dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna mitluba jew tal-appoġġ mitlub. L-ispezzjonijiet fiżiċi fuq il-post jistgħu jkunu limitati għal verifiki tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u tal-obbligi l-oħrajn li huma rilevanti biex jinsiltu konklużjonijiet dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna mitluba jew tal-appoġġ mitlub. Dawn l-ispezzjonijiet fiżiċi għandhom jinkludu l-kejl taż-żona biss meta dan ikun meħtieġ biex tinsilet konklużjoni dwar il-konformità ma’ dawn il-kriterji tal-eliġibbiltà, ma’ dawn l-impenji jew ma’ dawn l-obbligi l-oħrajn.

▼M8

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu, il-verifiki tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u tal-obbligi l-oħrajn li ma jistgħux jiġu mmonitorjati permezz tad-data satellitari tal-Copernicus Sentinels jew permezz ta’ data oħra li jkollha tal-inqas valur ekwivalenti jistgħu jkunu limitati għal kampjun ta’ mill-inqas 50 % tal-ħbula raba’ ddikjarati minn benefiċjarju. L-awtorità kompetenti tista’ tagħżel dan il-kampjun b’mod aleatorju jew abbażi ta’ kriterji oħrajn. Meta l-kampjun tal-ħbula raba’ jingħażel b’mod aleatorju u l-verifiki jiżvelaw xi nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha testrapola l-konklużjonijiet mill-kampjun jew tiċċekkja l-ħbula raba’ kollha. Meta l-kampjun jingħażel abbażi ta’ kriterji oħrajn u l-verifiki jiżvelaw xi nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha tiċċekkja l-ħbula raba’ kollha.

▼M6

2.  Meta l-awtorità kompetenti twettaq verifiki permezz ta' monitoraġġ f'konformità mal-paragrafu 1, tkun tista' turi proċeduri operazzjonali effettivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7, 17 u 29 ta' dan ir-Regolament u tkun tat prova tal-kwalità tas-sistema ta' identifikazzjoni għall-ħbula raba' kif ivvalutata f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014:

(e) 

l-Artikoli 25, 26, 30, 31, 32, 34, 35, 36, l-Artikolu 37(2), (3) u (4) u l-Artikoli 38 u 40 ta' dan ir-Regolament ma japplikawx;

(f) 

il-verifika tal-kontenut ta' tetraidrokannabinol fit-tkabbir tal-qanneb mwettqa f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 għandha ssir għal 30 % taż-żona jew 20 % taż-żona f'każ li l-Istat Membru għandu fis-seħħ sistema ta' approvazzjoni minn qabel.

3.  L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tapplika verifiki permezz ta' monitoraġġ fil-livell tal-iskema ta' għajnuna jew miżura ta' sostenn jew tip ta' operazzjoni individwali relatata ma' żona jew lil gruppi ta' benefiċjarji definiti soġġetti għal verifiki fuq il-post għall-ħlas ta' ekoloġizzazzjoni, kif imsemmi fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 31(1).

Fl-ewwel sentejn ta' applikazzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tapplika verifiki permezz ta' monitoraġġ lill-benefiċjarji ta' skema ta' għajnuna jew miżura ta' sostenn f'żoni magħżula abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. F'każijiet bħal dawn iż-żoni soġġetti għal verifiki permezz ta' monitoraġġ għandhom ikunu akbar fit-tieni sena ta' applikazzjoni milli fl-ewwel sena ta' applikazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li twettaq verifiki f'konformità mal-ewwel jew it-tieni subparagrafu, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss għall-benefiċjarji soġġetti għal verifiki permezz ta' monitoraġġ.

▼M8

4.  Meta l-proċedura msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tiżvela sejbiet li jkunu rilevanti għall-iskemi ta’ pagament dirett, għall-miżuri tal-iżvilupp rurali u għar-rekwiżiti u/jew għall-istandards li ma jiġux iċċekkjati permezz tal-monitoraġġ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jqisu dawk is-sejbiet biss b’rabta mal-benefiċjarji magħżulin skont l-Artikoli 30, 31, 32 u 68 għall-verifiki fuq il-post tal-iskemi ta’ pagament dirett, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tar-rekwiżiti u/jew tal-istandards li ma jiġux iċċekkjati permezz tal-monitoraġġ. Id-deroga għandha tkun limitata għat-tliet snin ta’ wara l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li fiha l-awtorità kompetenti tkun bdiet twettaq il-verifiki permezz tal-monitoraġġ.

▼M6

Artikolu 40b

Notifiki

▼M8

Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena kalendarja li fiha jibdew iwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħżlu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ u għandhom jindikaw l-iskemi, il-miżuri jew it-tipi ta’ operazzjonijiet u, fejn rilevanti, iż-żoni tat-tali skemi jew tat-tali miżuri li se jsirulhom il-verifiki permezz tal-monitoraġġ, u l-kriterji li jkunu użaw biex jagħżluhom. Sal-1 ta’ Novembru ta’ kull sena kalendarja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mudell għat-tressiq tan-notifiki li jkun fih l-elementi li jridu jiddaħħlu fit-tali notifika.

▼M8 —————

▼B

Artikolu 41

Rapport ta’ kontroll

1.  Kull verifika fuq il-post imwettqa skont din it-Taqsima għandu jinħareġ rapport ta’ kontroll dwarha li jagħmilha possibbli li wieħed jeżamina d-dettalji tal-verifiki mwettqin u jislet konklużjonijiet dwar il-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn. Ir-rapport għandu jindika b’mod partikulari:

(a) 

l-iskemi tal-għajnuna jew il-miżuri ta’ appoġġ, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas iċċekkjati;

(b) 

il-persuni preżenti;

(c) 

il-ħbula raba’ ċċekkjati u dawk imkejlin, inkluż, fejn ikun applikabbli, ir-riżultat tal-kejl għal kull ħabel raba’ mkejjel u l-metodi tal-kejl użati;

(d) 

fejn ikun applikabbli, ir-riżultati tal-kejl tal-art mhix agrikola li għaliha jkun qed jintalab appoġġ fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u l-metodi tal-kejl użati;

(e) 

jekk il-benefiċjarju kienx avżat minn qabel dwar il-verifika u, jekk iva, il-perjodu tal-avviż minn qabel;

(f) 

kwalunkwe miżura speċifika ta’ kontroll li trid titwettaq fil-kuntest ta’ skemi tal-għajnuna jew skemi ta’ appoġġ individwali;

(g) 

kwalunkwe miżura oħra ta’ kontroll imwettqa;

(h) 

kwalunkwe nuqqas ta’ konformità misjub li jista’ jeżiġi kontronotifika fid-dawl ta’ skemi tal-għajnuna oħrajn, miżuri ta’ appoġġ oħrajn u/jew tal-kundizzjonalità;

(i) 

kwalunkwe nuqqas ta’ konformità misjub li jista’ jeżiġi segwitu fis-snin ta’ wara.

▼M6

Meta verifiki permezz ta' monitoraġġ jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 40a, il-punti (b) sa (e) tal-ewwel sottoparagrafu ma għandhomx japplikaw. Ir-rapport ta' kontroll għandu jindika r-riżultati tal-verifiki permezz ta' monitoraġġ fil-livell tal-ħbula art.

▼B

2.  Il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità jiffirma r-rapport matul il-verifika biex jikkonferma l-preżenza tiegħu waqt il-verifika u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta l-Istati Membri jużaw rapport ta’ kontroll stabbilit b’mezzi elettroniċi matul il-verifika, l-awtorità kompetenti għandha tipprevedi l-possibbiltà li l-benefiċjarju jiffirmah b’mod elettroniku, jewinkella r-rapport ta’ kontroll għandu jintbagħat minnufih lill-benefiċjarju sabiex dan jingħata l-opportunità jiffirmah u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta jinstab xi nuqqas ta’ konformità, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport ta’ kontroll.

▼M1

B'deroga mill-ewwel sottoparagrafu, meta l-Istat Membru juża l-għażla li jdaħħal talbiet kollettivi, dan jista' jiddeċiedi li lill-entità kollettiva ma jagħtihiex l-opportunità li tiffirma r-rapport ta' kontroll jekk matul il-verifika ma jiġi żvelat l-ebda nuqqas ta' konformità. Jekk tiġi żvelata xi nuqqas ta' konformità bħala konsegwenza ta' verifiki bħal dawn, l-opportunità li l-entità kollettiva tiffirma r-rapport tingħata qabel ma l-awtorità kompetenti tislet il-konklużjonijiet tagħha mis-sejbiet fir-rigward ta' kwalunkwe tnaqqis, rifjut, irtirar jew penali li jirriżultaw minn dan.

