Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0060

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal

    /* KUMM/2011/0060 finali */

    52011DC0060




    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussell, 15.2.2011

    KUMM(2011) 60 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal

    WERREJ

    Introduzzjoni 3

    1. Prinċipji Ġenerali 4

    1.1. Id-drittijiet tat-tfal bħala parti integrali tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali 4

    1.2. Il-bini tal-bażi għat-tfassil ta' politika msejsa fuq l-evidenza 5

    1.3. Kooperazzjoni mal-partijiet interessati 5

    2. Lejn Azzjoni Konkreta tal-UE għat-tfal 6

    2.1. Ġustizzja li tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal 6

    2.2. Id-direzzjonar tal-azzjoni tal-UE lejn il-ħarsien tat-tfal meta jkunu vulnerabbli 9

    2.3. It-tfal fl-azzjoni esterna tal-UE 13

    3. Parteċipazzjoni tat-tfal u Sensibilizzazzjoni 15

    Konklużjoni 16

    INTRODUZZJONI

    Wieħed mill-għanijiet tal-UE li t-Trattat ta’ Lisbona jagħmel aktar enfasi fuqhom huwa l-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal. B’mod partikolari, l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea llum jeħtieġ b'mod espliċitu li l-UE tippromwovi l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal. Id-drittijiet tat-tfal jinsabu wkoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea[1]. L-Artikolu 24 tal-Karta jirrikonoxxi li t-tfal huma detenturi indipendenti u awtonomi tad-drittijiet. Huwa jagħmel ukoll l-aħjar interessi tat-tfal il-kunsiderazzjoni primarja għall-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet privati.

    Il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal hija wkoll riżultat ta' impenji internazzjonali. L-Istati Membri kollha tal-UE rratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (United Nations Convention on the Rights of the Child - UNCRC)[2]. L-istandards u l-prinċipji tal-UNCRC jridu jibqgħu jiggwidaw il-linji politiki u l-azzjonijiet tal-UE li għandhom impatt fuq id-drittijiet tat-tfal. Fl-2006, il-Kummissjoni waqqfet bażi għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal fil-linji politiki interni u esterni tagħha bil-Komunikazzjoni tagħha "Lejn Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal"[3]. B’hekk il-Kummissjoni waqqfet strutturi[4] sabiex issaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jindirizzaw kwistjonijiet dwar id-drittijiet tat-tfal, u b'hekk stabbilixxiet il-bażi għal politiki msejsa fuq l-evidenza u żiedet l-interazzjoni mal-entitajiet interessati.

    Minħabba l-impenn b'saħħtu u mtejjeb lejn id-drittijiet tat-tfal fit-Trattat ta' Lisbona u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissjoni temmen li issa huwa ż-żmien li mmexxu 'l quddiem id-drittijiet tat-tfal u li nbiddlu l-għanijiet ta’ politika f'azzjoni. L-Istrateġija Ewropa 2020[5] tistabbilixxi viżjoni għas-seklu 21 ta' Ewropa fejn it-tfal tal-lum ser ikollhom edukazzjoni aħjar, u aċċess aħjar għas-servizzi u għar-riżorsi li huma jeħtieġu sabiex jikbru u, xi darba, imexxu l-Ewropa fis-seklu 22. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni, b'din il-Komunikazzjoni, tinkoraġġixxi "Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal". L-iskop huwa li jiġi affermat mill-ġdid l-impenn sod tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE u tal-Istati Membri kollha għall-promozzjoni, il-ħarsien u t-twettiq tad-drittijiet tat-tfal fil-linji politiki rilevanti kollha tal-UE u li dan jiġi ttrasformat f'riżultati konkreti. Fil-ġejjieni, il-linji politiki tal-UE li jaffettwaw direttament jew indirettament lit-tfal għandhom jiġu mfassla, implimentatati u mmonitorjati filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal li jinsab fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fil-UNCRC.

    Din l-Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal hija bbażata fuq kontribuzzjonijiet minn konsultazzjoni pubblika wiesgħa[6] u fuq il-ħtiġijiet u t-tħassib li tfal mill-Istati Membri kollha tal-UE esprimew matul konsultazzjoni mmirata separata[7]. Hija tqis ukoll ir-riżultati preliminari ta’ evalwazzjoni tal-impatt tal-istrumenti tal-UE li jaffettwaw id-drittijiet tat-tfal. Il-Parlament Ewropew[8], il-Kumitat tar-Reġjuni[9], il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew[10], il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll partijiet interessati ewlenin bħall-UNICEF, l-Ombudspersons għat-tfal fl-Istati Membri u s-soċjetà ċivili wkoll ikkontribwixxew għat-tħejjija ta' din il-Komunikazzjoni ukoll permezz tal-ħidma tal-Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal[11].

    L-Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal tippreżenta prinċipji ġenerali li għandhom jiżguraw li l-azzjoni tal-UE tkun eżemplari fl-iżgurar tar-rispett tad-dispożizzjonijiet tal-Karta u tal-UNCRC rigward id-drittijiet tat-tfal. Barra minn hekk, hija tiffoka fuq numru ta' azzjonijiet konkreti f’oqsma fejn l-UE tista' twassal għal valur miżjud reali, bħal ġustizzja li tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal, il-ħarsien tat-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra t-tfal, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha.

    PRINċIPJI ĠENERALI

    L-impenn tal-UE lejn id-drittijiet tat-tfal jeħtieġ approċċ koerenti fl-azzjonijiet rilevanti kollha tal-UE. Dan il-għan jista' jintlaħaq billi jintużaw it-Trattati, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC) bħala bażi komuni għall-azzjoni kollha tal-UE li hija rilevanti għat-tfal. Il-"perspettiva tad-drittijiet tat-tfal" trid titqies fil-miżuri kollha tal-UE li jaffettwaw it-tfal.

    Id-drittijiet tat-tfal bħala parti integrali tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali

    L-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, adottata fid-19 ta' Ottubru 2010[12], teħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura minn stadju bikri, permezz ta' " kontroll tad-drittijiet fundamentali ", li l-proposti leġiżlattivi tagħha jkunu dejjem b'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali garantiti mill-Karta. F’konformità ma’ din l-Istrateġija, il-Kummissjoni qiegħda taħdem mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill sabiex tiżgura li l-emendi li jiġu introdotti matul il-proċess leġiżlattiv ukoll jirrispettaw kompletament il-Karta. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem ukoll mal-Istati Membri biex dawn jikkonformaw mal-Karta meta jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-liġi nazzjonali, kif meħtieġ mill-Artikolu 51(1) tal-Karta.

