Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1765

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/11778/2023/INIT

    ĠU L 226, 14.9.2023, p. 3–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1765/oj

    14.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 226/3


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1765

    tat-13 ta’ Settembru 2023

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li tiġi emendata l-informazzjoni dwar 140 individwu u 41 entità fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-entrati għal persuna deċeduta waħda, kif ukoll tliet persuni oħra jitħassru minn dak l-Anness.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. NAVARRO RÍOS


    (1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

    (1)

    l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin jitħassru:

    901.

    Farkhad AKHMEDOV;

    911.

    Aleksandr Aleksandrovich SHULGIN (Александр Александрович ШУЛЬГИН);

    918.

    Grigory Viktorovich BEREZKIN (Григорий Викторович БЕРЁЗКИН);

    1464.

    Georgy Ivanovich SHUVAEV (Георгий Иванович ШУВАЕВ);

    (2)

    l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “1.

    Sergey Valeryevich AKSYONOV

    Sergei Valerievich AKSENOV (Сергей Валерьевич АКСЁНОВ)

    Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергiй Валерiйович АКСЬОНОВ)

    Data tat-twelid: 26.11.1972

    Post tat-twelid: Beltsy (Bălți), USSR (issa Republic of Moldova)

    Sess: raġel

    Sergey Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta’ Frar 2014 fil-preżenza ta’ persuni armati favur ir-Russja. L-”elezzjoni” tiegħu ġiet iddikjarata li tmur kontra l-kostituzzjoni mill-aġent President Ukren Oleksandr Turchynov fl-1 ta’ Marzu 2014. Għamel pressjoni attiva favur ir-”referendum” tas-16 ta’ Marzu 2014 u kien wieħed mill-kofirmatarji tat-”trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta’ Marzu 2014. Fid-9 ta’ April 2014 inħatar aġent “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” mill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Fid-9 ta’ Ottubru 2014 ġie “elett” formalment “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. “Reġa’ ġie elett” f’din il-pożizzjoni f’Settembru 2019.

    Membru tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja. Minn Jannar 2017 membru tal-Kunsill Għoli tal-partit United Russia.

    Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu “Għall-Mertu lejn il-Patrija” – l-ewwel grad.

    Wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, baqa’ attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti, inkluż in-”nazzjonalizzazzjoni” ta’ assi tal-politiċi Ukreni fir-Repubblika tal-Krimea.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    2.

    Vladimir Andreevich KONSTANTINOV

    (Владимир Андреевич КОНСТАНТИНОВ)

    Volodymyr Andriyovych KONSTANTINOV

    (Володимир Андрiйович КОНСТАНТИНОВ)

    Data tat-twelid: 19.11.1956

    Post tat-twelid: Vladimirovka (magħrufa wkoll bħala Vladimirovca), Slobozia Region, USSR (issa Republic of Moldova) jew Bogomol, USSR (issa Republic of Moldova)

    Sess: raġel

    Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, Vladimir Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-”Kunsill Suprem” rigward ir-”referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-indipendenza tal-Krimea fir-”referendum” tas-16 ta’ Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-”trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta’ Marzu 2014.

    Mis-17 ta’ Marzu 2014“President” tal-”Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. “Reġa’ ġie elett” f’din il-pożizzjoni f’Settembru 2019.

    Wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, baqa’ attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti, inkluż in-”nazzjonalizzazzjoni” ta’ assi tal-politiċi Ukreni fir-”Repubblika tal-Krimea”.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    8.

    Sergey Pavlovych TSEKOV

    (Сергей Павлович ЦЕКОВ)

    Serhiy Pavlovych TSEKOV

    (Сергiй Павлович ЦЕКОВ)

    Data tat-twelid: 28.9.1953 jew 28.8.1953

    Post tat-twelid: Simferopol, USSR, (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Sergey Tsekov, flimkien ma’ Sergey Aksyonov, ta bidu għax-xoljiment illegali tal-gvern tar-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” (ARC). Involva lil Vladimir Konstantinov f’din l-azzjoni billi heddu li jitkeċċa. Irrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi jieħdu l-Verkhovna Rada tal-Krimea taħt il-kontroll tagħhom. Kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

    Mill-2014 membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, maħtur mill-ġdid f’Settembru 2019. Membru tal-Kunsill tal-Kumitat tal-Federazzjoni għall-Affarijiet Barranin.

    Wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, baqa’ attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti, inkluż in-”nazzjonalizzazzjoni” ta’ assi tal-politiċi Ukreni fir-”Repubblika tal-Krimea”.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    17.3.2014

    29.