▼M8

Meta l-verifika fuq il-post titwettaq permezz tat-telerilevament skont l-Artikolu 40 jew permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 40a, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-benefiċjarju l-opportunità jiffirma r-rapport ta’ kontroll jekk ma jinstab l-ebda nuqqas ta’ konformità matul il-verifika bit-telerilevament jew permezz tal-monitoraġġ. Jekk it-tali verifiki jew it-tali monitoraġġ jiżvelaw nuqqas ta’ konformità, il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità jiffirma r-rapport qabel ma l-awtorità kompetenti tislet il-konklużjonijiet tagħha mis-sejbiet dwar kwalunkwe tnaqqis, rifjut, irtirar jew penali amministrattivi li jirriżultaw minn dan. Meta jiġu applikati l-verifiki permezz tal-monitoraġġ, dan l-obbligu għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk il-benefiċjarji jiġu mgħarrfa bin-nuqqasijiet ta’ konformità permezz tal-għodod stabbiliti biex ikun hemm komunikazzjoni mal-benefiċjarji skont l-Artikolu 40a(1)(d) u jkunu ngħataw l-opportunità jikkontestaw in-nuqqasijiet ta’ konformità qabel ma l-awtorità kompetenti tislet il-konklużjonijiet tagħha mis-sejbiet dwar kwalunkwe tnaqqis, rifjut, irtirar jew penali amministrattivi li jirriżultaw minn dan.

▼B



Taqsima 3

Verifiki fuq il-post tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatata mal-bhejjem u tat-talbiet għall-ħlas fil-kuntest ta’ miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali

Artikolu 42

Verifiki fuq il-post

1.  Il-verifiki fuq il-post għandhom jivverifikaw li l-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u l-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha huma ssodisfati u jkopru l-annimali kollha li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali jew tal-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali li jridu jiġu ċċekkjati.

Meta l-Istat Membru jkun stabbilixxa perjodu skont l-Artikolu 21(1)(d), tal-inqas 50 % tar-rata minima tal-verifiki fuq il-post previsti fl-Artikolu 32 jew fl-Artikolu 33 għandhom jitqassmu matul dak il-perjodu għall-iskema tal-għajnuna relatata mal-annimali jew għall-miżura ta’ appoġġ relatata mal-annimali rispettiva. ►M1  Madankollu, meta l-perjodu ta' żamma jibda qabel ma tkun tressqet applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għall-ħlas jew meta ma tkunx tista' tiġi stabbilita bil-quddiem, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-verifiki fuq il-post previsti fl-Artikolu 32 jew 33 jinfirxu tul il-perjodu li fih annimal jista' jikkwalifika għall-ħlas jew għall-appoġġ. ◄

Meta l-Istat Membru juża l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 21(3), għandhom jiġu ċċekkjati wkoll l-annimali potenzjalment eliġibbli kif iddefinit fil-punt (17) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014.

Il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu b’mod partikulari verifika li l-għadd ta’ annimali preżenti fl-azjenda agrikola li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u/jew it-talbiet għall-ħlas u, fejn ikun applikabbli, l-għadd ta’ annimali potenzjalment eliġibbli jikkorrispondi mal-għadd ta’ annimali mdaħħlin fir-reġistri u mal-għadd ta’ annimali nnotifikati fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali.

2.  Il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu wkoll verifiki:

(a) 

tal-korrettezza u l-koerenza tal-entrati fir-reġistru u tan-notifiki fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali, abbażi ta’ kampjun ta’ dokumenti ta’ sostenn bħall-fatturi tax-xiri u l-bejgħ, iċ-ċertifikati tat-tbiċċir, iċ-ċertifikati tal-veterinarji u, fejn ikun applikabbli, il-passaporti tal-annimali jew id-dokumenti tal-moviment, fir-rigward ta’ annimali li għalihom tressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna jew talbiet għall-ħlas matul is-sitt xhur ta’ qabel il-verifika fuq il-post; madankollu, jekk jinstabu xi anomaliji, il-verifika għandha tiġi estiża għat-12-il xahar qabel il-verifika fuq il-post;

(b) 

tal-fatt li l-annimali bovini jew ovini/kaprini huma identifikati permezz ta’ tikketti mal-widnejn jew b’mezzi oħra ta’ identifikazzjoni, flimkien ma’ passaporti tal-annimali jew dokumenti tal-moviment, fejn dan ikun applikabbli, u li dawn huma rreġistrati fir-reġistru u ġew innotifikati kif xieraq fil-bażi tad-dejta kompjuterizzata tal-annimali.

Il-verifiki msemmijin fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu jistgħu jsiru abbażi ta’ kampjun aleatorju. Meta din il-verifika tal-kampjun tiżvela xi nuqqas ta’ konformità, għandhom jiġu ċċekkjati l-annimali kollha. jewinkella għandhom jiġu estrapolati konklużjonijiet mill-kampjun.

Artikolu 43

Rapport ta’ kontroll għall-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali u għall-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali

1.  Kull verifika fuq il-post imwettqa skont din it-Taqsima għandu jinħareġ rapport ta’ kontroll dwarha li jagħmilha possibbli li wieħed jeżamina d-dettalji tal-verifiki mwettqin. Ir-rapport għandu jindika b’mod partikulari:

(a) 

l-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali u/jew il-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali u l-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mal-bhejjem u/jew it-talbiet għall-ħlas iċċekkjati;

(b) 

il-persuni preżenti;

(c) 

l-għadd u t-tip ta’ annimali li jkunu nstabu u, fejn ikun applikabbli, in-numri tat-tikketti mal-widnejn, l-entrati fir-reġistru u fil-bażijiet tad-dejta kompjuterizzati tal-annimali u kwalunkwe dokument ta’ sostenn iċċekkjat, ir-riżultati tal-verifiki u, fejn ikun applikabbli, l-osservazzjonijiet partikulari dwar annimali individwali u/jew dwar il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tagħhom;

(d) 

jekk il-benefiċjarju kienx avżat minn qabel dwar iż-żjara u, jekk iva, il-perjodu tal-avviż minn qabel. B’mod partikulari f’każ li jinqabeż il-limitu ta’ 48 siegħa msemmi fl-Artikolu 25, fir-rapport ta’ kontroll għandha tingħata r-raġuni għaliex ikun inqabeż dan il-limitu;

(e) 

kwalunkwe miżura speċifika ta’ kontroll li trid titwettaq fil-kuntest tal-iskemi tal-għajnuna relatata mal-annimali u/jew tal-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali;

(f) 

kwalunkwe miżura oħra ta’ kontroll li trid titwettaq.

2.  Il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità jiffirma r-rapport matul il-verifika biex jikkonferma l-preżenza tiegħu waqt il-verifika u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta l-Istati Membri jużaw rapport ta’ kontroll stabbilit b’mezzi elettroniċi matul il-verifika, l-awtorità kompetenti għandha tipprevedi l-possibbiltà li l-benefiċjarju jiffirmah b’mod elettroniku, jewinkella r-rapport ta’ kontroll għandu jintbagħat minnufih lill-benefiċjarju sabiex dan jingħata l-opportunità jiffirmah u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta jinstab xi nuqqas ta’ konformità, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport ta’ kontroll.

3.  Meta l-Istati Membri jwettqu l-verifiki fuq il-post skont dan ir-Regolament flimkien mal-ispezzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003, ir-rapport ta’ kontroll għandu jkun issupplimentat minn rapporti skont l-Artikolu 2(5) ta’ dak ir-Regolament.

4.  Meta l-verifiki fuq il-post imwettqa skont dan ir-Regolament jiżvelaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jew mar-Regolament (KE) Nru 21/2004, għandhom jintbagħtu kopji tar-rapport ta’ kontroll previst f’dan l-Artikolu minnufih lill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti.



KAPITOLU IV

Regoli speċifiċi

Artikolu 44

Regoli dwar ir-riżultati tal-kontroll fir-rigward taż-żoni ta’ interess ekoloġiku reġjonali jew kollettivi

Fil-każ ta’ implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva skont l-Artikolu 46(5) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, iż-żona taż-żoni komuni ta’ interess ekoloġiku stabbiliti li jinsabu biswit xulxin għandha tiġi allokata lil kull parteċipant b’mod proporzjonat mas-sehem tiegħu fiż-żoni ekoloġiċi komuni abbażi ta’ dak li jkun iddikjara skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament.

Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 26 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għal kull parteċipant f’implimentazzjoni reġjonali jew kollettiva, iż-żona ta’ interess ekoloġiku stabbilita għandha tkun is-somma tas-sehem taż-żoni komuni ta’ interess ekoloġiku stabbiliti, allokat kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu ta’ dan l-Artikolu, magħdud maż-żoni ta’ interess ekoloġiku stabbiliti fir-rigward tal-obbligu individwali.