    Id-drittijiet tat-tfal, garantiti mill-Artikolu 24 tal-Karta, huma wieħed mid-drittijiet fundamentali msemmija b'mod espliċitu fl-Istrateġija tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huma inklużi fil-"kontroll tad-drittijiet fundamentali" li l-Kummissjoni tagħmel fil-konfront ta’ abbozzi ta’ leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

    Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta, il-Kummissjoni żviluppat mekkaniżmi sabiex tissorvelja l-konformità tal-abbozzi ta’ azzjonijiet leġiżlattivi mal-Karta . Sabiex issaħħaħ mill-ġdid il-valutazzjoni tagħha tal-impatt tal-proposti tagħha fuq id-drittijiet fundamentali, inklużi dwar id-drittijiet tat-tfal, il-Kummissjoni ħejjiet gwida operazzjonali li se tippermetti lid-dipartimenti tagħha jeżaminaw l-impatt ta' inizjattiva fuq id-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tat-tfal, u jagħżlu s-soluzzjoni li tqis l-aħjar interessi tat-tfal. Din il-gwida operazzjonali tkopri l-mistoqsijiet li jinsabu fil-"lista ta' kontroll tad-drittijiet fundamentali" mħabbra fl-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta. Il-Kummissjoni se tipprovdi wkoll taħriġ intern prattiku dwar id-drittijiet tat-tfal u drittijiet fundamentali oħrajn sabiex issaħħaħ mill-ġdid u tippromwovi ulterjorment kultura li tirrispetta d-drittijiet fundamentali. Il-Kummissjoni se tissokta wkoll issegwi b'attenzjoni l-ħidma tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-interpretazzjoni tiegħu tad-dispożizzjonijiet tal-UNCRC. Fejn ikun rilevanti l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposti leġiżlattivi rilevanti se jispjegaw kif il-kunsiderazzjonijiet dwar id-drittijiet tat-tfal tqiesu fl-abbozzar tal-proposti.

    Il-bini tal-bażi għat-tfassil ta' politika msejsa fuq l-evidenza

    L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-2006 kixfet nuqqas kbir ta' dejta affidabbli, kumparabbli u uffiċjali . Dan huwa ostaklu serju għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni ta' politiki ġenwini msejsa fuq l-evidenza. Waħda mill-isfidi ewlenin hija t-titjib tas-sistemi eżistenti ta' monitoraġġ, it-twaqqif ta' għanijiet ta' politika relatati mad-drittijiet tat-tfal u l-monitoraġġ tal-impatt tagħhom. Nuqqasijiet fl-għarfien dwar is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tal-gruppi ta' tfal l-aktar vulnerabbli għandhom jiġu indirizzati bħala kwistjoni ta' prijorità. F’dan il-kuntest, hemm wkoll ħtieġa għal aktar informazzjoni dwar metodi sabiex jiġu pprevenuti delitti kontra t-tfal.

    Il-Kummissjoni se tikkoopera mal-organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet rilevanti sabiex tipproduċi dejta u informazzjoni bażika li jiggwidaw t-teħid ta' deċiżjonijiet. Il-proċess se jivvaluta l-ħidma eżistenti f'dan il-qasam, inkluż ir-riżultat tal-istudju dwar l-indikaturi li twettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali[13]. Dawn l-indikaturi ġew żviluppati fuq it-talba tal-Kummissjoni sabiex jitkejjel kif id-drittijiet tat-tfal qegħdin jiġu implimentati, imħarsa, rispettati u promossi madwar l-UE. Dawn huma maħsuba sabiex jiggwidaw il-ġbir tad-dejta u r-riċerka tal-Aġenzija, biex b'hekk jippermettulha li tiżviluppa opinjonijiet msejsa fuq l-evidenza u jagħtu appoġġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri meta jieħdu miżuri jew jifformulaw azzjonijiet.

    Kooperazzjoni mal-partijiet interessati

    Il-Kummissjoni se tibqa' taħdem flimkien u żżomm djalogu mal-partijiet interessati kollha permezz tal- Forum Ewropew għad-Drittijiet tat-Tfal , li jiltaqa' b’mod regolari.

    Hemm varjetà ta' strutturi istituzzjonali u ta' politika mfassla sabiex iħarsu u jippromovu d-drittijiet tat-tfal fl-Istati Membri. Filwaqt li l-Istati Membri kollha tal-UE rrikonoxxew il-ħtieġa li jiżviluppaw linji politiki rigward id-drittijiet tat-tfal, il-mekkaniżmi istituzzjonali sabiex titfassal u titwettaq politika f'dan il-qasam ivarjaw bejniethiom. B'rispett sħiħ għall-prinċipju ta' sussidjarjetà l-Kummissjoni se tissokta bl-appoġġ tagħha għall-isforzi tal-Istati Membri billi tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki, kooperazzjoni u komunikazzjoni ma' u fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħarsien u promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

    LEJN AZZJONI KONKRETA TAL-UE GħAT-TFAL

    Ġustizzja li tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal

    Li s-sistema ġudizzjarja fl-Ewropa tieħu ħsieb aktar l-interessi tat-tfal huwa punt għall-azzjoni ewlieni fl-Aġenda tal-UE dwar id-drittijiet tat-Tfal. Dan huwa qasam ta' rilevanza prattika għolja fejn l-UE għandha, taħt it-Trattati, kompetenzi sabiex titrasforma d-drittijiet tat-tfal f'realtà permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-UE. Għaldaqstant il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma[14] enfasizza dan l-aspett għall-perjodu 2010-2015.

    It-tfal jistgħu jsiru involuti mas-sistemi ġudizzjarji f'għadd ta' modi, pereżempju meta l-ġenituri tagħhom jiddivorzjaw jew ma jaqblux dwar il-kustodja, meta jwettqu xi reati, meta jixhdu xi reati jew ikunu l-vittmi tagħhom, jew meta jfittxu asil. Meta t-tfal ikunu involuti ma’ sistemi ġudizzjarji li ma jieħdux ħsieb l-interessi tat-tfal, huma jistgħu jkunu soġġetti għal bosta restrizzjonijiet jew ksur tad-drittijiet tagħhom.

    It-tfal jistgħu jaffaċċjaw ostakli fir-rigward tar-rappreżentanza legali jew sabiex jinstemgħu mill-qrati. Bl-istess mod, l-informazzjoni li hija meħtieġa għat-tfal u r-rappreżentanti tagħhom sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom jew jiddefendu l-interessi tagħhom fi proċedimenti ġudizzjarji tista’ ma tkunx biżżejjed. It-tfal jistgħu jiġu ttrattati bħala adulti mingħajr ma jingħataw dejjem salvagwardji speċifiċi skont il-ħtiġijiet u l-vulnerabbiltà tagħhom, u jista' jkollhom diffikultajiet biex ilaħħqu ma’ din is-sitwazzjoni. Aċċess effettiv għall-ġustizzja u parteċipazzjoni effettiva fi proċedimenti amministrattivi u tal-qorti huma rekwiżiti bażiċi sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-interessi legali tat-tfal.