    Vladislav Yurievich SURKOV

    (Владислав Юрьевич СУРКОВ)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 21.9.1964

    Post tat-twelid: Solntsevo, Lipetsk region, Russian Federation

    Eks Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet li jdgħajfu lill-awtoritajiet Ukreni fil-Krimea.

    21.3.2014

    32.

    Logutenent Ġeneral Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK

    (Игорь Николаевич ТУРЧЕНЮК)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 5.12.1959

    Post tat-twelid: Osh, Kyrgyz SSR, (issa Kyrgyzstan)

    Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi stazzjonati fil-Krimea annessa illegalment (li r-Russja uffiċjalment għadha ssejħilhom “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

    Kap tad-Distrett tan-Nofsinhar tal-Gwardja Nazzjonali Russa.

    F’April 2023, id-Distrett tiegħu kiseb il-Midalja ta’ Zhukov “għall-kuraġġ u d-dedikazzjoni”, filwaqt li Turchenyuk innifsu rċieva “Għall-Mertu lejn il-Patrija” fit-Tielet Klassi.

    B’hekk, b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    21.3.2014

    37.

    Sergei Ivanovich MENYAILO

    (Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 22.8.1960

    Post tat-twelid: Alagir, North-Ossetian Autonomous SSR, RSFSR (issa Russian Federation)

    Eks Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta’ Sevastopol.

    Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

    Kap tal-Ossezja ta’ Fuq mid-19 ta’ Settembru 2021.

    Baqa’ attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti, inkluż il-parteċipazzjoni ta’ ġellieda fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-provvista ta’ tagħmir militari mill-Ossezja għali din il-gwerra.

    B’hekk, b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    29.4.2014

    76.

    Rashid Gumarovich NURGALIEV

    (Рашид Гумарович НУРГАЛИЕВ)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 8.10.1956

    Post tat-twelid: Zhetikara, Kazakh Soviet Socialist Republic (issa Kazakhstan)

    Membru u, minn Frar 2023, l-Ewwel Viċi Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jagħti pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    81.

    Alexander Nikolayevich TKACHYOV

    (Александр Николаевич ТКАЧËВ)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 23.12.1960

    Post tat-twelid: Vyselki, Krasnodar region, Russian Federation

    Eks Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

    Ingħata l-midalja “għall-ħelsien tal-Krimea” mill-Aġent Kap tar-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” għall-appoġġ li ta lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F’dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-”tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

    Eks Ministru għall-Agrikoltura tal-Federazzjoni Russa.

    Azzjonist ewlieni tal-kumpanija Agrocomplex, li ħatfet żoni kbar ta’ art agrikola fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna.

    Tkachyov wiegħed pubblikament li jappoġġa lill-irġiel mobilizzati li jipparteċipaw fil-gwerra kontra l-Ukrajna.

    25.7.2014

    83.

    Ekaterina Yurievna GUBAREVA

    (Екатерина Юрьевна ГУБАРЕВА)

    Kateryna Yuriyivna GUBARIEVA (HUBARIEVA)

    (Катерина Юрiївна ГУБАРЄВА)

    Sess: mara

    Data tat-twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983

    Post tat-twelid: Kakhovka (Kherson oblast), Ukraine

    Fil-kapaċità tagħha tal-hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Affarijiet Barranin” kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u għalhekk dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għalhekk billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

    Eks Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” (sa Novembru 2018).

    Eks “viċi kap tal-amministrazzjoni militari-ċivili fir-reġjun ta’ Kherson” bejn Ġunju 2022 u Diċembru 2022.

    25.7.2014

    87.

    Vladimir ANTYUFEYEV

    (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV)

    (Владимир Юрьевич АНТЮФЕЕВ)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 19.2.1951

    Post tat-twelid: Novosibirsk, Russian Federation

    Eks “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat” fir-reġjun separatist ta’ Transnistrija. Eks viċi prim ministru tar-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Membru tal-Bord u Viċi Direttur Ġenerali tal-intrapriża tal-Istat “United Engine Corporation”, membru tal-Bord tal-intrapriża tal-Istat JSC Research and Production Enterprise imsemmija “Temp” għal F. Korotkov.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

    25.7.2014

    92.

    Arkady Romanovich ROTENBERG

    Arkadii Romanovich ROTENBERG

    (Аркадий Романович РОТЕНБЕРГ)

    Data tat-twelid: 15.12.1951

    Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation)

    Sess: raġel

    Arkady Rotenberg huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja b’rabtiet personali mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Minn Marzu 2014 Rotenberg jew il-kumpaniji tiegħu rċevew kuntratti tal-Istat li jammontaw għal aktar minn USD 7 biljun. Fl-2015 Rotenberg kien fil-quċċata tal-lista annwali ta’ kuntratti tal-gvern f’termini ta’ valur, wara li ngħata kuntratti li jiswew RUB 555 biljun mill-Gvern Russu. Ħafna minn dawn il-kuntratti ngħataw mingħajr proċessi kompetittivi formali. Fit-30 ta’ Jannar 2015 il-Prim Ministru Dmitry Medvedev iffirma digriet li ta lill-kumpanija Stroygazmontazh ta’ Rotenberg Kuntratt tal-Istat għall-bini tal-pont ta’ Kerch, mir-Russja sar-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment.