▼M3 —————

▼B



TITOLU IV

MIŻURI TAL-IŻVILUPP RURALI LI MHUMIEX RELATATI MAŻ-ŻONA U LI MHUMIEX RELATATI MAL-ANNIMALI



KAPITOLU I

Dispożizzjoni introduttorja

▼M9

Artikolu 46

Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan it-Titolu għandu japplika għan-nefqa pubblika mġarrba fil-kuntest tal-miżuri previsti fl-Artikoli 14 sa 20, fl-Artikolu 21(1) għajr għall-primjum annwali skont il-punti (a) u (b), fl-Artikolu 27, fl-Artikolu 28(9), fl-Artikoli 35 u 36, fl-Artikolu 39b u fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 36(a)(vi), (b)(ii), (vi) u (vii), fl-Artikolu 36(b)(i) u (iii) fejn tidħol l-ispiża tal-istabbiliment, u fl-Artikoli 52 u 63 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

▼B



KAPITOLU II

Verifiki



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 47

Applikazzjonijiet għall-appoġġ, talbiet għall-ħlas u dikjarazzjonijiet oħrajn

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-proċeduri x-xierqa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ, tat-talbiet għall-ħlas u ta’ dikjarazzjonijiet oħrajn relatati ma’ miżuri tal-iżvilupp rurali li mhumiex relatati maż-żona jew mal-annimali.

2.  Għall-miżuri meħudin skont l-Artikoli 15(1)(b), 16(1) u 19(1)(c) u skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-benefiċjarju għandu jressaq talba għall-pagament annwali.



Taqsima 2

Dispożizzjonijiet għall-verifiki

Artikolu 48

Verifiki amministrattivi

1.  Il-verifiki amministrattivi għandhom jitwettqu fuq kull applikazzjoni għall-appoġġ, talba għall-ħlas jew dikjarazzjoni oħra li benefiċjarju jew parti terza trid tressaq, u għandhom ikopru l-elementi kollha li jistgħu jiġu ċċekkjati permezz tal-verifiki amministrattivi u li huwa xieraq li jiġu ċċekkjati b’dan il-mod. Il-proċeduri għandhom jeżiġu r-reġistrazzjoni tax-xogħol ta’ kontroll li jkun sar, tar-riżultati tal-verifika u tal-miżuri meħudin f’każ ta’ xi diskrepanza.

2.  Il-verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-appoġġ għandhom jiżguraw il-konformità tal-operazzjoni mal-obbligi applikabbli stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew mill-programm tal-iżvilupp rurali, inklużi dawk marbutin mal-akkwist pubbliku, mal-għajnuna mill-Istat u ma’ standards u rekwiżiti obbligatorji oħrajn. Il-verifiki għandhom jinkludu, b’mod partikulari, verifika tal-elementi li ġejjin:

(a) 

l-eliġibbiltà tal-benefiċjarju;

(b) 

il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn tal-operazzjoni li għaliha qed jintalab appoġġ;

▼M4

(c) 

il-konformità mal-kriterji tal-għażla, meta japplikaw dawk il-kriterji;

▼B

(d) 

l-eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-operazzjoni, inkluża l-konformità mal-kategorija tal-ispejjeż jew mal-metodu ta’ kalkolu li għandu jintuża meta l-operazzjoni jew parti minnha tkun taqa’ taħt l-Artikolu 67(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

▼M4

(e) 

għall-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 67(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, minbarra l-kontribuzzjonijiet in natura u d-deprezzament, verifika ta' kemm huma raġonevoli l-ispejjeż imressqin. L-ispejjeż għandhom jiġu evalwati permezz ta' sistema xierqa ta' evalwazzjoni, bħall-użu ta' spejjeż ta' referenza, it-tqabbil ta' offerti differenti jew l-evalwazzjoni min-naħa ta' kumitat tal-evalwazzjoni. Għal operazzjonijiet b'rata ta' appoġġ sa 30 % jew għall-operazzjonijiet appoġġati skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-verifika ta' kemm huma raġonevoli l-ispejjeż tista' titwettaq fl-istadju tal-verifiki amministrattivi fuq it-talbiet għall-pagamenti. Għal operazzjonijiet bi spejjeż eliġibbli sa EUR 5 000 , il-verifika ta' kemm huma raġonevoli l-ispejjeż tista' tiġi stabbilita permezz ta' abbozz tal-baġit miftiehem ex ante mill-awtorità tal-ġestjoni.

▼B

3.  Il-verifiki amministrattivi fuq it-talbiet għall-ħlas għandhom jinkludu, b’mod partikulari u fejn ikun xieraq għat-talba kkonċernata:

▼M4

(a) 

l-operazzjoni kompluta mqabbla mal-operazzjoni li għaliha tkun ingħatat l-applikazzjoni għall-appoġġ;

(b) 

l-ispejjeż imġarba u l-pagamenti li jkunu saru, ħlief meta jkunu ġew applikati forma jew metodu kif imsemmija fl-Artikolu 67(1)(b), (c) jew (d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

▼B

4.  Il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu proċeduri sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju irregolari permezz ta’ skemi oħrajn tal-Unjoni jew nazzjonali u tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ qabel. Fejn ikun jeżisti finanzjament minn sorsi oħrajn, dawk il-verifiki għandhom jiżguraw li l-appoġġ totali li jingħata ma jkunx jaqbeż l-ammonti jew ir-rati tal-appoġġ massimi permissibbli.

5.  Il-verifiki amministrattivi fuq l-operazzjonijiet ta’ investiment għandhom jinkludu tal-inqas żjara waħda fil-post tal-operazzjoni appoġġata jew fis-sit tal-investiment biex jiġi vverifikat it-twettiq tal-investiment.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma twettaqx żjarat bħal dawn għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, bħal dawn li ġejjin:

(a) 

l-operazzjoni hija inkluża fil-kampjun magħżul għal verifika fuq il-post li għandha titwettaq skont l-Artikolu 49;

(b) 

l-awtorità kompetenti tqis li l-operazzjoni kkonċernata hija investiment żgħir;

(c) 

l-awtorità kompetenti tqis li r-riskju li ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet biex jingħata l-appoġġ jew li ma twettaqx l-investiment huwa żgħir.

Id-deċiżjoni msemmija fit-tieni sottoparagrafu u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom jiġu rreġistrati.

▼M7

6.  Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-paragrafi minn 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu la għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni għall-istrument finanzjarju u lanqas għall-appoġġ lill-benefiċjarju finali. Madankollu, għandhom japplikaw l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 ( 12 ).

▼B

Artikolu 49

Verifiki fuq il-post

1.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw verifiki fuq il-post għall-operazzjonijiet approvati billi jużaw bażi xierqa ta’ kampjunar. Kemm jista’ jkun, dawn il-verifiki għandhom isiru qabel ma jsir il-ħlas finali għal operazzjoni.

2.  L-ispetturi li jwettqu l-verifika fuq il-post ma għandhomx ikunu ħadu sehem fil-verifiki amministrattivi tal-istess operazzjoni.

Artikolu 50

Rata ta’ kontroll u kampjunar tal-verifiki fuq il-post

1.   ►M4  In-nefqa koperta minn verifiki fuq il-post għandha tirrapreżenta tal-anqas 5 % tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 46 u kkofinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) li tintalab mingħand l-aġenzija tal-pagamenti kull sena kalendarja u li ma tinkludix operazzjonijiet li għalihom ikunu ntalbu biss pagamenti bil-quddiem. ◄

▼M2

Meta operazzjoni soġġetta għal verifika fuq il-post tkun irċeviet pagamenti bil-quddiem jew provviżorji, dawk il-pagamenti għandhom jingħaddu man-nefqa koperta bil-verifiki fuq il-post kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu.

▼M4

Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji, il-pagamenti lill-benefiċjarji finali soġġetti għall-verifiki fuq il-post biss għandhom jingħaddu man-nefqa koperta mill-verifiki fuq il-post kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu.

▼B

2.   ►M4  Il-verifiki mwettqa biss sad-data prevista għas-sottomissjoni tad-dejta ta' kontroll u tal-istatistika ta' kontroll skont l-Artikolu 9 għandhom jingħaddu mal-akkwist tal-livell minimu msemmi fil-paragrafu 1. ◄

It-talbiet għall-ħlas li jinstabu li ma jkunux eliġibbli wara li jsiru l-verifiki amministrattivi fuqhom ma għandhomx jingħaddu għall-kisba tal-livell minimu msemmi fil-paragrafu 1.

3.  Dawk il-verifiki li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Artikoli 49 u 51 biss jistgħu jingħaddu għall-kisba tal-livell minimu msemmi fil-paragrafu 1.

4.  Il-kampjun tal-operazzjonijiet approvati li għandhom jiġu ċċekkjati skont il-paragrafu 1 għandu jqis b’mod partikulari:

(a) 

il-ħtieġa li jiġu ċċekkjati operazzjonijiet ta’ diversi tipi u diversi daqsijiet;

(b) 

kwalunkwe fattur ta’ riskju identifikat mill-verifiki nazzjonali jew tal-Unjoni;

(c) 

il-kontribut tat-tip ta’ operazzjoni għar-riskju ta’ żball fl-implimentazzjoni tal-programm tal-iżvilupp rurali;

(d) 

il-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn il-miżuri u t-tipi ta’ operazzjonijiet;

(e) 

il-ħtieġa li jingħażlu, b’mod aleatorju, bejn 30 % u 40 % tan-nefqa.

