This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2048
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/2048 of 4 July 2023 correcting Delegated Regulations (EU) No 626/2011, (EU) 2019/2015, (EU) 2019/2016 and (EU) 2019/2018 with regard to energy labelling requirements of air conditioners, light sources, refrigerating appliances, and refrigerating appliances with a direct sales function (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2048 tal-4 ta’ Lulju 2023 li jikkoreġi r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 626/2011, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija tal-kundizzjonaturi tal-arja, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, u tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2048 tal-4 ta’ Lulju 2023 li jikkoreġi r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 626/2011, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija tal-kundizzjonaturi tal-arja, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, u tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/4094
ĠU L 236, 26.9.2023, p. 1–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2048
tal-4 ta’ Lulju 2023
li jikkoreġi r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 626/2011, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016 u (UE) 2019/2018 fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tikkettar tal-enerġija tal-kundizzjonaturi tal-arja, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti, u tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 (2), (UE) 2019/2015 (3), (UE) 2019/2016 (4) u (UE) 2019/2018 (5) jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-kundizzjonaturi tal-arja, tas-sorsi tad-dawl, tal-apparat refriġeranti u tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, rispettivament. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji fid-definizzjoni tal-punt (47) tal-Anness I fir-rigward tal-unità tal-konsum tal-enerġija tal-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju. |
(3) |
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji f’punti differenti tal-Anness III peress li jindika li l-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija fis-siegħa f’kWh għal kull 60 minuta għandha tiġi aġġustata ’l fuq sal-eqreb numru sħiħ sabiex tiġi inkluża fit-tikkettar tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u b’kanal doppju. |
(4) |
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji f’punti differenti tal-Anness III fir-rigward tar-regola dwar l-aġġustament tal-kapaċitajiet tat-tisħin u t-tkessiħ u l-metriċi tal-effiċjenza tal-enerġija SEER, SCOP, EER u COP. |
(5) |
L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015 jenħtieġ li jiġi kkoreġut billi l-kelma “mejns” hija nieqsa. |
(6) |
L-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015 jenħtieġ li jiġi kkoreġut peress li l-medda [0-100] jenħtieġ li tirreferi biss għas-CRI. |
(7) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016 fih żball fl-Anness VI rigward il-parametru termodinamiku (rc) għat-tip ta’ kompartiment taż-żona 2-star. |
(8) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2018 fih żball fl-Anness IV, peress li r-referenza għat-Tabella 4 tħalliet barra u t-tali referenza meħtieġa biex ikun ċar li mhijiex permessa tolleranza għat-temperatura. |
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 626/2011, (UE) 2019/2015, (UE) 2019/2016 u (UE) 2019/2018 jiġu kkoreġuti skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011
L-Annessi I u III tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 huma kkoreġuti kif stabbilit fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015
L-Annessi VI u IX tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2015 huma kkoreġuti kif stabbilit fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2016
L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2016 huwa kkoreġut kif stabbilit fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Korrezzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2018
L-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2018 huwa kkoreġut kif stabbilit fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li tissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 68).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 102).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 155).
ANNESS 1
L-Annessi I u III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, id-definizzjoni (47), il-kliem “kWh/a” huma sostitwiti b’“kWh/h”. |
(2) |
fl-Anness III, il-punti li ġejjin huma emendati kif ġej:
|
(3) |
fl-Anness III, il-punti li ġejjin huma emendati kif ġej:
|
(4) |
fl-Anness III, il-punti li ġejjin huma emendati kif ġej:
|
(5) |
fl-Anness III, l-immaġnijiet li ġejjin jenħtieġ li jiġu emendati kif ġej:
|
ANNESS 2
L-Annessi VI u IX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness VI, “sorsi tad-dawl LED u OLED” hija sostitwita b’ “sorsi tad-dawl LED u OLED tal-mejns” fil-punti li ġejjin:
|
(2) |
fl-Anness IX, it-Tabella 9, ir-referenza “CRI u R9 [0-100]” hija sostitwita b’“CRI [0-100] u R9”. |
ANNESS 3
L-Anness VI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 huwa emendat kif ġej:
|
fil-punt 1, it-Tabella 7, il-parametru termodinamiku (rc) għat-tip ta’ kompartiment taż-żona 2-star “2,10” huwa sostitwit b’“1,80”. |
ANNESS 4
L-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 huwa emendat kif ġej:
|
fl-Anness IV, il-punt 2(b), it-test:
|
|
huwa sostitwit b’dan li ġej
|