    Permezz ta’ dawn il-kuntratti bbenefika finanzjarjament minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

    Eks sid tal-kumpanija Stroygazmontazh, li ngħatat kuntratt tal-Istat għall-bini tal-pont ta’ Kerch mir-Russja sar-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment, li b’hekk ikkonsolidat l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa u minħabba dan tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Bl-istess mod, f’Jannar 2017 Stroygazmontazh ingħatat kuntratt tal-Istat ta’ RUB 17-il biljun għall-bini ta’ linja ferrovjarja fuq il-pont ta’ Kerch, li għal darb’oħra tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    Sid żewġ kumpaniji, Mostotrest u Stroygazmontazh-Most, iddeżinjati għall-attivitajiet tagħhom li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (l-entitajiet Nru 43 u 46 f’dan l-Anness). Fl-2019 Rotenberg biegħ il-kumpanija tal-kostruzzjoni tal-pipelines tal-gass Stroygazmontazh.

    Għall-involviment tiegħu fil-bini tal-pont ta’ Kerch, f’Marzu 2020 ngħata l-ordni tal-Istat “Eroj tax-Xogħol tal-Federazzjoni Russa”.

    Huwa l-President tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, li b’mod partikolari implimentat il-proġett “To the Children of Russia: Address – Crimea”, kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi li tfasslet biex tikkonvinċi lit-tfal tal-Krimea li issa huma ċittadini Russi li jgħixu fir-Russja, u b’hekk jappoġġaw il-politika tal-Gvern Russu li l-Krimea tiġi integrata fir-Russja.

    Fit-30 ta’ Jannar 2021, Arkady Rotenberg iddikjara lilu nnifsu l-benefiċjarju tal-hekk imsejjaħ “Palazz ta’ Putin” f’Gelendzhik, li jidher fl-investigazzjoni tal-Fondazzjoni ta’ Alexey Navalny Kontra l-Korruzzjoni.

    15.3.2015

    105.

    Mikhail Sergeyevich SHEREMET

    (Михаил Сергеевич ШЕРЕМЕТ)

    Mykhaylo Serhiyovych SHEREMET

    (Михайло Сергiйович ШЕРЕМЕТ)

    Data tat-twelid: 23.5.1971

    Post tat-twelid: Dzhankoy, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment.

    L-eks hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet kellu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta’ Marzu 2014 fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, intqal li Sheremet ikkmanda lill-”forzi ta’ awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Fit-18 ta’ Settembru 2016 ġie elett deputat tad-Duma mill-Peniżola tal-Krimea annessa illegalment u fid-19 ta’ Settembru 2021 ġie elett Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat dwar is-Sigurtà u l-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni.

    Fil-15 ta’ Frar 2022, fid-Duma tal-Istat, Sheremet appoġġa r-riżoluzzjoni li titlob lill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin jirrikonoxxi r-reġjuni Ukreni ta’ Donetsk u Luhansk bħala stati indipendenti.

    Bħala Membru tad-Duma tal-Istat, huwa appoġġa r-ratifika tad-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-’”Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”’.

    Fit-3 ta’ Ottubru 2022 ivvota favur ir-ratifika tat-trattati u l-adozzjoni tal-liġijiet dwar l-adeżjoni tar-”Repubbliki tal-Poplu” ta’ Donetsk u Luhansk u tar-reġjuni ta’ Kherson u Zaporizhzhia mal-Federazzjoni Russa.

    12.9.2014

    106.

    Yuri Leonidovich VOROBIOV

    magħruf ukoll bħala Yury Leonidovich VOROBYOV

    (Юрий Леонидович ВОРОБЬЕВ)

    Data tat-twelid: 2.2.1948

    Post tat-twelid: Krasnoyarsk, USSR (issa, Russian Federation)

    Sess: raġel

    Membru u Viċi Speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa, fejn jikkoordina l-ħidma tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Federazzjoni dwar id-Difiża u s-Sigurtà, jagħtih struzzjonijiet u jikkontrolla l-eżekuzzjoni ta’ dawk l-istruzzjonijiet. Fl-1 ta’ Marzu 2014, fil-Kunsill tal-Federazzjoni, Vorobiov appoġġa pubblikament l-istazzjonament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Wara vvota favur id-digriet relatat.