5.  Fejn il-verifiki fuq il-post jiżvelaw xi nuqqas ta’ konformità sinifikanti fil-kuntest ta’ miżura ta’ appoġġ jew tip ta’ operazzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti għandha żżid ir-rata ta’ kontroll għal-livell ix-xieraq għall-miżura jew it-tip ta’ operazzjoni kkonċernata fis-sena kalendarja ta’ wara.

6.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post li jsiru kull sena kalendarja kif imsemmi fil-paragrafu 1 għal 3 % tal-ammont ikkofinanzjat mill-FAEŻR.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-ewwel sottoparagrafu biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ġenerali għat-tnaqqis tal-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 62(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Meta ma tibqax tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni sottoparagrafu, l-Istati Membri għandhom iħassru minnufih id-deċiżjoni tagħhom li jnaqqsu l-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post. Huma għandhom japplikaw il-livell minimu ta’ verifiki fuq il-post imsemmi fil-paragrafu 1 mis-sena kalendarja ta’ wara.

Artikolu 51

Kontenut tal-verifiki fuq il-post

▼M4

1.  Il-verifiki fuq il-post għandhom jivverifikaw li l-operazzjoni tkun ġiet implimentata skont ir-regoli applikabbli u għandhom ikopru l-kriterji kollha tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħra kollha relatati mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ, li jistgħu jiġu ċċekkjati waqt iż-żjara u li ma jkunux ġew soġġetti għal verifiki amministrattivi. Dawn għandhom jiżguraw li l-operazzjoni hija eliġibbli għall-appoġġ mill-FAEŻR.

▼B

2.  Il-verifiki fuq il-post għandhom jivverifikaw l-eżattezza tad-dejta ddikjarata mill-benefiċjarju fid-dawl tad-dokumenti sottostanti.

Dan jinkludi verifika li t-talbiet għall-ħlas li l-benefiċjarju jkun ressaq huma appoġġati mill-kontijiet jew minn dokumenti oħrajn, fosthom, fejn meħtieġ, verifika dwar l-eżattezza tad-dejta fit-talba għall-ħlas abbażi ta’ dejta jew dokumenti kummerċjali miżmumin minn partijiet terzi.

3.  Il-verifiki fuq il-post għandhom jivverifikaw li l-użu jew l-użu maħsub tal-operazzjoni huwa konsistenti mal-użu deskritt fl-applikazzjoni għall-appoġġ u li għalih ikun ingħata l-appoġġ.

4.  Ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, irreġistrati u spjegati kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti, il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu żjara fil-post fejn tkun qed tiġi implimentata l-operazzjoni jew, jekk l-operazzjoni mhijiex tanġibbli, żjara għand il-promotur tal-operazzjoni.

▼M7

5.  Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-paragrafi minn 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu la għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni għall-istrument finanzjarju u lanqas għall-appoġġ lill-benefiċjarju finali. Madankollu, għandhom japplikaw l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014.

▼B

Artikolu 52

Verifiki ex-post

1.  Il-verifiki ex-post għandhom jitwettqu fuq l-operazzjonijiet tal-investiment biex jiġi vverifikat li qegħdin jitħarsu l-impenji previsti fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew spjegati fid-dettall fil-programm tal-iżvilupp rurali.

2.  Il-verifiki ex-post għandhom ikopru, f’kull sena kalendarja, tal-inqas 1 % tan-nefqa tal-FAEŻR għall-operazzjonijiet tal-investiment li jkun għadhom suġġetti għall-impenji kif imsemmi fil-paragrafu 1 u li għalihom ikun sar il-ħlas finali min-naħa tal-FAEŻR. Għandhom jitqiesu biss il-verifiki mwettqin sa tmiem is-sena kalendarja kkonċernata.

3.  Il-kampjun għall-operazzjonijiet li għandhom jiġu ċċekkjati skont il-paragrafu 1 għandu jissejjes fuq analiżi tar-riskji u tal-impatt finanzjarju tad-diversi operazzjonijiet, tipi ta’ operazzjonijiet jew miżuri. Bejn 20 % u 25 % tal-kampjun għandu jingħażel b’mod aleatorju.

Artikolu 53

Rapport ta’ kontroll

1.  Kull verifika fuq il-post imwettqa skont din it-Taqsima għandu jinħareġ rapport ta’ kontroll dwarha li jagħmilha possibbli li wieħed jeżamina d-dettalji tal-verifiki mwettqin. Ir-rapport għandu jindika b’mod partikulari:

(a) 

il-miżuri u l-applikazzjonijiet jew it-talbiet għall-ħlas iċċekkjati;

(b) 

il-persuni preżenti;

(c) 

jekk il-benefiċjarju kienx avżat minn qabel dwar iż-żjara u, jekk iva, il-perjodu tal-avviż minn qabel.

(d) 

ir-riżultati tal-verifiki u, fejn ikun applikabbli, kwalunkwe osservazzjoni partikulari;

(e) 

kwalunkwe miżura oħra ta’ kontroll li trid titwettaq.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għall-verifiki ex-post imwettqin skont din it-Taqsima.

3.  Il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità jiffirma r-rapport matul il-verifika biex jikkonferma l-preżenza tiegħu waqt il-verifika u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta l-Istati Membri jużaw rapport ta’ kontroll stabbilit b’mezzi elettroniċi matul il-verifika, l-awtorità kompetenti għandha tipprevedi l-possibbiltà li l-benefiċjarju jiffirmah b’mod elettroniku, jewinkella r-rapport ta’ kontroll għandu jintbagħat minnufih lill-benefiċjarju sabiex dan jingħata l-opportunità jiffirmah u jżid l-osservazzjonijiet tiegħu. Meta jinstab xi nuqqas ta’ konformità, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport ta’ kontroll.



Taqsima 3

Dispożizzjonijiet dwar il-verifiki għal miżuri speċifiċi

▼M4 —————

▼B

Artikolu 60

LEADER

1.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistema xierqa għas-superviżjoni tal-gruppi ta’ azzjoni lokali.

2.  Għan-nefqa magħmula skont l-Artikolu 35(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddelegaw it-twettiq tal-verifiki amministrattivi previsti fl-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament lil gruppi ta’ azzjoni lokali permezz ta’ att formali. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-verifika tal-fatt li dawk il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom il-kapaċità amministrattiva u ta’ kontroll li jagħmlu dak ix-xogħol.

Fil-każ tad-delega msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha twettaq verifiki regolari tal-gruppi ta’ azzjoni lokali, fosthom verifiki taż-żamma tal-kotba u repetizzjoni l-verifiki amministrattivi abbażi ta’ kampjun.

L-awtorità kompetenti għandha twettaq ukoll verifiki fuq il-post kif imsemmi fl-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kampjun ta’ kontroll għan-nefqa marbuta mal-programm LEADER, għandu japplika tal-inqas l-istess perċentwali bħal dak imsemmi fl-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Għan-nefqa magħmula skont l-Artikolu 35(1)(a), (d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 35(1)(b) u (c) ta’ dak ir-Regolament, fejn il-grupp ta’ azzjoni lokali jkun il-benefiċjarju tal-appoġġ huwa stess, il-verifiki amministrattivi għandhom jitwettqu minn persuni li jkunu indipendenti mill-grupp ta’ azzjoni lokali kkonċernat.

▼M4

4.  B'deroga mill-Artikolu 48(2)(e), fir-rigward ta' operazzjonijiet implimentati minn grupp ta' azzjoni lokali u li jkopru grupp ta' proġetti b'tema komuni, il-verifika ta' kemm huma raġonevoli l-ispejjeż tista' titwettaq fl-istadju tal-verifiki amministrattivi fuq it-talbiet għall-pagament għal dak il-grupp ta' proġetti.

▼B

Artikolu 61

Sussidji tar-rata tal-imgħax u tat-tariffi tal-garanzija

1.  Għan-nefqa magħmula skont l-Artikolu 69(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-verifiki amministrattivi u l-verifiki fuq il-post għandhom jitwettqu b’referenza għall-benefiċjarju u skont it-twettiq tal-operazzjoni kkonċernata. ►M4  ————— ◄

▼M4

2.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura, permezz ta' verifiki amministrattivi u, jekk ikun meħtieġ, permezz ta' żjarat fuq il-post fl-istituzzjonijiet finanzjarji intermedji u għand il-benefiċjarju, li l-pagamenti lill-istituzzjonijiet finanzjarji intermedji huma konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-ftehim konkluż bejn l-awtorità kompetenti u l-istituzzjoni finanzjarja intermedja.

▼B

3.  Jekk is-sussidji tar-rati tal-imgħax jew tat-tariffi tal-garanzija jintużaw flimkien ma’ strumenti finanzjarji f’operazzjoni waħda li jkollha fil-mira l-istess benefiċjarji finali, l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-verifiki fil-livell tal-benefiċjarji finali f’dawk il-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 biss.