    Tilwim legali fl-ambitu tal-liġi tal-familja jista' jkollu effetti negattiv fuq il-benesseri tat-tfal. It-tfal li huma sseparati minn ġenitur jew mit-tnejn li huma jridu jitħallew iżommu relazzjonijiet personali u kuntatti diretti mat-tnejn li huma fuq bażi regolari, bl-eċċezzjoni fejn dan ikun ta' dannu għall-aħjar interessi tagħhom[15]. Il-proċedimenti ċivili, b’mod partikolari tilwim transnazzjonali, li jinħoloq minn xoljiment taż-żwieġ jew minn separazzjoni legali jista’ jirriżulta f'restrizzjoni ta’ dan id-dritt. B'mod partikolari matul proċedimenti sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà tal-ġenituri, it-tfal jistgħu jsiru “ostaġġi” f’tilwim legali, li jieħu fit-tul u hu transkonfinali, bejn is-sħab preċedenti. Il-leġiżlazzjoni tal-UE[16] diġà tiffaċilita r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. L-għoti ta' informazzjoni xierqa lit-tfal u lill-ġenituri dwar id-drittijiet tagħhom taħt il-liġi tal-UE u l-liġi nazzjonali huwa prerekwiżit sabiex ikunu jistgħu jiddefednu d-drittijiet tagħhom f’tilwim legali fl-ambitu tal-liġi tal-familja. L-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli u tipprovdi gwida ċara dwar il-proċedimenti rilevanti. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, se tiżviluppa u ser iżżomm aġġornati skedi informattivi dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali dwar l-obbligi ta' manteniment, il-medjazzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Fir-rigward tal-ħtif tat-tfal mill-ġenituri , il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lill-informazzjoni pprovduta mill-Medjatur tal-Parlament Ewropew għall-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal mill-Ġenituri.

    Ir-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent ta’ dokumenti relatati mal-istatus ċivili huma importanti sabiex jiġu ddeterminati d-drittijiet tat-tfal. Meta t-tfal u l-ġenituri jiċċaqalqu fl-UE u jeħtieġu li jużaw tali dokumenti fi Stat Membru ieħor, bosta drabi jiltaqgħu ma’ rekwiżiti li jiswew il-flus u li jieħdu fit-tul sabiex jiġu rikonoxxuti (li jinvolvu traduzzjonijiet u prova tal-awtentiċità), u li jistgħu joħolqu diffikultà sabiex jkollhom aċċess għall-ġustizzja. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar mezzi sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku madwar l-UE tal-effetti ta’ dokumenti dwar l-istatus ċivili bil-għan li tipproponi miżuri tal-UE fl-2013[17].

    Id-dritt għal proċess ġust għat-tfal li huma soġġetti għal proċeduri kriminali jimplika l-ħarsien tal-privatezza, id-dritt li jiġu infurmati dwar l-akkużi u l-proċedimenti b'mod li huwa adattat għall-età u l-maturità tagħhom, l-assistenza legali u r-rappreżentaza legali. Dan huwa speċjalment importanti meta l-lingwa tal-proċedimenti ma tkunx il-lingwa materna tat-tfal. Fl-2010, l-UE adottat regoli dwar l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni li jiżguraw li l-persuni kollha, inklużi t-tfal, jirċievu informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom fil-proċedimenti b'mod li huma jistgħu jifhmuh[18]. Il-Kummissjoni ser issegwi l-aġenda tagħha bil-għan li ssaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali, inklużi t-tfal. Fl-2011 il-Kummissjoni se tressaq proposta li tinkludi regoli sabiex jiġi żgurat aċċess għal avukat u proposta dwar id-dritt għad-detenuti li jikkomunikaw mal-membri tal-familja tagħhom, persuni fdati, min iħaddimhom u l-awtoritajiet konsulari. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għal persuni suspettati jew akkużati li ma jistgħux jifhmu jew isegwu l-kontenut jew is-sinjifikat tal-proċedimenti, dan minħabba, pereżempju, l-età, il-kundizzjoni mentali jew il-kundizzjoni fiżika tagħhom. Fl-2012 il-Kummissjoni se tressaq proposta leġiżlattiva dwar salvagwardji speċjali għal persuni suspettati jew akkużati li huma vulnerabbli . Din il-miżura se tkun ta' importanza ewlenija sabiex tiġi żgurata ġustizzja li tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal.

    Tfal li ngħatatilhom sentenza ta' kustodja u li ntbagħtu fi strutturi għad-detenzjoni tal-kriminali jinsabu partikolarment f'riskju ta' vjolenza u maltrattament[19]. Fuq livell internazzjonali hemm bosta prinċipji ta' gwida dwar kif għandhom jiġu ttrattati tfal li tneħħitilhom il-libertà tagħhom[20]. Id-detenzjoni tat-tfal għandha tkun miżura aħħarija u għal perjodu qasir kemm jista' jkun iżda xieraq[21].

    It-tfal bosta drabi jipparteċipaw bħala xhieda jew vittmi vulnerabbli fi proċeduri kriminali ġudizzjarji . Huma jistgħu jiġu sfruttati f'attivitajiet kriminali, bħat-traffikar ta’ drogi illeċiti. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti prattiċi u legali sabiex jiġu evitati interrogazzjonijiet multipli, u sabiex titnaqqas l-esperjenza negattiva meta jkunu involuti fi proċedimenti krminali. Għandha tingħata l-opportunità lil vittmi li jkunu tfal li jkollhom parti attiva fil-proċedimenti krminali sabiex ix-xhieda tagħhom tiġi kkunsidrata. L-użu tal-għodda tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), u b’mod partikolari tal-vidjokonferenzi, jista’ jippermetti lill-vittmi li jkunu tfal jieħdu parti attiva fil-proċedimenti filwaqt li ma jitpoġġewx f'kuntatt dirett mal-persuni akkużati. Il-vittmi li jkunu vittmi għandhom jirċievu appoġġ xieraq li jippermettilhom jirkupraw u eventwalment jiġu kkompensati għal dak id-dannu li jkun ġie kkawżat lilhom.

    Azzjonijiet:

    Fil-kuntest tal-linji politiki tal-ġustizzja ċivili u kriminali tagħha, u skont l-Istrateġija tagħha dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissjoni se tikkontribwixxi sabiex is-sistemi ġudizzjarji fl-UE jieħdu aktar ħsieb l-interessi tat-tfal, speċjalment permezz:

    1. l-adozzjoni, fl-2011, ta' proposta għal Direttiva dwar id-drittijiet tal-vittmi li żżid l-livell tal-ħarsien tal-vittmi vulnerabbli, inklużi t-tfal;

    2. il-preżentazzjoni, fl-2012, ta' proposta għal Direttiva dwar salvagwardji speċjali għal persuni suspettati jew akkużati li huma vulnerabbli, inklużi t-tfal;

    3. ir-reviżjoni, sal-2013, tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tiffaċilita r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri bil-għan li jiġi żgurat, fl-interess tat-tfal, li d-deċiżjonijiet jistgħu jiġu rikonoxxuti u eżegwiti malajr kemm jista' jkun, inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment ta’ standards minimi komuni;

    4. il-promozzjoni tal-użu tal-Linji Gwida tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Novembru 2010 dwar ġustizzja li tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal[22] u t-teħid f’kunsiderazzjoni tagħhom fi strumenti legali futuri fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u kriminali;

    5. l-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ attivitajiet tat-taħriġ għall-imħallfin u professjonisti oħrajn fil-livell Ewropew fir-rigward tal-aħjar parteċipazzjoni tat-tfal fis-sistemi ġudizzjarji.