    Bħala Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni pparteċipa fir-ratifika tad-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘”Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”’ u t-’”Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”’.

    Fit-22 ta’ Frar 2022, fil-Kunsill tal-Federazzjoni, Vorobiov appoġġa l-istazzjonament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    Fl-4 ta’ Ottubru 2022, fil-Kunsill tal-Federazzjoni, Vorobiov appoġġa l-leġiżlazzjoni biex jiġu annessi r-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia.

    12.9.2014

    108.

    Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

    (Владимир Абдуалиевич ВАСИЛЬЕВ)

    Data tat-twelid: 11.8.1949

    Post tat-twelid: Klin, Moscow Region, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-”Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-”Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

    Eks kap tar-Repubblika ta’ Dagestan. Eks Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa.

    Membru tad-Duma tal-Istat u mexxej tal-fazzjoni United Russia fid-Duma tal-Istat. F’dik il-kapaċità pparteċipa fir-ratifika tad-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-’Trattati ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘.

    Fit-3 ta’ Ottubru 2022, fid-Duma tal-Istat, Vasilyev appoġġa l-leġiżlazzjoni biex jiġu annessi r-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia.

    B’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    12.9.2014

    111.

    Vladimir Stepanovich NIKITIN

    (Владимир Степанович НИКИТИН)

    Data tat-twelid: 5.4.1948

    Post tat-twelid: Opochka, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    Eks membru tad-Duma tal-Istat u eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewrasjatika u r-Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-”Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-”Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

    Eks membru tal-Presidju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista tal-Federazzjoni Russa.

    Mexxej tal-moviment pubbliku għalkollox Russu “Russian Concord” li jipprova joħloq ċivilizzazzjoni Russa unika u jsaħħaħ il-pożizzjoni tar-Russja f’dak li qabel kien l-ispazju Sovjetiku u l-KSI.

    12.9.2014

    118.

    Sergey Viktorovich CHEMEZOV

    (Сергей Викторович ЧЕМЕЗОВ)

    Data tat-twelid: 20.8.1952

    Post tat-twelid: Cheremkhovo, Irkutsk oblast, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    Sergei Chemezov huwa wieħed mill-assoċjati mill-qrib magħrufa tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, billi t-tnejn kienu uffiċjali tal-KGB stazzjonati fi Dresden u huwa membru tal-Kunsill Suprem ta’ “United Russia”. Qed jibbenefika mir-rabtiet tiegħu mal-President Russu billi ġie promoss għal pożizzjonijiet għolja f’kumpaniji kkontrollati mill-Istat. Jippresiedi l-konglomerat Rostec, il-korporazzjoni ewlenija Russa tad-difiża u l-manifattura industrijali kkontrollata mill-Istat. Wara deċiżjoni tal-Gvern Russu, Technopromexport, sussidjarja ta’ Rostec, biħsiebha tibni impjanti tal-enerġija fil-Krimea u b’hekk tappoġġa l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

    Barra minn hekk Rosoboronexport, sussidjarja ta’ Rostec, appoġġat l-integrazzjoni ta’ kumpaniji tad-difiża mill-Krimea fl-industrija tad-difiża tar-Russja, u b’hekk ikkonsolidat l-annessjoni illegali tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    Għalhekk Sergei Chemezov huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja. Barra minn hekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa materjalment u finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li bbenefika minnhom. Fl-aħħar nett huwa responsabbli wkoll għall-fatt li appoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li bbenefika minnu.

    12.9.2014

    119.

    Alexander Mikhailovich BABAKOV

    (Aлександр Михайлович БАБАКОВ)

    Data tat-twelid: 8.2.1963

    Post tat-twelid: Chisinau, USSR (issa Republic of Moldova)

    Sess: raġel

    Membru u Viċi President tad-Duma tal-Istat. Eks membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa. Eks membru tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin. Kien membru prominenti tal-partit politiku “United Russia”. Reġa’ ġie elett fid-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 għall-partit “A Just Russia”. Huwa negozjant b’investimenti kbar fl-Ukrajna u fil-Krimea.

    Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-”Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-”Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

    Wara l-fużjoni tal-partiti politiċi “A Just Russia”, “For Truth” u “Patriots of Russia”, Babakov sar is-Segretarju tal-Presidju tal-Kunsill Ċentrali tal-entità fuża.