Artikolu 62

Assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri

Għan-nefqa magħmula skont l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Artikoli 48 sa 51 u l-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Il-verifiki amministrattivi msemmija fl-Artikolu 48 u l-verifiki fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 49 għandhom jitwettqu minn entità li tiffunzjona b’mod indipendenti mill-entità li tawtorizza l-ħlas tal-assistenza teknika.



KAPITOLU III

Pagamenti mhux dovuti u pieni amministrattivi

Artikolu 63

Irtirar parzjali jew totali tal-appoġġ u pieni amministrattivi

1.  Il-pagamenti għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-ammonti li jinstabu li huma eliġibbli waqt il-verifiki amministrattivi msemmija fl-Artikolu 48.

L-awtorità kompetenti għandha teżamina t-talba għall-ħlas li tkun irċeviet mingħand il-benefiċjarju, u tistabbilixxi l-ammonti li huma eliġibbli għall-appoġġ. Hija għandha tistabbilixxi:

(a) 

l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju abbażi tat-talba għall-ħlas u tad-deċiżjoni dwar l-għotja;

(b) 

l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju wara li tiġi eżaminata l-eliġibbiltà tan-nefqa mniżżla fit-talba għall-ħlas.

Jekk l-ammont stabbilit skont il-punt (a) tat-tieni sottoparagrafu jaqbeż l-ammont stabbilit skont il-punt (b) ta’ dak is-sottoparagrafu b’aktar minn 10 %, għandha tiġi applikata piena amministrattiva fuq l-ammont stabbilit skont dak il-punt (b). L-ammont tal-piena għandu jkun id-differenza bejn dawk iż-żewġ ammonti, iżda ma għandux jaqbeż l-irtirar sħiħ tal-appoġġ.

Madankollu, l-ebda piena ma għandha tiġi applikata jekk il-benefiċjarju jkun jista’ juri, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li mhux tort tiegħu li ġie inkluż l-ammont li mhuwiex eliġibbli, jew jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfata mod ieħor li l-benefiċjarju kkonċernat ma għandux tort.

▼M4

2.  Il-piena amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi applikata mutatis mutandis għan-nefqa mhux eliġibbli identifikata waqt il-verifiki fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 49.

▼B



TITOLU V

SISTEMA TA’ KONTROLL U PIENI AMMINISTRATTIVI MARBUTIN MAL-KUNDIZZJONALITÀ



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 64

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll u tal-pieni amministrattivi marbutin mal-kundizzjonalità, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“korpi ta’ kontroll speċjalizzati” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 67 ta’ dan ir-Regolament, li għandhom ir-responsabbiltà jiżguraw il-konformità mar-regoli msemmijin fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(b) 

“att” tfisser kull Direttiva u Regolament individwali mniżżel fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(c) 

“sena tas-sejba” tfisser is-sena kalendarja li fiha tkun twettqet il-verifika amministrattiva jew il-verifika fuq il-post;

(d) 

“oqsma ta’ kundizzjonalità” tfisser kwalunkwe wieħed mit-tliet oqsma differenti msemmija fl-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u ż-żamma ta’ mriegħi permanenti kif imsemmi fl-Artikolu 93(3) ta’ dak ir-Regolament.



KAPITOLU II

Kontroll



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 65

Sistema ta’ kontroll marbuta mal-kundizzjonalità

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiżgura kontroll effettiv tal-ħarsien tal-kundizzjonalità. Dik is-sistema għandha tipprevedi, b’mod partikulari:

(a) 

it-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa dwar il-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 mill-aġenzija tal-pagamenti lill-korpi ta’ kontroll speċjalizzati u/jew, fejn ikun applikabbli, permezz tal-awtorità ta’ koordinazzjoni, f’każ li l-awtorità ta’ kontroll kompetenti ma tkunx l-aġenzija tal-pagamenti;

(b) 

il-metodi li għandhom jiġu applikati għall-għażla tal-kampjuni ta’ kontroll;

(c) 

indikazzjonijiet dwar in-natura u l-ammont ta’ verifiki li jridu jitwettqu;

(d) 

rapporti ta’ kontroll li jkunu jinkludu, b’mod partikulari, kwalunkwe nuqqas ta’ konformità misjub u valutazzjoni tas-severità, il-kobor, il-permanenza u r-rikorrenza tiegħu;

(e) 

it-trasferiment tar-rapporti ta’ kontroll mill-korpi ta’ kontroll speċjalizzati jew lill-aġenzija tal-pagamenti jew lill-awtorità ta’ koordinazzjoni jew lit-tnejn li huma, f’każ li l-awtorità ta’ kontroll kompetenti ma tkunx l-aġenzija tal-pagamenti;

(f) 

l-applikazzjoni tas-sistema ta’ tnaqqis u ta’ esklużjonijiet min-naħa tal-aġenzija tal-pagamenti.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu proċedura li biha l-benefiċjarju jindika lill-aġenzija tal-pagamenti l-elementi li huma meħtieġa biex jiġu identifikati r-rekwiżiti u l-istandards li japplikaw għalih.

Artikolu 66

Pagament tal-għajnuna b’rabta mal-verifiki tal-kundizzjonalità

Fir-rigward tal-verifiki tal-kundizzjonalità, meta dawn il-verifiki ma jkunux jistgħu jiġu ffinalizzati qabel ma l-benefiċjarju kkonċernat jirċievi l-pagamenti u l-primjums annwali msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-ammont dovut li l-benefiċjarju jrid iħallas minħabba xi piena amministrattiva għandu jiġi rkuprat skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament jew permezz ta’ tpaċija.

Artikolu 67

Responsabbiltà tal-awtorità ta’ kontroll kompetenti

1.  Ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

il-korpi ta’ kontroll speċjalizzati għandu jkollhom ir-responsabbiltà jwettqu l-kontroll u l-verifiki dwar il-ħarsien tar-rekwiżiti u tal-istandards ikkonċernati;

(b) 

l-aġenziji tal-pagamenti għandu jkollhom ir-responsabbiltà jistabbilixxu l-pieni amministrattivi f’każijiet individwali skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 u l-Kapitolu III ta’ dan it-Titolu.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-aġenzija tal-pagamenti għandha twettaq il-kontroll u l-verifiki b’rabta mar-rekwiżiti, l-istandards, l-atti jew l-oqsma kollha tal-kundizzjonalità jew ma’ xi wħud minnhom, dejjem jekk l-Istat Membru jiżgura li l-effettività tal-kontroll u tal-verifiki tkun tal-inqas daqs dik miksuba meta l-kontroll u l-verifiki jitwettqu minn korp ta’ kontroll speċjalizzat.



Taqsima 2

Verifiki fuq il-post

Artikolu 68

Rata minima ta’ kontroll

1.  Għar-rekwiżiti u l-istandards li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha, l-awtorità ta’ kontroll kompetenti għandha twettaq verifiki fuq il-post fuq tal-inqas 1 % tal-għadd totali ta’ benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha.

B’deroga mill-ewwel sottoparagrafu, fil-każ ta’ gruppi ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kull membru individwali ta’ dawn il-gruppi jista’ jitqies bħala benefiċjarju għall-finijiet tal-kalkolu tal-kampjun ta’ kontroll kif speċifikat fl-ewwel sottoparagrafu.

Ir-rata minima ta’ kontroll imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tista’ tintlaħaq fil-livell ta’ kull awtorità ta’ kontroll kompetenti jew fil-livell ta’ kull att jew standard jew grupp ta’ atti jew standards. Madankollu, meta l-verifiki ma jitwettqux mill-aġenzija tal-pagamenti, din ir-rata minima ta’ kontroll tista’ tintlaħaq fil-livell ta’ kull aġenzija tal-pagamenti.

Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-atti u l-istandards tkun diġà tistabbilixxi rata minima ta’ kontroll, għandha tiġi applikata dik ir-rata minflok ir-rata minima msemmija fl-ewwel sottoparagrafu. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità li jinstab matul xi verifika fuq il-post li titwettaq barra mill-kampjun imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-atti u l-istandards għandu jiġi rrappurtat lill-awtorità ta’ kontroll kompetenti li tkun responsabbli għall-att jew l-istandard ikkonċernat, u li din għandha ssegwih. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u tal-Kapitoli I, II u III tat-Titolu III.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-obbligi tal-kundizzjonalità b’rabta mad-Direttiva 96/22/KE, l-applikazzjoni ta’ livell speċifiku ta’ kampjunar tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżit tar-rata minima msemmi fl-ewwel sottoparagrafu.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, biex tintlaħaq ir-rata minima ta’ kontroll imsemmija f’dak il-paragrafu fil-livell ta’ kull att jew standard jew grupp ta’ atti jew standards, l-Istat Membru jista’:

(a) 

juża r-riżultati tal-verifiki fuq il-post imwettqin skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għal dawk l-atti u l-istandards għall-benefiċjarji magħżulin; jew

(b) 

jibdel il-benefiċjarji magħżulin b’benefiċjarji li tkun saritilhom verifika fuq il-post skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għal dawk l-atti u l-istandards, dejjem jekk dawk il-benefiċjarji jkunu benefiċjarji kif imsemmi fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

F’dawn il-każijiet il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-aspetti kollha tal-atti jew l-istandards rilevanti kif iddefinit fil-kuntest tal-kundizzjonalità. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-effettività ta’ dawk il-verifiki fuq il-post tkun tal-inqas daqs dik miksuba meta l-verifiki fuq il-post jitwettqu mill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti.

