|
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa
|
Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa)
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet għall-elenkar
|
Data tal-elenkar
|
|
“11.
|
Aliaksandr Valerievich BYKAU
Alexander (Alexandr) Valerievich BYKOV
|
Аляксандр Валер’евiч БЫКАЎ
Александр Валерьевич БЫКОВ
|
Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni, eks Kmandant tal-Unità Speċjali ta’ Reazzjoni Rapida (SOBR), Logutenent Kurunell
Sess: raġel
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kmandant tal-Unità Speċjali ta’ Reazzjoni Rapida (SOBR) tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-SOBR wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi.
Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni.
|
2.10.2020
|
|
39.
|
Sviatlana Piatrouna KATSUBA
Svetlana Petrovna KATSUBO
|
Святлана Пятроўна КАЦУБА
Светлана Петровна КАЦУБО
|
Pożizzjoni(jiet): President tal-Istudji Umanistiċi Soċjali u d-Dixxiplini Legali fl-Università Teknika Statali ta’ Gomel/Homyel, eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)
Data tat-twelid: 6.8.1959
Post tat-twelid: Podilsk, Odessa Region/Oblast, eks USSR (issa Ukraine)
Sess: mara
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, fil-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.
B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.
Hija għadha attiva fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-President tal-Istudji Umanistiċi Soċjali u d-Dixxiplini Legali fl-Università Teknika Statali ta’ Gomel/Homyel.
|
2.10.2020
|
|
41.
|
Igar Anatolievich PLYSHEUSKI
Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY
|
Iгар Анатольевiч ПЛЫШЭЎСКI
Игорь Анатольевич ПЛЫШЕВСКИЙ
|
Pożizzjoni(jiet): Direttur Maniġerjali ta’ OOO Bergia Group, eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)
Data tat-twelid: 19.2.1979
Post tat-twelid: Lyuban, eks USSR (issa Belarus)
Sess: raġel
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa kien responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, fil-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.
B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.
Għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala d-Direttur Maniġerjali ta’ OOO Bergia Group.
|
2.10.2020
|
|
43.
|
Aleh Leanidavich SLIZHEUSKI
Oleg Leonidovich SLIZHEVSKI
|
Алег Леанiдавiч СЛIЖЭЎСКI
Олег Леонидович СЛИЖЕВСКИЙ
|
Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Legali tal-Kumitat Permanenti tal-Istat tal-Unjoni tal-Belarussja u r-Russja, eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)
Data tat-twelid: 16.8.1972
Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks USSR (issa Belarus)
Sess: raġel
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa kien responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, fil-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.
B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.
Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Legali tal-Kumitat Permanenti tal-Istat tal-Unjoni tal-Belarussja u r-Russja.
|
2.10.2020
|
|
44.
|
Irina Aliaksandrauna TSELIKAVETS
Irina Alexandrovna TSELIKOVEC
|
Iрына Аляксандраўна ЦЭЛIКАВЕЦ
Ирина Александровна ЦЕЛИКОВЕЦ
|
Pożizzjoni(jiet): Eks Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)
Data tat-twelid: 2.11.1976
Post tat-twelid: Zhlobin, eks USSR (issa Belarus)
Sess: mara
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija kienet responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tas-CEC, fil-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni.
B’mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta’ ċerti kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta’ raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata.
|
2.10.2020
|
|
67.
|
Genadz Andreevich BOGDAN
Gennady Andreievich BOGDAN
|
Генадзь Андрэевiч БОГДАН
Геннадий Андреевич БОГДАН
|
Pożizzjoni(jiet): Eks Viċi Kap tad-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President tal-Belarussja
Data tat-twelid: 8.1.1977
Sess: raġel
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President tal-Belarussja, huwa jissorvelja l-funzjonament ta’ bosta intrapriżi. Il-korp taħt it-tmexxija tiegħu jipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u tekniku, soċjali, domestiku u mediku lill-apparat tal-istat u l-awtoritajiet repubblikani. Huwa assoċjat mill-qrib mal-President u għadu jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.
|
17.12.2020
|
|
68.
|
Ihar Paulavich BURMISTRAU
Igor Pavlovich BURMISTROV
|
Iгар Паўлавiч БУРМIСТРАЎ
Игорь Павлович БУРМИСТРОВ
|
Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni
Data tat-twelid: 30.9.1968
Sess: raġel
|
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija preċedenti tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mit-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.