    Bħala Membru tad-Duma tal-Istat irratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-’Trattati ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘. Fit-3 ta’ Ottubru 2022 ivvota favur l-abbozzi ta’ liġijiet dwar ir-ratifika tat-trattati dwar l-adeżjoni tar-”Repubbliki tal-Poplu” ta’ Donetsk u Luhansk u tar-reġjuni ta’ Kherson u Zaporizhzhia mal-Federazzjoni Russa. B’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    12.9.2014

    126.

    Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV

    Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV

    (Дмитрий Александрович СЕМЕНОВ)

    Data tat-twelid: 1.6.1977

    Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    Eks “Viċi Prim Ministru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Jaħdem bħala l-Viċi Rettur għall-Istrateġija u r-Relazzjonijiet Governattivi tal-Università Finanzjarja taħt il-Gvern tal-Federazzjoni Russa f’Moska.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ strutturi separatisti tal-LNR.

    29.11.2014

    128.

    Lesya Mikhaylovna LAPTEVA

    (Леся Михайловна ЛАПТЕВА)

    Lesya Mykhaylivna LAPTIEVA

    (Леся Михайлiвна ЛАПТЄВА)

    Isem ta’ miżżewġa: Lesya TARASYUK

    (Леся ТАРАСЮК)

    Data tat-twelid: 11.3.1976

    Post tat-twelid: Dzhambul/Jambul/ Taraz, USSR ( issa Kazakhstan)

    Sess: mara

    Eks “Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Għalhekk billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, b’mod attiv appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Taħdem għall-fond “Mir Detiam” f’Moska.

    Għadha attiva fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    29.11.2014

    130.

    Ihor Volodymyrovych KOSTENOK

    (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK)

    (Игорь Владимирович КОСТЕНОК)

    Data tat-twelid: 15.3.1961

    Post tat-twelid: Vodyanske, Dobropillia Rayon, Donetsk oblast, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ “Ministru għall-Edukazzjoni” tar-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Għalhekk billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Jaħdem għall-Akkademja Maniġerjali u tas-Servizz Pubbliku ta’ Donetsk taħt l-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Minn Settembru 2018 Professur tad-Dipartiment tal-Istat u l-Amministrazzjoni Muniċipali fl-Istituzzjoni Edukattiva Baġitarja tal-Istat Federali tal-Edukazzjoni Għolja “Università Russa tal-Ekonomija. G.V. Plekhanov”.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    29.11.2014

    131.

    Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV

    (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV)

    (Евгений Вячеславович ОРЛОВ)

    Data tat-twelid: 21.10.1983

    Post tat-twelid: Snizhne, Donetsk oblast, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    Eks Membru tal-”Kunsill Nazzjonali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Eks President tal-moviment pubbliku “Free Donbass” u eks kmandant tad-”Don battalion”.

    Għalhekk billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Eks Viċi President tal-Kumitat dwar l-Industrija u l-Kummerċ tal-Assemblea Nazzjonali tad-DPR.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    29.11.2014

    132.

    Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO

    (magħruf ukoll bħala Vladislav Nikolayevich DEYNEGO)

    Vladislav Nikolaevich DEINEGO)

    (Владислав Миколайович ДЕЙНЕГО)

    (Владислав Николаевич ДЕЙНЕГО)

    Data tat-twelid: 12.3.1964

    Post tat-twelid: Romny, Sumy oblast, USSR (issa Ukraine)

    jew possibbilment Hirnytskyi village, Perevalsk district, Luhansk oblast, Ukraine

    Sess: raġel

    Eks “Viċi Kap” tal-”Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Għalhekk billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    29.11.2014

    137.

    Eduard Aleksandrovich BASURIN

    (Эдуард Александрович БАСУРИН)

    Eduard Oleksandrovych BASURIN

    (Едуард Олександрович БАСУРIН)

    Data tat-twelid: 27.6.1966

    Post tat-twelid: Donetsk, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    Kelliem u Viċi Kap tal-”Milizzja tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Eks Viċi Ministru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Għalhekk billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Eks Viċi Kap u rappreżentant uffiċjali tad-”Dipartiment tal-Milizzja tal-Poplu tad-DPR”.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    16.2.2015

    140.

    Sergey Yurevich KUZOVLEV

    (magħruf ukoll bħala IGNATOV, TAMBOV)

    (Сергей Юрьевич КУЗОВЛЕВ (magħruf ukoll bħala Сергей; ИГНАТОВ, ТAMБOB))

    Data tat-twelid: 7.1.1967

    Post tat-twelid: Michurinsk, Tambov oblast, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Għalhekk billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Eks Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Eks Kap tal-Persunal u l-eks l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu. Ilu l-Kmandant ta’ dak id-Distrett minn Jannar 2023.

    16.2.2015

    143.