    Id-direzzjonar tal-azzjoni tal-UE lejn il-ħarsien tat-tfal meta jkunu vulnerabbli

    Ċerti kategoriji ta' tfal huma partikolarment vulnerabbli u jaffaċċjaw riskji kbar għall-ħajja u l-benesseri tagħhom minħabba fatturi soċjali, politiċi u ekonomiċi. Pereżempju, tfal li qegħdin jikbru fil-faqar u l-esklużjoni soċjali[23], bosta drabi flimkien ma' abbuż tad-droga, għandhom inqas possibbiltà li jmorru tajjeb fl-iskola u jgawdu minn saħħa fiżika u mentali tajba[24]. Hemm ukoll aktar possibbiltà li jispiċċaw f'kunflitt mas-sistema tal-ġustizzja. Il-ħtiġijiet tat- tfal f’risjku ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali se jiġu indirizzati f’Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar fost it-tfal, li se tagħti deskrizzjoni tal-prinċipji komuni u tipproponi għodda ta’monitoraġġ effettiv sabiex jiġi pprevenut u jiġi miġġieled il-faqar fost it-tfal fil-qafas tal-Pjattaforma kontra l-Faqar u l-Eskużjoni Soċjali.

    Tfal b'diżabbiltà huma wkoll aktar vulnerabbli għall-ksur tad-drittijiet tagħhom u jeħtieġu u jixraqilhom ħarsien speċjali[25].

    Il-benesseri tat-tfal jista’ jinkiseb biss f’soċjetà li hija ħielsa mill-vjolenza, abbuż u sfruttament tat-tfal. F’Marzu 2010, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti għal Direttivi li għandhom l-għan li jsaħħu l-qafas għall-ħarsien ta’ wħud mill-aktar tfal vulnerabbli, dawk li huma vittmi ta’ sfruttament sesswali jew ta’ traffikar . Fil-qasam tat-traffikar huwa importanti li l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal jitqiesu kompletament għall-iżvilupp ulterjuri tal-linja politika għat-traffikar, b’mod partikolari fi ħdan l-istrateġija integrata kontra t-traffikar tal-bnedmin li se tiġi adottata fl-2012.

    Fir-rigward tad-detenzjoni għal skopijiet amministrattivi ta’ tfal li qegħdin jitolbu asil , il-Kummissjoni ħadmet sabiex tressaq ’il quddiem il-proposti tagħha tal-2008 u tal-2009 li jemendaw il-liġi tal-UE dwar l-asil. Dawn il-proposti jipprojbixxu d-detenzjoni tat-tfal sakemm ma jkunx fl-aħjar interess tagħhom u biss wara li jiġu vvalutati l-alternattivi possibbli kollha b’mod eżawrjenti. Ġew introdotti wkoll numru ta' salvagwardji u garanziji proċedurali neċessarji dwar l-aċċess għall-istħarriġ ġudizzjarja u għar-rappreżentazzjoni legali. Fl-aħħar nett, il-proposti jipprovdu għal projbizzjoni ċara tad-detenzjoni ta' tfal li mhumiex akkumpanjati li qegħdin jitolbu l-asil.

    Il-Pjan ta' Azzjoni tal-2010 tal-Kummissjoni dwar Minorenni mhux Akkumpanjati[26] jipproponi approċċ komuni tal-UE għal tfal mhux akkumpanjati jew separati li jkunu ġejjin minn barra l-UE. Il-Pjan ta' Azzjoni jidentifika miżuri ta' akkoljenza u garanziji proċedurali li huma speċifiċi għat-tfal li għandhom japplikaw mill-mument li jinsabu t-tfal sakemm tinstab soluzzjoni dejjiema. Huwa jenfasizza wkoll l-importanza ta’ rappreżentanza xierqa tat-tfal, jipproponi azzjonijiet sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kura pprovduta lil tfal mhux akkumpanjati li jkunu qed jitolbu asil fl-UE[27] u li jiġi evitat l-għajbien ta' tfal mhux akkumpanjati li huma fil-kura tal-awtoritajiet pubbliċi.

    Professjonisti esperti u mħarrġa tajjeb jistgħu jipprevjenu problemi u jgħinu lit-tfal sabiex jaffaċċjaw it-trawma li jesperjenzjaw. Professjonisti li jaħdmu mat-tfal u għat-tfal għandhom jirċievu taħriġ xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet tat-tfal ta' gruppi differenti ta' età, kif ukoll dwar it-tip ta’ proċedimenti li huma adattati għalihom. Huma għandhom jitħarrġu wkoll fil-komunikazzjoni ma’ tfal ta' kull età u f’kull stadju ta' żvilupp, kif ukoll ma’ tfal f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabbiltà partikolari.

    Fl-2009, aktar minn 6 miljun żagħżugħ u żagħżugħa ħallew l-edukazzjoni u t-taħriġ , u spiċċaw b’edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas; 17.4% minnhom lestew biss l-edukazzjoni primarja. Din hija r-raġuni għaliex wieħed mill-għanijiet prinċipali stabbiliti mill-Kunsill Ewropew fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 huwa li jitnaqqas is-sehem ta’ dawk li jitilqu qabel mill-iskola għal inqas minn 10%. L-aċċess għal edukazzjoni u kura bikrija għat-tfal kollha huwa l-bażi għal tagħlim b’suċċess tul il-ħajja, l-integrazzjoni soċjali, l-iżvilupp personali u, aktar ’il quddiem, il-kapaċità li jiġu impjegati. Il-Kummissjoni diġà identifikat azzjonijiet ta’ politika u rakkomandazzjonijiet speċifiċi sabiex tindirizza t-tluq bikri mill-iskola[28]. Hija se tippromwovi wkoll inizjattivi f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri sabiex tinkoraġġixxi l-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, li jkunu ta' kwalità, tiġġieled kontra s-segregazzjoni fis-sistemi edukattivi u xxerred il-prattiki t-tajba.

    Is-sitwazzjoni tat- tfal Roma fl-UE hija partikolarment ta' tħassib, minħabba l-firxa ta' fatturi li jistgħu jagħmluhom partikolarment vulnerabbli u esposti[29] għal problemi ta' saħħa, ta’ akkomodazzjoni, ta’ nutrizzjoni, ta’ esklużjoni, ta’ diskriminazzjoni u ta’ vjolenza[30]. L-esklużjoni soċjali tat-tfal Roma hija bosta drabi konnessa man-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tat-twelid, parteċipazzjoni baxxa fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal jew f’edukazzjoni ogħla, tluq bikri mill-iskola, it-traffikar u sfruttament tax-xogħol. Is-segregazzjoni hija ostaklu kruċjali li jipprevjeni l-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità għat-tfal Roma.