Huwa għadda għar-riżerva militari. Huwa għandu d-dritt jilbes uniformi u insinja militari.
|
17.12.2020
|
|
69.
|
Arciom Kanstantinavich DUNKA
Artem Konstantinovich DUNKO
|
Арцём Канстанцiнавiч ДУНЬКА
Артем Константинович ДУНЬКО
|
Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Uffiċċju tar-Reġjun/Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, eks Spettur Għoli għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat
Data tat-twelid: 8.6.1990
Sess: raġel
|
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija preċedenti tiegħu bħala Spettur Għoli għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari investigazzjonijiet imnedija dwar il-mexxejja u l-attivisti tal-oppożizzjoni.
Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Viċi Kap tal-Uffiċċju tar-Reġjun/Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat.
|
17.12.2020
|
|
75.
|
Siarhei Leanidavich KALINNIK
Sergei Leonidovich KALINNIK
|
Сяргей Леанiдавiч КАЛИННИК
Сергей Леонидович КАЛИННИК
|
Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Pulizija Kriminali fid-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk, eks Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk
Data tat-twelid: 23.7.1979
Sess: raġel
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.
Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ dimostranti detenuti illegalment.
Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-Viċi Kap tal-Pulizija Kriminali fid-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk.
|
17.12.2020
|
|
87.
|
Aliaksandr Vasilevich SHAKUTSIN
Aleksandr Vasilevich SHAKUTIN
|
Аляксандр Васiльевiч ШАКУЦIН
Александр Васильевич ШАКУТИН
|
Pożizzjoni(jiet): Negozjant, president tal-bord tad-diretturi ta’ Amkodor holding, azzjonist ta’ SV Maschinen GmbH, UAB EM System, Anulatrans SIA, Amkodor-Tsentr, OOO Iskamed, OOO PMI Inzhiniring
Data tat-twelid: 12.1.1959
Post tat-twelid: Bolshoe Babino, Orsha Rayon, Vitebsk/Viciebsk Region/Oblast, qabel il-USSR (illum Belarus)
Sess: raġel
|
Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-bini tal-magni, tal-agrikoltura u oħrajn.
Huwa rrappurtat li huwa wieħed mill-persuni li bbenefikaw l-aktar mill-privatizzazzjoni matul il-mandat ta’ Lukashenka bħala President. Huwa wkoll eks membru tal-presidju tal-assoċjazzjoni pubblika favur Lukashenka “Belaya Rus” u eks membru tal-Kunsill għall-Iżvilupp tal-Intraprenditorija fir-Repubblika tal-Belarussja.
F’Lulju 2020 għamel kummenti pubbliċi li kkundannaw il-protesti tal-oppożizzjoni fil-Belarussja, u b’hekk appoġġa l-politika ta’ repressjoni tar-reġim ta’ Lukashenka lejn dimostranti paċifiċi, l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.
Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.
Huwa għad għandu interessi kummerċjali fil-Belarussja.
|
17.12.2020
|
|
117.
|
Aliaksandr Henadzevich BAKHANOVICH
Aleksandr Gennadevich BAKHANOVICH
|
Аляĸсандр Генадзевiч БАХАНОВIЧ
Алеĸсандр Геннадьевич БАХАНОВИЧ
|
Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Ministru għall-Edukazzjoni, eks Rettur tal-Università Teknika Statali ta’ Brest
Data tat-twelid: 1972
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussa
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala r-Rettur tal-Università Teknika Statali ta’ Brest, li l-ħatra tiegħu ġiet approvata minn Alexander Lukashenka, Aliaksandr Bakhanovich kien responsabbli għad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-università li tkeċċi lil studenti talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi. L-ordnijiet ta’ tkeċċija saru wara s-sejħa ta’ Lukashenka fis-27 ta’ Ottubru 2020 biex jitkeċċew mill-universitajiet l-istudenti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti u strajks. F’Jannar 2023, Aliaksandr Bakhanovich inħatar l-Ewwel Viċi Ministru għall-Edukazzjoni tar-Repubblika tal-Belarussja.