    Evgeny Vladimirovich MANUYLOV

    (Евгений Владимирович МАНУЙЛОВ)

    Yevhen Volodymyrovych MANUYLOV

    (Євген Володимирович МАНУЙЛОВ)

    Data tat-twelid: 5.1.1967

    Post tat-twelid: Baranykivka, Bilovodsk Raion, Luhansk region, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Finanzi u t-Taxxi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Għalhekk billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    16.2.2015

    149.

    Andrei Valeryevich KARTAPOLOV

    (Андрей Валерьевич КАРТAПOЛOВ)

    Data tat-twelid: 9.11.1963

    Post tat-twelid: German Democratic Republic (issa Germany)

    Sess: raġel

    Andrei Kartapolov ilu Membru tad-Duma tal-Istat mid-19 ta’ Settembru 2021. Huwa President tal-Kumitat tad-Difiża u Kopresident tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat għall-kunsiderazzjoni tal-infiq tal-baġit federali bl-għan li jiġu żgurati d-difiża nazzjonali, is-sigurtà nazzjonali u l-infurzar tal-liġi. Eks Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b’mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċitar tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati kien involut b’mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Eks Viċi Ministru għad-Difiża.

    Fit-3 ta’ Ottubru 2022 ivvota favur l-abbozzi ta’ liġijiet dwar ir-ratifika tat-trattati dwar l-adeżjoni tar-”Repubbliki tal-Poplu” ta’ Donetsk u Luhansk u tar-reġjuni ta’ Kherson u Zaporizhzhia mal-Federazzjoni Russa.

    16.2.2015

    151.

    Valery Fedorovich RASHKIN

    (Валерий Фëдoрoвич РАШКИН)

    Data tat-twelid: 14.3.1955

    Post tat-twelid: Zhilino, Kaliningrad region, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat dwar kwistjonijiet ta’ Etniċità.

    Huwa l-fundatur tal-moviment ċiviku “Krassnaya Moskva - Red Moscow – Patriotic Front Aid” li organizza dimostrazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw lis-separatisti, u b’hekk appoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-”Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-”Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

    Fit-22 ta’ Frar 2022, fid-Duma tal-Istat, Rashkin appoġġa r-ratifika tad-deċiżjonijiet tal-gvern tat-’Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”‘ u t-’Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘.

    16.2.2015

    152.

    Ruslan Ismailovich BALBEK

    (Руслан Исмаилович БАЛЬБЕК)

    Data tat-twelid: 28.8.1977

    Post tat-twelid: Bekabad, USSR (issa Uzbekistan)

    Sess: raġel

    Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment.

    Eks Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi.

    Fl-2014, Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u ħadem f’din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b’midalja “Għad-Difiża tar-’Repubblika tal-Krimea’”. Appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit web ta’ United Russia (il-fergħa tal-Krimea) u f’artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit web tal-NTV fit-3 ta’ Lulju 2016.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    9.11.2016

    153.

    Konstantin Mikhailovich BAKHAREV

    (Константин Михайлович БАХАРЕВ)

    Data tat-twelid: 20.10.1972

    Post tat-twelid: Simferopol, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment.

    Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.

    F’Marzu 2014 Bakharev inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, u f’Awwissu 2014 nħatar l-Ewwel Viċi President ta’ dak il-korp. Ammetta l-involviment personali tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, fatt li appoġġa pubblikament, inkluż f’intervista ppubblikata fuq is-sit web gazetakrimea.ru fit-22 ta’ Marzu 2016 u s-sit web c-pravda.ru fit-23 ta’ Awwissu 2016. Ingħata l-ordni “Għal-lealtà għad-dmir” mill-”awtoritajiet” tar-”Repubblika tal-Krimea”.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    9.11.2016

    154.

    Dmitry Anatolievich BELIK

    (Дмитрий Анатольевич БЕЛИК)

    Data tat-twelid: 17.10.1969

    Post tat-twelid: Kular, Ust-Yansky district, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta’ Sevastopol annessa illegalment.

    Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar l-affarijiet internazzjonali.

    Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta’ Sevastopol, fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ “Sindku tal-Poplu” Alexei Chaliy. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, fatt li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit web personali tiegħu u f’intervista ppubblikata fil-21 ta’ Frar 2016 fuq is-sit web nation-news.ru.

    Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu “Għall-Mertu lejn il-Patrija – it-tieni grad”.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    9.11.2016

    155.

    Andrei Dmitrievich KOZENKO

    (Андрей Дмитриевич КОЗЕНКО)

    Data tat-twelid: 3.8.1981

    Post tat-twelid: Simferopol, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment.

    Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.