    It-tfal jistgħu jisparixxu irrispettivament mill-età, sess u status soċjali. Ftit hemm għarfien dwar ir-raġunijiet għaliex it-tfal jaħarbu mid-dar jew mill-istituzzjonijiet fejn jgħixu, iżda nafu li r-riskji huma kbar ħafna: riskji għas-sigurtà, is-saħħa mentali u fiżika u l-benesseri tagħhom u għal ħajjithom. It-tfal li jisparixxu jistgħu jsofru vjolenza u abbuż; jistgħu jiġu ttraffikati jew jiġu esposti għal prostituzzjoni jew jispiċċaw jittalbu.

    Il-Kummissjoni identifikat numru ta' għodda li jistgħu jkunu ta’ għajnuna fil-każ ta’ tfal li jisparixxu. Xi Stati Membri[31] ilhom bosta snin jintroduċu sistemi ta' allert pubbliku f'każijiet ta' ħtif tat-tfal jew ta’ għajbien tat-tfal f'ċirkustanzi li jistgħu jkunu ta' riskju serju għas-sigurtà u l-benesseri tat-tfal ikkonċernati. Il-Kummissjoni, permezz ta' mekkaniżmi ta’ allert dwar tfal , se tkompli tippromwovi l-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-Istati Membri fil-każijiet ta' ħtif kriminali ta' tfal. Sabiex tiżdied il-kooperazzjoni f’dan il-qasam, f’Ġunju 2009, l-Istati Membri qablu dwar użu aħjar tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, u tal-Uffiċji SIRENE relatati, li huma bbażati f’kull Stat Membru, f’tiftix għal tfal li għebu. Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi għal dan il-proċess billi tadotta, sa Mejju 2011, verżjoni ġdida tal-Manwal SIRENE, fi ħdan Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Din ser tinkludi sett ta’ regoli u ta’ proċedimenti għal tali każijiet .

    Il-hotline 116 000 għat-tfal neqsin joffri għajnuna, appoġġ u possibbiltà ta’ sopravivenza għal tfal neqsin u l-ġenituri tagħhom. Minħabba r-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-hotline fil-livell tal-UE, fl-2010 l-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni[32] bl-iskop li tinkoraġixxi lill-Istati Membri jimplimentaw il-hotline għat-tfal neqsin bħala kwistjoni ta' prijorità u sabiex jiġi żgurat li l-istess livell għoli ta' kwalità jiġi offrut madwar l-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni se tissokta tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-hotline għat-tfal neqsin fl-Istati Membri kollha. Jekk mhux ser isir aktar progress f'perjodu raġonevoli, il-Kummissjoni se tikkunsidra li tressaq proposta leġiżlattiva sabiex tiżgura li l-hotline 116 000 jaħdem sewwa fl-Istati Membri kollha.

    It-tfal jistgħu jkunu wkoll partikolarment vulnerabbli fir-rigward tat-teknoloġija moderna. It-teknoloġiji onlajn jistgħu jġibu opportunitajiet uniċi għat-tfal u ż-żgħażagħ billi jipprovdu aċċess għall-għarfien u billi jippermettulhom li jibbenefikaw mit-tagħlim diġitali u jieħdu sehem fid-dibattitu pubbliku. It-tfal huma partikolarment vulnerabbli meta jiġu affaċċjati b’kontenut u mġiba dannużi, bħas- cyber-bullying u t- tħejjija b’qerq għal abbuż sesswali (grooming) , fil-midja awdjoviżiva u fuq l-Internet. It-tfal madwar l-Ewropa jixhdu li l- bullying fiżiku u emozzjonali fl-iskejjel huwa parti tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum[33]. Is-cyber-bullying ġie identifikat bħala manifestazzjoni moderna tal-bullying li titlob għal reazzjonijiet urġenti u għall-involviment tal-atturi rilevanti, bħal siti tal-internet ta’ netwerking soċjali, il-fornituri tal-internet u l-pulizija. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tat-tfal fuq l-internet , inkluża d-dejta personali tagħhom[34], filwaqt li tirrispetta kompletament id-dritt tagħhom li jkollhom aċċess għall-internet għall-benefiċċju tal-iżvilupp soċjali u kulturali tagħhom. Permezz tal-programm għal Internet Aktar Sikur[35], il-Kummissjoni tikkoordina u tappoġġja li sforzi sabiex tagħti s-setgħa u tħares lit-tfal onlajn. Bosta setturi tal-industrija tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ħadu sehem f’inizjattivi ta’ awtoregolazzjoni sabiex jiżdied il-ħarsien tat- tfal li jużaw telefoni ċellulari [36] u s- servizzi tan-netwerking soċjali [37] u permezz tas-sistema tal-ikklassifikar tal-Informazzjoni Pan-Ewropea dwar il-Logħob għal dak li jikkonċerna l- logħob vidjo u l-logħob onlajn [38]. Issa l-Kummissjoni se tesptendi t-talba tagħha għal azzjoni lil dawk li jimmanifatturaw apparati tat-telefon ċellulari u consoles tal-logħob, dawk li jipprovdu s-servizz tal-internet, dawk li jipprovdu l-applikazzjonijiet u l-kontenut tat-telefon ċellulari, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, ir-riċerkaturi u l-rganizzazzjonijiet dwar il-benessri tat-tfal.

    Il-Kummissjoni qiegħda tissorvelja mill-qrib it-traspożizzjoni tad- Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva [39] mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali tagħhom, li kellha ssir sad-19 ta’ Diċembru 2009. Id-Direttiva testendi l-istandards għall-ħarsien tat-tfal minn programmi tradizzjonali tat-TV għas-servizzi fuq talba tal-midja awdjoviżivi li qegħdin jiżdiedu b'rata mgħaġġla, partikolarment fuq l-Internet..

    Azzjonijiet:

    Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi sabiex tagħti s-setgħa u tħares lit-tfal meta jkunu vunerabbli, b’mod partikolari billi:

    6. tappoġġja l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-titjib fit-taħriġ ta’ tuturi, l-awtoritajiet pubbliċi u atturi oħrajn li huma f'kuntatt mill-qrib ma' tfal mhux akkumpanjati (2011-2014).

    7. tagħti attenzjoni partikolari lit-tfal fil-kuntest tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali tal-Integrazzjoni tar-Roma, li se jiġi adottat fir-Rebbiegħa tal-2011 u se tippromwovi b’mod partikolari l-użu aktar effiċjenti tal-fondi strutturali għall-integrazzjoni tar-Roma.

    8. tħeġġeġ bil-qawwa u tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri kollha sabiex tiżgura l-introduzzjoni rapida u t-tħaddim komplut tal-hotline 116 000 għat-tfal neqsin u għall-mekkaniżmi ta’ allert dwar tfal (2011-2012).