Hu għaldaqstant responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u qed jappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka.
|
21.6.2021
|
|
147.
|
Siarhei Uladzimiravich USHAKOU
Sergei Vladimirovich USHAKOV
|
Сяргей Уладзiмiравiч УШАКОЎ
Сергей Владимирович УШАКОВ
|
Pożizzjoni(jiet): Kap, eks Deputat Kap, tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Frunzensky ta’ Minsk
Data tat-twelid: 22.8.1980
Post tat-twelid: Minsk, eks USSR (issa Belarus)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussa
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Frunzensky ta’ Minsk, li jissorvelja l-pulizija kriminali, Siarhei Ushakou kien responsabbli mill-azzjonijiet tas-subordinati tiegħu, speċjalment it-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fil-konfront ta’ ċittadini detenuti fid-Distrett ta’ Frunzensky wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi. L-uffiċjali taħt is-superviżjoni diretta ta’ Ushakou użaw it-tortura fil-konfront tad-detenuti.
Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
Attwalment, huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Frunzensky ta’ Minsk.
|
|
|
161.
|
Ihar Uladzimiravich HOLUB
Igor Vladimirovich GOLUB
|
Iгар Уладзiмiравiч ГОЛУБ
Игорь Владимирович ГОЛУБ
|
Pożizzjoni(jiet): Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni, eks Kmandant tal-Forza tal-Ajru u d-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati
Data tat-twelid: 19.11.1967
Post tat-twelid: Chernigov, Chernigovskaya oblast, eks USSR (issa Ukraine)
Sess: Raġel
Nazzjonalità: Belarussa
Grad: Maġġur Ġeneral
Numru tal-passaport tal-BY: KH2187962
Identifikazzjoni personali: 3191167E003PB1
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub kien responsabbli għad-deċiżjoni meħuda mill-Kmand tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru, fuq struzzjonijiet ta’ Lukashenka, li jibgħat inġenji tal-ajru militari biex jeskorta l-inżul furzat tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 fl-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021.
Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan li twassal għall-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.
Wara l-inċident, Ihar Holub għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mad-Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport tal-Belarussja Artem Sikorsky li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi.
Għaldaqstant hu responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, u qed jappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka.
Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala d-Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja.
|
21.6.2021
|
|
163.
|
Leanid Mikalaevich CHURO
Leonid Nikolaevich CHURO
|
Леанiд Мiкалаевiч ЧУРО
Леонид Николаевич ЧУРО
|
Pożizzjoni(jiet): President tal-Federazzjoni Repubblikana taċ-Ċess – Assoċjazzjoni Pubblika "Belarusian Chess Federation", eks Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA
Data tat-twelid: 08.7.1956
Sess: Raġel
Nazzjonalità: Belarussa
Numru tal-passaport tal-BY: P4289481
Identifikazzjoni personali: 3080756A068PB5
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA, Leanid Churo huwa responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta’ Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta’ Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan li twassal għall-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.
Għaldaqstant huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala l-president tal-Federazzjoni Repubblikana taċ-Ċess - Assoċjazzjoni Pubblika "Belarusian Chess Federation".
|
21.6.2021
|
|
165.
|
Artsiom Igaravich SIKORSKI
Artem Igorevich SIKORSKIY
|
Арцём Iгаравiч СIКОРСКI
Артем Игоревич СИКОРСКИЙ
|
Pożizzjoni(jiet): Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA, eks Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni
Data tat-twelid: 1983
Post tat-twelid: Soligorsk, Reġjun/Oblast ta’ Minsk, eks USSR (issa Belarussja)
Sess: Raġel
Nazzjonalità: Belarussa
Numru tal-passaport tal-BY: MP3785448
Identifikazzjoni personali: 3240483A023PB7
|
Fil-kapaċità preċedenti tiegħu bħala Direttur tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Belarussja, Artsiom Sikorski kien responsabbli għall-ġestjoni tal-istat fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u s-superviżjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Għalhekk huwa responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn Minsk fit-23 ta’ Mejju 2021 mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Din id-deċiżjoni politikament motivata kellha l-għan li twassal għall-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalist tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta’ repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika tal-Belarussja.