    F’Marzu 2014 Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, fatt li ddefenda pubblikament, inkluż f’intervista ppubblikata fuq is-sit web gazetakrimea.ru fit-12 ta’ Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat b’midalja “Għad-difiża tar-”Repubblika tal-Krimea”“ mill-”awtoritajiet” lokali.

    Huwa l-koordinatur tal-Kumitat ta’ Integrazzjoni “Russia-Donbas”.

    Minn Lulju 2022 huwa l-hekk imsejjaħ “Viċi Kap” tal-hekk imsejħa “Amministrazzjoni Reġjonali ta’ Zaporizhzhia”, stabbilita mill-forzi Russi f’Melitopol okkupata.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    9.11.2016

    156.

    Svetlana Borisovna SAVCHENKO

    (Светлана Борисовна САВЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 24.6.1965

    Post tat-twelid: Belohirsk, USSR (issa Ukraine)

    Sess: mara

    Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment.

    Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura.

    Ilha mill-2012 membru tal-Kunsill Suprem tar-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” u minn Marzu 2014 appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F’Settembru 2014 Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Iddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol bosta drabi fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż f’intervisti ppubblikati fuq is-sit web c-pravda.ru fit-2 ta’ April 2016 u fl-20 ta’ Awwissu 2016. Fl-2014 ingħatat l-ordni tal-Istat Russu “Għas-servizzi lil art twelidha” – grad II u fl-2015 ingħatat l-ordni “Għal-lealtà għad-dmir” mill-”awtoritajiet” tar-”Repubblika tal-Krimea”.

    Hija konsulent tal-President tal-Kunsill tal-Istat tar-”Repubblika tal-Krimea”.

    Għadha attiva fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    9.11.2016

    159.

    Evgeniy Petrovich GRABCHAK

    (Евгений Петрович ГРАБЧАК)

    Data tat-twelid: 18.7.1981

    Post tat-twelid: Ust-Labinsk, Krasnodar region, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    Ilu mill-2020 President tal-Bord tad-Diretturi ta’ JSC “Krymenergo”, li topera fis-settur tal-enerġija u r-riżorsi naturali. Eks Kap ta’ Dipartiment fil-Ministeru għall-Enerġija tal-Federazzjoni Russa, u fil-Ministeru għall-Enerġija tal-Federazzjoni Russa responsabbli għall-iżvilupp ta’ proġetti elettroenerġetiċi fil-Krimea. Dawn il-proġetti jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta’ provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mod kif tiġi appoġġata s-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Viċi Ministru għall-Enerġija tal-Federazzjoni Russa.

    4.8.2017

    167.

    Olga Valerievna POZDNYAKOVA / Olga Valeryevna POZDNYAKOVA

    (Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА)

    Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA

    (Ольга Валерiївна ПОЗДНЯКОВА)

    Data tat-twelid: 30.3.1982

    Post tat-twelid: Shakhty, Rostov Oblast, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: mara

    Eks “President” tal-”Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. F’din il-kapaċità pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u b’hekk b’mod attiv appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Eks Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fl-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Hija d-direttriċi tal-Fond Nekrasov, organizzazzjoni soċjali u kulturali bbażata f’Donetsk u ffinanzjata min-negozjant Vladimir Nekrasov, filwaqt li tipparteċipa f’attivitajiet li jippromwovu l-politiki tat-tmexxija tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    10.12.2018

    168.

    Elena Valerievna KRAVCHENKO / Elena Valeryevna KRAVCHENKO

    (Елена Валериевна КРАВЧЕНКО)

    Olena Valeriyivna KRAVCHENKO

    (Олена Валерiївна КРАВЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 22.2.1983

    Post tat-twelid: Sverdlovsk (Ekaterinburg), USSR (issa Russian Federation)

    Sess: mara

    “President” tal-”Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. F’din il-kapaċità pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u b’hekk b’mod attiv appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Ipparteċipat b’mod attiv fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali ta’ Settembru 2022 fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna biex isiru parti mill-Federazzjoni Russa, b’siti tal-votazzjoni stabbiliti wkoll mill-kummissjoni tagħha fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Għadha attiva fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    10.12.2018

    169.

    Leonid Ivanovich PASECHNIK

    (Леонид Иванович ПАСЕЧНИК)

    Leonid Ivanovych PASICHNYK

    (Леонiд Iванович ПАСIЧНИК)

    Data tat-twelid: 15.3.1970

    Post tat-twelid: Voroshylovhrad, Luhansk, Voroshilovghrad Oblast, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    “Mexxej elett” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    10.12.2018

    171.

    Denis Nikolaevich MIROSHNICHENKO

    (Денис Николаевич МИРОШНИЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 8.12.1987

    Post tat-twelid: Luhansk, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    “President” tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Membru tal-partit United Russia u s-segretarju tiegħu fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    10.12.2018

    173.