    9. tappoġġja lill-Istati Membri u l-partijiet interessati oħrajn sabiex isaħħu l-prevenzjoni, l-għoti ta’ setgħa u l-parteċipazzjoni tat-tfal sabiex japprofittaw kemm jistgħu minn teknoloġiji onlajn u jiġġieldu l-imġiba tas-cyber-bullying, il-kuntatt ma’ kontenut dannuż, u riskji onlajn oħrajn, b’mod partikolari permezz tal-programm għal Internet Aktar Sikur u l-kooperazzjoni mal-industrija permezz ta’ inizjattivi ta’ awtoregolazzjoni (2009-2014).

    It-tfal fl-azzjoni esterna tal-UE

    L-UE hija ddeterminata li tagħti prijorità lill- promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal ukoll fl-azzjoni esterna tagħha [40], inkluża l-kooperazzjoni ġudizzjarjafi kwistjonijiet ċivili f’ oqsma ta’ kompetenza tal-UE. Rigward dan, huwa kruċjali għall-UE li jkollha leħen wieħed sod fi kwistjonijiet esterni meta d-drittijiet tat-tfal ikunu involuti f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi sabiex tiġi żgurata azzjoni rapida u effettiva fejn xieraq. Il-linji politiki esterni tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal ser jitmexxew skont il-Komunikazzjkoni tal-2008 "Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE" u Pjan ta’ Azzjoni li kien jakkumpanjaha.

    L-UE hija impenjata bis-sħiħ sabiex telimina l-forom kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal. Kull sena madwar 200 miljun tifel u tifla madwar id-dinja huma xhieda ta' vjolenza domestika, aktar minn 200 miljun tifel u tifla madwar id-dinja huma soġġetti għal vjolenza sesswali, aktar minn 50 000 tifel u tifla jmutu bħala riżultat ta’ omiċidju, u sa 2 miljun tifel u tifla jiġu trattati fl-isptarijiet għal feriti relatati mal-vjolenza. L-UE se tissokta l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li bħalissa qegħdin jiffukaw fuq il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza kontra t-tfal . Sal-aħħar tal-2011, l-UE se tivvaluta l-implimentazzjoni tal-Linji Gwidi sa mill-2007. Il-programm tematiku “Ninvestu fin-Nies” jaħseb għall-finanzjament għal proġetti mmirati sabiex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra t-tfal fis-snin 2011-2013.

    Aktar minn 200 miljun tifel u tifla madwar id-dinja huma involuti f’ xogħol mit-tfal u numru inkredibbli ta’ mill-inqas 115 miljun, huma soġġetti għall-agħar forom ta’ dan it-tip ta’ xogħol. L-UE se tissokta bl-isforzi tagħha sabiex tiġġieled ix-xogħol mit-tfal, f’konformità mal-konklużjonijiet tad-Dokument tal-Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-2010 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ix-Xogħol mit-Tfal. Sal-aħħar tal-2011 l-UE se tħejji rapport dwar l-agħar forom ta' xogħol mit-tfal u ta’ kummerċ tat-tfal, filwaqt li tqis l-esperjenza internazzjonali u l-opinjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. Fl-2011, l-UE se tagħżel proġetti li jiffukaw fuq ix-xogħol mit-tfal f’pajjiżi terzi taħt il-programm tematiku “Ninvestu fin-Nies”.

    It-tfal f’kunflitti armati [41] huma partikolarment vulnerabbli, speċjalment meta jkunu tilfu jew ġew separati mill-ġenituri tagħhom jew min-nies li jieħdu ħsiebhom. It-tfal huma esposti għal riskji ta’ reklutaġġ minn gruppi armati, ta’ abbuż sesswali u ta’ sfruttar jew traffikar. Huma jsofru b’mod sproporzjonat minn nutriment ħażin u minn mard minħabba li huma mċaħħda minn aċċess għas-servizzi soċjali bażiċi, kura tas-saħħa u edukazzjoni. Fi kwalunkwe ħin, huwa stmat li 300 000 tifel u tifla huma assoċjati ma’ forzi u gruppi armati, l40% fosthom bniet. L-UE se tissokta l-ħidma tagħha dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet tat-tfal f’kunflitti armati jew affetwati minnhom abbażi tal-azzjonijiet konkreti li jinsabu fl-Istrateġija ta' Implimentazzjoni tal-2010 għal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal f’Kunflitti Armati.

    It-turiżmu għas-sess li jinvolvi t-tfal irid jiġi eradikat. Dan il-fenomenu huwa parti minn industrija tas-sess organizzata li tinkludi l-prostituzzjoni, it-traffikar tal-bnedmin, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ pronogrofija tat-tfal u l-isfruttar tat-tfal minn trasgressuri sesswali li jivvjaġġaw. Peress li ftit minn dawn it-trasgressuri sesswali li jivvjaġġaw jaffaċċjaw konsegwenzi legali fil-pajjiżi ta’appartenenza rispettivi tagħhom fl-UE, għandha tittieħed azzjoni sabiex jiżdied l-għadd ta’ investigazzjonijiet u ta’ prosekuzzjonijiet fi ħdan l-UE għal reati li jitwettqu barra mill-UE.

    L-UE se tkompli ssegwi djalogu politiku ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex iżommu u jtejbu r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Bħala parti mill- politika ta’ tkabbir tagħha, l-UE se tkompli tipromwovi r-riforma tal-ħarsien tat-tfal u se tissorvelja mill-qrib il-progress dwar id-drittijiet tat-tfal matul il-proċess ta’ adeżjoni fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b’mod partikolari rigward it-tfal minn minoranzi etniċi u gruppi marġinalizzati, bħar-Roma, li ġew identifikati bħala partikolarment vulnerabbli.

    Il-kooperazzjoni bilaterali ma’ pajjiżi terzi se tiġi strutturata madwar miżuri bħal żieda fil-programmi ta’ żvilupp iffukati fuq id-drittijiet tat-tfal sabiex, pereżempju, jingħata appoġġ għal strutturi u istituzzjonijiet nazzjonali aktar b’saħħithom, inkluż l-żvilupp ta’ istituzzjonijiet indipendenti dwar id-drittijiet tat-tfal, il-promozzjoni ta’ riformi leġiżlattivi b’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal permezz tal- istrumenti tal-kummerċ u tan-negozjati internazzjonali .

    Fil-kooperazzjoni multilaterali l-UE se tissokta bl-appoġġ tagħha għal inizjattivi internazzjonali, inkluża l-preżentazzjoni ta' riżoluzzjonijiet fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Hija se tintensifika wkoll il-koordinazzjoni mal-partijiet interessati internazzjonali.

    Fil-każ tal-għajnuna umanitarja l-UE se tissokta u ser żżid l-appoġġ tagħha għal proġetti u attivitajiet li huma direttament immirati lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal f’emerġenzi skont il-linji stabbiliti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-2008 tal-Persunal dwar "Tfal f'Sitwazzjonijiet ta' Emerġenza u ta' Kriżi"[42].