Wara l-inċident, huwa għamel dikjarazzjonijiet għall-istampa flimkien mal-Kmandant tal-Forza tal-Ajru u l-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja, Ihar Holub, li jiġġustifikaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Belarussi.
Għaldaqstant hu responsabbli għal repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u qed jappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka.
Huwa għadu attiv fir-reġim ta’ Lukashenka bħala d-Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA.
|
21.6.2021
|
|
168.
|
Anatol Piatrovich LAPO
Anatoliy Petrovich LAPPO
|
Анатоль Пятровiч ЛАПО/ЛАППО
Анатолии Петрович ЛАППО
|
Pożizzjoni(jiet): eks Logutenent Ġeneral u President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri tar-Repubblika tal-Belarussja (maħtur fid-29 ta’ Diċembru 2016), Delegat Kap fil-Fruntieri tal-Istat
Data tat-twelid: 24.5.1963
Post tat-twelid: Kulakovka, Mogilev Region/Oblast, eks USSR (issa Belarus)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussa
Numru tal-passaport: MP4098888
Identifikazzjoni personali: 3240563K033PB5
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, Anatol Lapo kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-korpi ta’ kontroll fuq il-fruntiera taħt il-kmand tiegħu, f’liema korpi l-gwardjani tal-fruntiera ġew dokumentati li qed jidderieġu, jiggwidaw jew jisfurzaw lill-migranti jaqsmu illegalment il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Istati Membri tal-Unjoni, u li n-nuqqas intenzjonat tagħhom li jwettqu dmirijiethom sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu dik il-fruntiera.
Huwa għaldaqstant responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mir-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.
Huwa għadda fir-riżerva militari f’Mejju 2023.
|
2.12.2021
|
|
169.
|
Kanstantsin Henadzevich MOLASTAU
Konstantin Gennadevich MOLOSTOV
|
Канстанцiн Генадзьевiч МОЛАСТАЎ
Константин Геннадьевич МОЛОСТОВ
|
Pożizzjoni(jiet): Kurunell, President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, eks Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno (maħtur fl-1 ta’ Ottubru 2014), Unità Militari 2141, Delegat fil-Fruntieri tal-Istat
Data tat-twelid: 30.5.1970
Post tat-twelid: Krasnoarmeysk, Saratov Region, Russian Federation
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussa
Numru tal-passaport: KH2479999
Identifikazzjoni personali: 3300570K025PB3
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno, Kanstantsin Molastau kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Grodno li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni.
Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.
Huwa nħatar minn Lukashenka bħala l-President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri.
|
2.12.2021
|
|
171.
|
Ihar Mikalaevich GUTNIK
Igor Nikolaevich GUTNIK
|
Iгар Мiкалаевiч ГУТНIК
Игорь Николаевич ГУТНИК
|
Pożizzjoni(jiet): Kurunell, Viċi President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri, eks Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest
Data tat-twelid: 17.12.1974
Post tat-twelid: Village of Zabolotye, Smolevichi District, Minsk Region/Oblast, eks USSR (issa Belarus)
Indirizz: 90 Heroes of Defense of the Brest Fortress St., 224018, Brest, Belarus
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussa
Numru tal-passaport: BM1962867
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest, Ihar Gutnik, li fl-2018 sar deputat fil-Kunsill Reġjonali ta’ Brest bħala wieħed mill-kandidati leali għal Lukashenka, kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni.
Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.