3.  Meta tkun qed tiġi stabbilita r-rata minima ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandhomx jitqiesu l-azzjonijiet meħtieġa kif imsemmi fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

4.  Jekk il-verifiki fuq il-post juru grad sinifikanti ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ att jew standard partikulari, għandu jiżdied l-għadd ta’ verifiki fuq il-post li għandhom jitwettqu għal dak l-att jew l-istandard fil-perjodu ta’ kontroll ta’ wara. Għal atti speċifiċi, l-awtorità ta’ kontroll kompetenti tista’ tiddeċiedi li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-verifiki fuq il-post l-oħrajn għar-rekwiżiti li jkunu nkisru l-aktar spiss.

5.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla prevista fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-benefiċjarji jkunu rranġaw is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità kkonċernata għandhom japplikaw għal kampjun ta’ 20 % ta’ dawk il-benefiċjarji.

Artikolu 69

Għażla tal-kampjun ta’ kontroll

1.   ►M8  L-għażla tal-kampjun tal-azjendi agrikoli li għandhom jiġu ċċekkjati skont l-Artikolu 68 għandha tkun ibbażata, meta dan ikun applikabbli, fuq analiżi tar-riskju skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, jew fuq analiżi tar-riskju li tkun xierqa għar-rekwiżiti jew għall-istandards. Din l-analiżi tar-riskju tista’ tkun ibbażata fuq il-livell ta’ azjenda agrikola individwali jew fuq il-livell ta’ kategoriji ta’ azjendi agrikoli jew ta’ żoni ġeografiċi. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tapplika l-għażla prevista fl-Artikolu 40a(4) jew fl-Artikolu 70a(3) ta’ dan ir-Regolament, is-sejbiet żvelati mill-verifiki permezz tal-monitoraġġ fis-sena tat-talba ta’ qabel għandhom jitqiesu fl-analiżi tar-riskju. ◄

L-analiżi tar-riskju tista’ tqis wieħed mill-elementi li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a) 

il-parteċipazzjoni ta’ benefiċjarju fis-sistema konsultattiva tal-azjendi agrikoli stabbilita skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(b) 

il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarju f’sistema ta’ ċertifikazzjoni jekk l-iskema kkonċernata tkun rilevanti għar-rekwiżiti u l-istandards ikkonċernati.

Abbażi ta’ analiżi tar-riskju, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-kampjun ta’ kontroll ibbażat fuq ir-riskju l-benefiċjarji li jkunu qed jieħdu sehem f’sistema ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni sottoparagrafu. Madankollu, meta s-sistema ta’ ċertifikazzjoni tkun tkopri biss parti mir-rekwiżiti u l-istandards li l-benefiċjarju jrid iħares fil-kuntest tal-kundizzjonalità, il-fatturi ta’ riskju x-xierqa għandhom jiġu applikati għar-rekwiżiti u l-istandards li mhumiex koperti mis-sistema ta’ ċertifikazzjoni.

Meta l-analiżi tar-riżultati tal-kontroll tiżvela li hemm frekwenza sinifikanti ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti jew l-istandards inklużi f’sistema ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni sottoparagrafu, għandhom jerġgħu jiġu vvalutati l-fatturi ta’ riskju relatati mar-rekwiżiti jew l-istandards ikkonċernati.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-verifiki mwettqin b’segwitu għal kwanlunkwe nuqqas ta’ konformità li dwaru tkun inġibdet l-attenzjoni tal-awtorità ta’ kontroll kompetenti b’xi mod ieħor. Madankollu, huwa għandu japplika għall-verifiki mwettqin b’segwitu skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

3.  Sabiex jinkiseb l-element ta’ rappreżentanza, għandhom jingħażlu b’mod aleatorju bejn 20 % u 25 % tal-għadd minimu ta’ benefiċjarji li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post kif previst fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 68(1). Madankollu, jekk l-għadd ta’ benefiċjarji li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post jaqbeż dak l-għadd minimu, il-perċentwali tal-benefiċjarji magħżulin b’mod aleatorju fil-kampjun addizzjonali ma għandux jaqbeż il-25 %.

4.  Fejn ikun xieraq, tista’ ssir għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll qabel ma jintemm il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet ikkonċernat, abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Il-kampjun provviżorju għandu jitlesta meta jkunu disponibbli l-applikazzjonijiet rilevanti kollha.

5.  Il-kampjun tal-benefiċjarji li għandhom jiġu ċċekkjati skont l-Artikolu 68(1) jista’ jingħażel mill-kampjuni tal-benefiċjarji li kienu diġà ngħażlu skont l-Artikoli 30 sa 34 u li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti jew l-istandards rilevanti. Madankollu, din il-possibbiltà ma tapplikax għall-kontroll tal-benefiċjarji fil-kuntest tal-iskemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

6.  B’deroga mill-Artikolu 68(1), il-kampjuni tal-benefiċjarji li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post jistgħu jingħażlu bir-rata minima ta’ 1 %, b’mod separat minn kull waħda mill-popolazzjonijiet ta’ benefiċjarji li ġejjin li għandhom iħarsu l-obbligi tal-kundizzjonalità skont l-Artikolu 92 tar-Regoalment (UE) Nru 1306/2013:

(a) 

il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(b) 

il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ fis-settur tal-inbid skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c) 

il-benefiċjarji li jirċievu l-primjums annwali skont l-Artikolu 21(1)(a) u (b) u l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

7.  Meta, abbażi tal-analiżi tar-riskju applikata fil-livell tal-azjendi agrikoli, jiġi konkluż li dawk li mhumiex benefiċjarji jirrappreżentaw riskju ogħla mill-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, dawk il-benefiċjarji jistgħu jinbidlu b’dawk li mhumiex benefiċjarji. F’dak il-każ, l-għadd kumplessiv ta’ bdiewa ċċekkjati xorta waħda għandu jilħaq ir-rata ta’ kontroll prevista fl-Artikolu 68(1) ta’ dan ir-Regolament. Ir-raġunijiet għat-tali sostituzzjonijiet għandhom ikunu ġġustifikati u ddokumentati kif xieraq.

8.  Il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 jistgħu jiġu kkombinati meta t-tali kombinament iżid l-effettività tas-sistema ta’ kontroll.

Artikolu 70

Stabbiliment tal-konformità mar-rekwiżiti u l-istandards

1.  Fejn ikun applikabbli, il-ħarsien tar-rekwiżiti u tal-istandards għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-mezzi previsti fil-leġiżlazzjoni applikabbli għar-rekwiżit jew l-istandard ikkonċernat.

2.  F’każijiet oħra u fejn ikun xieraq, dan għandu jiġi stabbilit billi jintuża kwalunkwe mezz xieraq deċiż mill-awtorità ta’ kontroll kompetenti li jiżgura tal-inqas l-istess preċiżjoni bħal dik meħtieġa mir-regoli nazzjonali għall-istabbilimenti uffiċjali.

▼M6

3.  Fejn xieraq, il-verifiki fuq il-post jistgħu jitwettqu billi jiġu applikati tekniki tat-telerilevament jew billi tintuża dejta satellitari tal-Copernicus Sentinels jew dejta oħra li għandha tal-anqas valur indaqs.