    Azzjoni:

    10. L-UE se tissokta bl-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-2007 tal-UE dwar il-Ħarsien u l-Promozzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal[43] li bħalissa qegħdin jiffukaw fuq il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza kontra t-tfal. L-UE se tivvaluta wkoll l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida. L-UE se timplimenta l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati[44] abbażi tal-Istrateġija ta' Implimentazzjoni Riveduta tal-2010.

    PARTEċIPAZZJONI TAT-TFAL U SENSIBILIZZAZZJONI

    Ir-riżultati ta’ żewġ stħarrigiet tal-Ewrobarometru tal-2008 u tal-2009 wrew li 76 % mit-tfal[45] li ġew intervistati ma kinux jafu li għandhom drittijiet u 79 % ma kinux jafu lil min kellhom jikkuntattjaw f’każ ta’ emerġenza. Meta ġew mistoqsija liema azzjoni għandha tieħu l-UE sabiex tippromwovi u tħares d-drittijiet tat-tfal, 88 % minn dawk li wieġbu indikaw li l-UE għandha tagħti aktar informazzjoni b’mod aċċessibbli lit-tfal dwar id-drittijiet tagħhom.

    Ir-rikonoxximent sħiħ tad-drittijiet tat-tfal ifisser li t-tfal trid tingħatalhom l-opportunità li jagħtu l-opinjonijiet tagħhom u li jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jaffetwawhom. L-Artikolu 24(1) tal-Karta jeħtieġ li l-UE tqis l-opinjonijiet tat-tfal fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernawhom skont l-età u l-maturità tagħhom.

    Il-passi li ttieħdu s’issa mill-Kummissjoni sabiex tikkonsulta u tisma’ lit-tfal[46] huma punt ta’ tluq sabiex jiġu pprovduti possibbiltajiet għal parteċipazzjoni akbar tat-tfal fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u linji politiki li jaffetwawhom, bħal pereżempju linji politiki dwar l-edukazzjoni, is-saħħa jew l-ambjent. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tibbaża fuq l-opinjoni esperta tal-Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal u se tissokta sabiex taħdem ma’ dan il-Forum u mal-Ombudspersons għat-tfal u msieħba rilevanti oħrajn f’dan il-qasam.

    Sabiex ikun hemm informazzjoni aħjar u aktar effettiva għat-tfal dwar id-drittijiet tagħhom u linji politiki rilevanti tal-UE, huma meħtieġa l-konsolidazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-għodda ta' informazzjoni eżistenti. Bħalissa l-informazzjoni li tiffoka fuq it-tfal li tinsab fuq il-portal elettroniku tal-UE, l-EUROPA, hija disponibbli permezz tal- Links faċli għat-tfal [47] u r- Rokna tal-Għalliema [48]. Dawn il-links jagħtu aċċess għal materjal ipprovdut mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE li huwa rilevanti għat-tfal. Ħafna mill-materjal aċċessibbli minn dawn il-paġni elettroniċi jinsabu wkoll fil-websajts individwali tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jew fil-websajts ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE. Madankollu, bħalissa hemm nuqqas ta’ informazzjoni komprensiva, ikkonsolidata u faċilment aċċessibbli dwar id-drittijiet tat-tfal u dwar il-linji politiki tal-UE li huma rilevanti għat-tfal.

    Azzjoni:

    11. Il-Kummissjoni se twaqqaf, matul l-2011, punt tad-dħul uniku għall-portal EUROPA b’informazzjoni għat-tfal dwar l-UE u dwar id-drittijiet tat-tfal. Dan il-punt tad-dħul uniku se jipprovdi aċċess faċli għal informazzjoni li tista’ tinftiehem minn tfal ta' gruppi ta’ età differenti u jista’ jintuża mill-ġenituri u mill-għalliema sabiex isibu informazzjoni u materjali ta’ tagħlim. Il-Kummissjoni se tistieden istituzzjonijiet oħrajn tal-UE sabiex jingħaqdu f’din l-inizzjattiva.

    KONKLUżJONI

    B’din l-Aġenda tal-UE dwar id-drittijiet tat-Tfal, il-Kummissjoni qed titlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex iġeddu l-impenn tagħhom sabiex iżidu l-isforzi tagħhom għall-ħarsien u fil-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal. L-azzjoni tal-UE għandha tkun eżemplari fl-iżgurar tar-rispett tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-UNCRC fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal. Il-Kummissjoni se tirrevedi b’mod regolari l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Aġenda tal-UE dwar id-drittijiet tat-Tfal fir-Rapport Annwali tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Karta.

    Kif inhu enfasizzat fl-Istrateġija Ewropa 2020, l-effetti fit-tul fil-każ li ma jsirx biżżejjed investiment fil-linji politiki li jaffetwaw it-tfal jista’ jkollhom impatt profond fuq is-soċjetajiet tagħna. Ħafna minn dawn il-linji politiki jeħtieġu azzjoni determinata mill-Istati Membri, u l-Kummissjoni lesta li toffri l-appoġġ u l-kooperazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni se tissokta tagħmel il-parti tagħha fi sforzi konġunti sabiex tinkiseb il-benesseri u s-sigurtà tat-tfal kollha. Huwa meħtieġ impenn imġedded mill-atturi kollha sabiex tingħata l-ħajja lill-viżjoni ta’ dinja fejn it-tfal ikunu tfal u jkunu jistgħu jgħixu, jilagħbu, jitgħallmu, jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom u jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet eżistenti kollha.

    [1] Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 83, 30.3.2010, p. 389-403.

    [2] Disponibbli fuq: http://www2.ohchr.org/english/law/crc.htm. Protokoll Fakultattiv tal-UNCRC dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati ġie rratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE minbarra l-Estonja. Il-Protokoll Fakultattiv dwar il-Bejgħ tat-Tfal, il-Prostituzzjoni tat-Tfal u l-Pornografija tat-Tfal ġie rratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE minbarra r-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Lussemburgu u Malta.

    [3] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Lejn Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, COM(2006) 367 finali, disponibbli fuq:http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2006:0367:FIN:EN:PDF

    [4] Il-Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Grupp ta’ Tmexxija tiegħu; Grupp ta' Interservizz tal-Kummissjoni; Koordinatur tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

    [5] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, COM(2010) 2020 finali, disponibbli fuq:http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:2020:FIN:EN:PDF.

    [6] Flimkien mal-konsultazzjoni pubblika, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/news/consulting_public/news_consulting_0009_en.htm din il-Komunikazzjoni hija bbażata wkoll fuq ir-riżultati ta' konsultazzjoni mmirata ma' esperti minn oqsma politiki speċifiċi.

    [7] Studju Kwalitattiv tal-Ewrobarometru fuq id-Drittijiet tat-Tfal, Ottubru 2010, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/quali/ql_right_child_sum_en.pdf

    [8] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2008 (2007/2093 INI). Lejn Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P6-TA-2008-0012.

    [9] Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Il-kooperazzjoni lokali u reġjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal fl-Unjoni Ewropea", ĠU C 267, 1.10.2010, p. 46–51; Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Drittijiet tat-Tfal, ĠU C 146, 30.6.2007, p. 58–62.