Huwa nħatar minn Lukashenka bħala l-Viċi President tal-Kumitat tal-Istat għall-Fruntieri.
|
2.12.2021
|
|
173.
|
Maksim Viktaravich BUTRANETS
Maxim Viktorovich BUTRANETS
|
Максiм Вiктаравiч БУТРАНЕЦ
Максим Викторович БУТРАНЕЦ
|
Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest, eks Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon, Unità Militari 2044 (maħtur f’Marzu 2018), Delegat fil-Fruntieri tal-Istat
Data tat-twelid: 12.12.1978
Post tat-twelid: Sverdlovsk, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussa
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon, Maksim Butranets kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-gwardjani tal-fruntiera taħt il-kmand tiegħu. In-nuqqas intenzjonat tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Smorgon li jwettaq dmirijietu sew jiffaċilita t-tentattivi mill-migranti li jaqsmu l-fruntiera mal-Istati Membri tal-Unjoni. Maksim Butranets iddikjara wkoll li l-għadd ta’ migranti fil-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Litwanja baqa’ fil-livell tas-soltu, minkejja ż-żieda sostanzjali osservata min-naħa tal-Litwanja. Huwa għaldaqstant qed jikkontribwixxi għal attivitajiet tar-reġim ta’ Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.
Huwa nħatar bħala l-Kap tal-Grupp tal-Fruntiera ta’ Brest.
|
2.12.2021
|
|
195.
|
Ivan Ivanavich GALAVATYI
Ivan Ivanovich GOLOVATY
|
Iван Iванавiч ГАЛАВАТЫ
Иван Иванович ГОЛОВАТЫЙ
|
Pożizzjoni(jiet): Direttur Ġenerali tal-Open Joint Stock Company "Belaruskali", President tal-bord superviżorju ta’ JSC Belarussian Potash Company.
Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Nazzjonali
Data tat-twelid: 15.6.1976
Post tat-twelid: Pogost Settlement, Soligorsk District, Minsk Province, Belarus
Sess: raġel
Nazzjonalità: Belarussa
|
Ivan Galavatyi huwa d-direttur ġenerali tal-intrapriża tal-istat Belaruskali, li hija sors ewlieni ta’ dħul u munita barranija għar-reġim ta’ Lukashenka. Huwa membru tal-Kunsill tar-Repubblika u tal-Assemblea Nazzjonali. Huwa għandu wkoll diversi pożizzjonijiet għolja oħra fil-Belarussja u rċieva diversi premjijiet statali, inkluż mingħand Lukashenka nnifsu, tul il-karriera tiegħu. Huwa kien assoċjat mill-qrib ma’ Lukashenka u membri tal-familja tiegħu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.
Bħala direttur ġenerali ta’ Belaruskali, Ivan Galavatyi huwa involut direttament fir-rilokazzjoni min-naħa tar-reġim ta’ Lukashenka ta’ tfal Ukreni minn territorji okkupati f’kollaborazzjoni mar-Russja. Għaldaqstant, Ivan Galavatyi jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka.
L-impjegati ta’ OJSC "Belaruskali" li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta’ Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew imċaħħda minn primjums u mkeċċija. Alexander Lukashenka nnifsu hedded personalment li jissostitwixxi lil dawk li strajkjaw b’minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant, bħala l-kap ta’ Belaruskali, Ivan Galavatyi huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili.
|
3.6.2022
|
|
205.
|
Sviatlana Aliaksandrauna BANDARENKA
Svetlana Aleksandrovna BONDARENKO
|
Святлана Аляксандраўна БАНДАРЭНКА
Светлана Александровна БОНДАРЕНКО
|
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti Suprema tal-Belarussja, eks imħallef fil-qorti tad-Distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk
Sess: mara
Nazzjonalità: Belarussa
|
Fil-pożizzjoni preċedenti tagħha bħala mħallef tad-Distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk, Sviatlana Bandarenka kienet responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament. Hija kkundannat diversi ċittadini Belarussi talli pparteċipaw fi protesti u ppubblikaw kummenti kontra l-gvern fuq Telegram. Hija kkundannat ukoll lill-ġurnalista Ekaterina Borisevich u lit-tabib tal-isptar ta’ emerġenza Artyom Sorokin talli żvelaw sigrieti mediċi dwar Roman Bondarenko, li ġie msawwat għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà.
Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.
Hija nħatret minn Lukashenka bħala mħallef tal-Qorti Suprema tal-Belarussja.
|
3.8.2023”
|