▼M8

4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw ir-rekwiżiti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità permezz ta’ verifiki permezz tal-monitoraġġ imwettqin skont l-Artikolu 70a ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 70a

Verifiki permezz tal-monitoraġġ

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu verifiki permezz tal-monitoraġġ. Meta jagħżlu li jagħmlu dan, huma għandhom:

(a) 

jistabbilixxu proċedura ta’ osservazzjoni, intraċċar u valutazzjoni regolari u sistematiċi tar-rekwiżiti u tal-istandards kollha rilevanti għall-kundizzjonalità li jistgħu jiġu mmonitorjati permezz tad-data satellitari tal-Copernicus Sentinels jew permezz ta’ data oħra li jkollha tal-inqas valur ekwivalenti, fuq perjodu taż-żmien li jippermetti li jinsiltu konklużjonijiet dwar il-konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards;

(b) 

iwettqu attivitajiet xierqa ta’ segwitu, meta jkun hemm bżonn, sabiex jisiltu konklużjonijiet dwar l-istabbiliment tal-konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards;

(c) 

iwettqu verifiki għal 1 % tal-benefiċjarji milqutin mir-rekwiżiti u mill-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità li ma jistgħux jiġu mmonitorjati permezz tad-data satellitari tal-Copernicus Sentinels jew permezz ta’ data oħra li jkollha tal-inqas valur ekwivalenti u li jkunu rilevanti biex jinsiltu konklużjonijiet dwar il-konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards. Bejn 20 % u 25 % tal-1 % tal-benefiċjarji għandhom jingħażlu b’mod aleatorju. Il-benefiċjarji li jkun għad fadal għandhom jingħażlu abbażi ta’ analiżi tar-riskju;

(d) 

jgħarrfu lill-benefiċjarji dwar id-deċiżjoni li jwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ u jistabbilixxu għodod xierqa biex jikkomunikaw mal-benefiċjarji tal-inqas dwar ir-riżultati provviżorji fil-livell tal-irqajja’ tal-proċedura stabbilita skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, dwar it-twissijiet u dwar l-evidenza mitluba għall-finijiet tal-punti (b) u (c). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw komunikazzjoni fil-ħin mal-benefiċjarji biex jappoġġawhom biex jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-istandards u biex jagħtuhom il-possibbiltà, mingħajr ħsara għas-sistema ta’ twissija bikrija prevista fl-Artikolu 99(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jindirizzaw jew jirranġaw is-sitwazzjoni qabel ma jinsiltu l-konklużjonijiet fir-rapport ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 72 iżda mhux aktar tard minn xahar wara l-komunikazzjoni tar-riżultati provviżorji.

Għall-finijiet tal-punti (b) u (c), għandhom jitwettqu spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post meta l-evidenza rilevanti, inkluża l-evidenza pprovduta mill-benefiċjarju fuq talba tal-awtorità kompetenti, ma tippermettix li jinsiltu konklużjonijiet dwar il-konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità li jsirulhom il-verifiki permezz tal-monitoraġġ. L-ispezzjonijiet fiżiċi fuq il-post jistgħu jkunu limitati għal verifiki tar-rekwiżiti u tal-istandards li huma rilevanti biex jinsiltu konklużjonijiet dwar il-konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità li jsirulhom il-verifiki permezz tal-monitoraġġ.

2.  Meta l-awtorità kompetenti twettaq verifiki permezz tal-monitoraġġ skont il-paragrafu 1, tkun tista’ turi proċeduri operazzjonali effettivi li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 7 u 29 u tkun tat prova tal-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba’ vvalutata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014, l-Artikoli 25, 68, 69 u 71 ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx.

3.  Meta l-proċedura msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tiżvela sejbiet li jkunu rilevanti għall-iskemi ta’ pagament dirett, għall-miżuri tal-iżvilupp rurali u għar-rekwiżiti u/jew għall-istandards li ma jiġux iċċekkjati permezz tal-monitoraġġ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jqisu dawk is-sejbiet biss b’rabta mal-benefiċjarji magħżulin skont l-Artikoli 30, 31, 32 u 68 għall-verifiki fuq il-post tal-iskemi ta’ pagament dirett, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tar-rekwiżiti u/jew tal-istandards li ma jiġux iċċekkjati permezz tal-monitoraġġ. Id-deroga għandha tkun limitata għat-tliet snin ta’ wara l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li fiha l-awtorità kompetenti tkun bdiet twettaq il-verifiki permezz tal-monitoraġġ.

Artikolu 70b

Notifiki

Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena kalendarja li fiha jibdew iwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħżlu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 70a.

▼B

Artikolu 71

Elementi tal-verifiki fuq il-post

1.  Hija u twettaq il-verifiki fuq il-kampjun previsti fl-Artikolu 68(1), l-awtorità ta’ kontroll kompetenti għandha tiżgura li ssir verifika tal-konformità tal-benefiċjarji kollha magħżulin mar-rekwiżiti u l-istandards li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha.

Minkejja l-ewwel sottoparagrafu, f’każ li r-rata minima ta’ kontroll tintlaħaq fil-livell ta’ kull att jew standard jew grupp ta’ atti jew standards kif previst fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 68(1), għandha ssir verifika tal-konformità tal-benefiċjarji magħżulin mal-att jew mal-istandard jew mal-grupp ta’ atti jew standards ikkonċernat.

Meta grupp ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jintgħażel fil-kampjun previst fl-Artikolu 68(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità ta’ kontroll kompetenti għandha tiżgura li ssir verifika tal-konformità tal-membri kollha tal-grupp mar-rekwiżiti u l-istandards li għalihom huma responsabbli.

B’mod ġenerali, kull benefiċjarju magħżul għal verifika fuq il-post għandha ssirlu l-verifika fil-waqt meta jkunu jistgħu jiġu ċċekkjati l-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti u l-istandards li jkun ingħażel għalihom. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul is-sena jintlaħaq livell xieraq ta’ kontroll għar-rekwiżiti u l-istandards kollha.

2.  Fejn ikun applikabbli, il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-art agrikola kollha tal-azjenda agrikola. Madankollu, l-ispezzjoni proprja fl-għalqa bħala parti minn verifika fuq il-post tista’ tkun limitata għal kampjun ta’ mill-inqas nofs il-ħbula raba’ kkonċernati mir-rekwiżit jew mill-istandard fl-azjenda, dejjem jekk it-tali kampjun jiżgura livell affidabbli u rappreżentattiv ta’ kontroll fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-istandards.

L-ewwel sottoparagrafu għandu jkun mingħajr ħsara għall-kalkolu u l-applikazzjoni tal-pieni amministrattivi kif imsemmi fil-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 u fil-Kapitolu III ta’ dan it-Titolu. Meta l-verifika tal-kampjun imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tiżvela nuqqas ta’ konformità, għandu jiżdied il-kampjun tal-ħbula raba’ li fil-fatt jiġu spezzjonati.

Barra minn hekk, meta l-leġiżlazzjoni li tapplika għall-att jew l-istandards tipprevedi hekk, l-ispezzjoni proprja tal-konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards bħala parti minn verifika fuq il-post tista’ tkun limitata għal kampjun rappreżentattiv tal-oġġetti li jridu jiġu ċċekkjati. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki jitwettqu fuq ir-rekwiżiti u l-istandards kollha li għalihom tista’ tiġi ċċekkjata l-konformità matul iż-żjara.

3.  B’mod ġenerali, il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu bħala parti minn żjara waħda. Dawn għandhom jikkonsistu f’verifika tar-rekwiżiti u tal-istandards li għalihom tista’ tiġi ċċekkjata l-konformità magħhom matul dik iż-żjara. L-għan ta’ dawk il-verifiki għandu jkun li jiġi nnutat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità possibbli ma’ dawk ir-rekwiżiti u l-istandards u, barra minn hekk, li jiġu identifikati l-każijiet li għandhom isirulhom iktar verifiki.

4.  Il-verifiki fuq il-post fil-livell tal-azjenda agrikola jistgħu jinbidlu b’verifiki amministrattivi, dejjem jekk l-Istat Membru jiżgura li l-verifiki amministrattivi jkunu effettivi tal-inqas daqs il-verifiki fuq il-post.

5.  Huma u jwettqu l-verifiki fuq il-post, l-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi oġġettivi ta’ kontroll li jkunu speċifiċi għal ċerti rekwiżiti u standards, dejjem jekk huma jiżguraw li l-effettività tal-kontroll tar-rekwiżiti u tal-istandards ikkonċernati tkun tal-inqas daqs dik tal-verifiki fuq il-post imwettqin mingħajr l-użu tal-indikaturi.

L-indikaturi għandu jkollhom rabta diretta mar-rekwiżiti jew l-istandards li jirrappreżentaw u għandhom ikopru l-elementi kollha li jridu jiġu ċċekkjati meta jkun qed jiġi kkontrollat dak ir-rekwiżit jew l-istandard jew meta jkunu qed jiġu kkontrollati dawk ir-rekwiżiti jew l-istandards.

6.  Il-verifiki fuq il-post relatati mal-kampjun previsti fl-Artikolu 68(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fl-istess sena kalendarja li fiha jitressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u/jew it-talbiet għall-ħlas jew, għall-applikazzjonijiet għall-iskemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu indikat fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 72

Rapport ta’ kontroll

1.  Kull verifika fuq il-post imwettqa skont dan it-Titolu għandu jinħareġ rapport ta’ kontroll dwarha li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità ta’ kontroll kompetenti jew li għandu jsir taħt ir-responsabbiltà tagħha.