    [10] Reazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa rigward id-dokument ta' Konsultazzjoni: Konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tat-Tfal, disponibbli fuq: http://www.coe.int/T/TransversalProjects/Children/News/EU%20Consultation%20paper%20final_en.pdf

    [11] Il-Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal — imwaqqaf mill-Kummissjoni taħt il-Presidenzja Ġermaniża fl-2007 – ilaqqa’ flimkien ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew, il-Kunsill tal-Ewropa, l-UNICEF, l-osservatorji nazzjonali dwar it-tfulija, l-Ombudspersons għat-tfal, is-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħrajn.

    [12] Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, COM (2010) 573 finali, 19 ta' Ottubru 2010, disponibbli fuq:http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0573:FIN:EN:PDF

    [13] L-iżvilupp ta' indikaturi għall-ħarsien, ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-Unjoni Ewropea, disponibbli fuq:http://fra.europa.eu/fraWebsite/attachments/RightsofChild_summary-report_en.pdf.

    [14] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma' COM(2010) 171 finali http://ec.europa.eu/justice/news/intro/doc/com_2010_171_en.pdf.

    [15] Artikolu 24(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    [16] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1–29)

    [17] Green Paper tal-Kummissjoni dwar Inqas proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini: Il-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tad-dokumenti pubbliċi ur-rikonoxximent tal-effetti ta’ atti ta’ stat ċivili, COM (2010) 747 finali, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/policies/civil/docs/com_2010_747_en.pdf

    [18] Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1–7

    [19] Pinheiro, P. ‘World Report on Violence Against Children’, In-Nazzjonijiet Uniti, Ġinevra, 2006, p. 195–199. Disponibbli fuq: http://www.unviolencestudy.org/.

    [20] Ara, pereżempju r-Regoli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ħarsien tal-Minorenni Mċaħħda mil-Libertà tagħhom, adottati mir-Riżoluzzjoni 45/113 tal-Assemblea Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 1990, disponibbli fuq: http://www2.ohchr.org:80/english/law/res45_113.htm; Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Rec(2006)2 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati membri dwar ir-Regoli Ewropej tal-Ħabsijiet,,il-11 ta' Jannar 2006,disponibbli fuq: https://wcd.coe.int/ViewDoc.jsp?id=955747.

    [21] L-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal

    [22] Linji Gwida tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Ġustizzja Li Tieħu Ħsieb l-Interessi tat-Tfal – Adottati mill-Kumitat tal-Ministri tas-17 ta' Novembru 2010, disponibbli fuq: https://wcd.coe.int/wcd/ViewDoc.jsp?id=1705197&Site=CM

    [23] Ara r-rapport tad-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni dwar il-faqar u l-benesseri tat-Tfal fl-UE: Stat attwali u ħarsa ’l quddiem, it-28 ta' Frar 2008, disponibbli fuq:http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=751&langId=en&pubId=74&type=2&furtherPubs=yes

    [24] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Solidarjetà fis-Saħħa: It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-Settur tas-Saħħa fl-UE ", COM (2009) 567 finali, disponibbli fuq:. http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/socio_economics/documents/com2009_en.pdf.

    [25] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli, COM (2010) 636 finali, disponibbli fuq:http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0636:FIN:EN:PDF

    [26] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Pjan ta' Azzjoni dwar Minorenni Mhux Akkumpanjati (2010–2014) SEC(2010)213 finalihttp://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0213:FIN:EN:PDF.

    [27] Rapport mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, Tfal separati u li qegħdin ifittxu l-asil fl-Istati Membri tal-UE, April 2010.

    [28] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Nindirizzaw il-problema tal-waqfien mill-iskola qabel iż-żmien Kontribut ewlieni għall-Aġenda tal-Ewropa 2020, COM(2011)18 finali, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/education/school-education/doc/earlycom_en.pdf

    [29] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Nuqqas ta’ diskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs: Impenn imġedded COM(2008) 420 finali, disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2008:0420:FIN:EN:PDF .

    [30] Jingħelbu l-ostakli: In-nisa Roma u l-aċċess għall-kura tas-saħħa pubblika. Rapport minn dak li kien iċ-Ċentru Ewropew tal-UE għall-Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija (issa huwa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali), 2003.

    [31] S'issa, is-sistema ta' allert dwar it-tfal twaqqfet fi tmien Stati Membri: il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Franza, il-Lussemburgu, il-Belġju, il-Greċja, il-Ġermanja u r-Renju Unit.

    [32] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ċempel 116000: il-hotline Ewropew għat-tfal mitlufa" COM(2010) 674, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/policies/children/docs/com_2010_674_en.pdf.

    [33] Studju Kwalitattiv tal-Ewrobarometru fuq id-Drittijiet tat-Tfal, Ottubru 2010, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/quali/ql_right_child_sum_en.pdf

    [34] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija komprensiva dwar il-ħarsien tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea, COM(2010)609 finali, punt 2.1.2., disponibbli fuq:http://ec.europa.eu/justice/news/consulting_public/0006/com_2010_609_en.pdf

    [35] Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni, ĠU L 348, 24.12.2008, p. 118-127.”

    [36] http://ec.europa.eu/information_society/activities/sip/docs/mobile_2005/europeanframework.pdf.

    [37] http://ec.europa.eu/information_society/activities/social_networking/docs/sn_principles.pdf.

    [38] http://www.pegi.info/

    [39] Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1-24.

    [40] Il-Komunikazzjoni tal-2006 Lejn Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal wasslet għall-iżvilupp ta’ qafas ta’ politika komprensiva fl-azzjoni esterna tal-UE, inklużi l-Komunikazzjoni "Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE" u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li kien jakkampunjaha dwar "Tfal f'Sitwazzjonijiet ta' Emerġenza u ta' Kriżi" (2008), il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (2007), il-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati (2003, aġġornata fl-2008), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tfal f’Kuntest ta’ Żvilupp u Umanitarju (2008) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ix-Xogħol mit-Tfal (2010).

    [41] Fl-aħħar għaxar snin biss, huwa stmat li inqatlu aktar minn 2 miljun tifel u tifla f’kunflitti armati u li ġew immankati fiżikament 6 miljuni oħra, filwaqt li 20 miljun tifel u tifla ġew spustati jew huma refuġjati u miljun ieħor sfaw iltima minħabba kunflitti.

    [42] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE, COM (2008) 55 finali, disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2008:0055:FIN:EN:PDF

    [43] Disponibbli fuq: http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cmsUpload/16031.07.pdf

    [44] Disponibbli fuq: http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cmsUpload/10019.en08.pdf

    [45] Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_235_en.pdf uhttp://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_273_en.pdf.

    [46] Studju Kwalitattiv tal-Ewrobarometru fuq id-Drittijiet tat-Tfal, Ottubru 2010, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/quali/ql_right_child_sum_en.pdf

    [47] http://europa.eu/quick-links/eu-kids/index_en.htm

    [48] http://europa.eu/teachers-corner/index_en.htm

    Top