Ir-rapport għandu jinqasam fit-taqsimiet li ġejjin:

(a) 

taqsima ġenerali li jkun fiha, b’mod partikulari, l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

il-benefiċjarju magħżul għall-verifika fuq il-post;

(ii) 

il-persuni preżenti;

(iii) 

jekk il-benefiċjarju kienx avżat minn qabel dwar iż-żjara u, jekk iva, il-perjodu tal-avviż minn qabel;

(b) 

taqsima li tagħti, b’mod separat, il-verifiki li jkunu twettqu għal kull att jew standard u li jkun fiha, b’mod partikulari, l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

ir-rekwiżiti u l-istandards li fuqhom tkun saret il-verifika fuq il-post;

(ii) 

in-natura u l-ammont ta’ verifiki li jkunu twettqu;

(iii) 

is-sejbiet;

(iv) 

l-atti u l-istandards li fir-rigward tagħhom ikunu nstabu n-nuqqasijiet ta’ konformità;

(c) 

taqsima ta’ evalwazzjoni li tivvaluta l-importanza tan-nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ kull att u/jew ta’ kull standard abbażi tal-kriterji tas-“severità”, il-“kobor”, il-“permanenza”, u r-“rikorrenza” skont l-Artikolu 99(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u li tagħti indikazzjoni ta’ kull fattur li għandu jwassal għal żieda jew għal tnaqqis fit-tnaqqis li għandu jiġi applikat.

Meta d-dispożizzjonijiet relatati mar-rekwiżit jew mal-istandard ikkonċernat iħallu marġni biex ma jkomplix jiġi segwit in-nuqqas ta’ konformità misjub, jew meta jingħataw appoġġi skont l-Artikolu 17(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, dan għandu jiġi indikat fir-rapport.

▼M8

Meta jitwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 70a, ma għandhomx japplikaw il-punti (a)(ii) u (iii) tat-tieni sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Ir-rapport ta’ kontroll għandu jindika r-riżultati tal-verifiki permezz tal-monitoraġġ fil-livell tal-irqajja’.

▼M8

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika irrispettivament minn jekk il-benefiċjarju kkonċernat ikunx intgħażel għall-verifika fuq il-post skont l-Artikolu 69 jew jekk tkunx saritlu verifika fuq il-post skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-atti u għall-istandards f’konformità mal-Artikolu 68(2), jekk tkunx saritlu verifika permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 70a jew jekk tkunx saritlu verifika bħala segwitu għal nuqqas ta’ konformità li dwaru tkun inġibdet l-attenzjoni tal-awtorità ta’ kontroll kompetenti b’xi mod ieħor.

▼B

3.   ►M8  Il-benefiċjarju għandu jkun mgħarraf dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità misjub fi żmien tliet xhur mid-data tal-verifika fuq il-post. Meta jitwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 70a, il-benefiċjarju għandu jkun mgħarraf dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità misjub fi żmien tliet xhur minn meta jiskadi l-perjodu taż-żmien li jkun ingħatalu biex jindirizza jew jirranġa s-sitwazzjoni skont l-Artikolu 70a(1)(d). ◄

Sakemm il-benefiċjarju ma jkunx ħa azzjoni ta’ rimedju minnufih li ttemm in-nuqqas ta’ konformità misjub skont it-tifsira tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 99(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, huwa għandu jkun mgħarraf, fil-perjodu taż-żmien stipulat fl-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li għandu jieħu azzjoni ta’ rimedju skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 99(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Sakemm il-benefiċjarju kkonċernat ma jkunx ħa azzjoni ta’ rimedju minnufih li ttemm in-nuqqas ta’ konformità misjub skont it-tifsira tal-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, huwa għandu jkun mgħarraf, mhux iktar tard minn xahar wara li tittieħed id-deċiżjoni li ma tiġix applikata l-piena amministrattiva prevista f’dak l-Artikolu, li huwa għandu jieħu azzjoni ta’ rimedju.

4.   ►M8  Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni partikulari inkluża fil-leġiżlazzjoni applikabbli għar-rekwiżiti u għall-istandards, ir-rapport ta’ kontroll għandu jiġi ffinalizzat fi żmien xahar minn meta ssir il-verifika fuq il-post. Meta jitwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 70a, ir-rapport ta’ kontroll għandu jiġi ffinalizzat fi żmien xahar minn meta jiskadi l-perjodu taż-żmien li l-benefiċjarju jkun ingħata biex jindirizza jew jirranġa s-sitwazzjoni skont l-Artikolu 70a(1)(d). Madankollu, dak il-perjodu jista’ jittawwal għal tliet xhur f’ċirkustanzi ġġustifikati kif xieraq, b’mod partikulari jekk analiżi fiżika jew kimika tkun teħtieġ hekk. ◄

F’każ li l-awtorità ta’ kontroll kompetenti ma tkunx l-aġenzija tal-pagamenti, ir-rapport ta’ kontroll u, meta jintalbu, id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, għandhom jintbagħtu lill-aġenzija tal-pagamenti jew lill-awtorità ta’ koordinazzjoni jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom fi żmien xahar minn meta jiġi ffinalizzat ir-rapport.

Madankollu, meta r-rapport ma jkun jinkludi l-ebda sejba, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li t-tali rapport ma għandux jintbagħat, dejjem jekk l-aġenzija tal-pagamenti jew l-awtorità ta’ koordinazzjoni jkollhom aċċess dirett għalih fi żmien xahar minn meta jiġi ffinalizzat.



KAPITOLU III

Kalkolu u applikazzjoni tal-pieni amministrattivi

Artikolu 73

Prinċipji ġenerali

1.  Meta jkun hemm iktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda responsabbli għall-ġestjoni tal-iskemi ta’ appoġġ differenti mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21(1)(a) u (b) u fl-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u tal-pagamenti relatati mal-iskemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nuqqasijiet ta’ konformità misjubin u, fejn ikun applikabbli, kwalunkwe piena amministrattiva korrispondenti, jinġiebu għall-attenzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti kollha involuti f’dawk il-pagamenti. Dan jinkludi l-każijiet fejn in-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà jikkostitwixxi wkoll nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-kundizzjonalità u viċeversa. Fejn ikun applikabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata rata waħda ta’ tnaqqis.

2.  Meta jinstabu iktar minn każ wieħed ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ diversi atti jew standards tal-istess qasam ta’ kundizzjonalità, għall-għanijiet tal-istabbiliment tat-tnaqqis previst fl-Artikoli 39(1) u 40 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, dawk il-każijiet għandhom jitqiesu bħala nuqqas ta’ konformità wieħed.

3.  Nuqqas ta’ konformità ma’ standard li jikkostitwixxi wkoll nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżit għandu jitqies bħala nuqqas ta’ konformità wieħed. Għall-għanijiet tal-kalkolu tat-tnaqqis, in-nuqqas ta’ konformità għandu jitqies bħala parti mill-qasam tar-rekwiżit.

4.  Il-piena amministrattiva għandha tiġi applikata għall-ammont kollu tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li ngħataw jew li se jingħataw lil dak il-benefiċjarju:

(a) 

b’segwitu għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew għat-talbiet għall-ħlas li jkun ressaq fis-sena li fiha saret is-sejba jew li jkun se jressaq fiha; u/jew

(b) 

għall-applikazzjonijiet għal skemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, l-ammont rilevanti għandu jinqasam fi tlieta għar-ristrutturar u l-konverżjoni.

5.  Fil-każ ta’ grupp ta’ persuni kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-perċentwali tat-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat skont il-Kapitolu III ta’ dan it-Titolu u skont il-Kapitolu II tat-Titolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014. F’dak il-każ, għall-għanijiet tal-proporzjonalità, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dak il-perċentwali ta’ tnaqqis għall-parti tas-sussidju allokata lill-membru tal-grupp li ma jkunx konformi.

Artikolu 74

Kalkolu u applikazzjoni tal-pieni amministrattivi f’każ ta’ negliġenza

1.  Meta jinstabu iktar minn każ wieħed ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ oqsma differenti tal-kundizzjonalità minħabba negliġenza, il-proċedura għall-istabbiliment tat-tnaqqis kif stipulat fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 għandha tiġi applikata b’mod individwali għal kull nuqqas ta’ konformità.

Il-perċentwali ta’ tnaqqis li jirriżultaw minn dan għandhom jingħaddu flimkien. Madankollu, it-tnaqqis massimu ma għandux jaqbeż il-5 % tal-ammont totali msemmi fl-Artikolu 73(4) ta’ dan ir-Regolament.

2.  Meta tinstab rikorrenza flimkien ma’ nuqqas ta’ konformità ieħor jew ma’ rikorrenza oħra, il-perċentwali ta’ tnaqqis li jirriżultaw minn dan għandhom jingħaddu flimkien. Madankollu, it-tnaqqis massimu ma għandux jaqbeż il-15 % tal-ammont totali msemmi fl-Artikolu 73(4).

Artikolu 75

Kalkolu u applikazzjoni tal-pieni amministrattivi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali

F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali ta’ kobor, severità jew permanenza estrema, minbarra l-pieni imposti fuqu u kkalkulati skont l-Artikolu 40 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż mill-pagamenti kollha msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fis-sena kalendarja ta’ wara.



TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 76

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas relatati mas-snin tat-talba jew mal-perjodi tal-primjum li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3 —————



( 1 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

( 5 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

( 6 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta' landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b'mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku u t-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta' dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).

( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

( 8 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

( 9 ) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

( 10 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas- 6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59)

( 12 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

Top