    Vladimir Yurievich VYSOTSKIY

    (Владимир Юрьевич ВЫСОЦКИЙ)

    Volodymyr Yuriyovych VYSOTSKYI

    (Володимир Юрiйович ВИСОЦЬКИЙ)

    Data tat-twelid: 7.4.1985

    Post tat-twelid: Likarstvenne village, USSR (issa Autonomous “Republic of Crimea”, Ukraine)

    Sess: raġel

    Eks “Segretarju” tal-”Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u Kap attwali tal-”Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. F’dik il-kapaċità pparteċipa b’mod attiv fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Ipparteċipa b’mod attiv fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali f’Settembru 2022 fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna biex isiru parti mill-Federazzjoni Russa, b’siti tal-votazzjoni stabbiliti wkoll mill-kummissjoni tiegħu fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta Donetsk”.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki separatisti.

    10.12.2018

    185.

    Lidia Aleksandrovna BASOVA

    (Лидия Александровна БАСОВА)

    Lidiya Oleksandrivna BASOVA

    (Лiдiя Олександрiвна БАСОВА)

    Data tat-twelid: 4.9.1972

    Sess: mara

    Eks Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità pparteċipat fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment, u b’hekk b’mod attiv appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    28.1.2020

    187.

    Ekaterina Borisovna ALTABAEVA

    (Екатерина Борисовна АЛТАБАЕВА)

    Kateryna Borysivna ALTABAEVA

    (Катерина Борисiвна АЛТАБАЄВА)

    Data tat-twelid: 27.5.1956

    Post tat-twelid: Uglich, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: mara

    Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Federazzjoni Russa għall-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u Viċi President tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Federazzjoni dwar ix-Xjenza, l-Edukazzjoni u l-Kultura. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, ħadmet għal aktar integrazzjoni tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta’ Frar 2022, fil-Kunsill tal-Federazzjoni, Altabaeva appoġġat ir-ratifika tad-deċiżjonijiet tal-gvern tat-’Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”‘ u t-’Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘.

    Fit-22 ta’ Frar 2022, fil-Kunsill tal-Federazzjoni, Altabaeva appoġġat l-istazzjonament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

    Fl-4 ta’ Ottubru 2022, fil-Kunsill tal-Federazzjoni, Altabaeva appoġġat il-leġiżlazzjoni biex jiġu annessi r-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia.

    B’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    28.1.2020

    190.

    Mikhail Vladimirovich RAZVOZHAEV

    (Михаил Владимирович РАЗВОЖАЕВ)

    Mykhailo Volodymyrovich RAZVOZHAEV

    (Михайло Володимирович РАЗВОЖАЄВ)

    Data tat-twelid: 30.12.1980

    Post tat-twelid: Krasnoyarsk, USSR (issa Russian Federation)

    Sess: raġel

    L-hekk imsejjaħ “Gvernatur” tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment. Membru tal-Presidju tal-Kunsill tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mill-21 ta’ Diċembru 2020. Billi assuma l-kapaċità tiegħu bħala “Gvernatur” u aġixxa fiha, ħadem għal aktar integrazzjoni tal-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, u b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    28.1.2020

    209.

    Oleksandr Viktorovych YANUKOVYCH

    (Олександр Вiкторович ЯНУКОВИЧ)

    Data tat-twelid: 10.7.1973

    Post tat-twelid: Yenakiyeve, Donetsk Oblast, USSR (issa Ukraine)

    Nazzjonalità: Ukrena

    Sess: raġel

    Oleksandr Yanukovych huwa negozjant u iben l-eks President tal-Ukrajna Viktor Yanukovych. Matul il-presidenza ta’ Viktor Yanukovych u bis-saħħa tar-rabta personali ma’ grupp ta’ persuni qrib missieru, żviluppa firxa wiesgħa ta’ interessi kummerċjali u akkumula ħafna ġid. Għadu jmexxi l-attivitajiet kummerċjali tiegħu fir-reġjun ta’ Donbas ikkontrollat mill-gruppi separatisti, speċjalment fis-setturi tal-enerġija, il-faħam, il-kostruzzjoni, il-banek u l-proprjetà immobbli. B’mod partikolari, bis-saħħa ta’ rabtiet mill-qrib mas-separatisti favur ir-Russja akkwista assi ekonomiċi ewlenin fl-hekk imsejħa “Repubbliki tal-Poplu ta’ Donetsk u Luhansk”, fost oħrajn fis-setturi tal-enerġija, il-faħam u l-proprjetà immobbli. Il-battaljun separatista OPLOT (elenkat minn Frar 2015) ipproteġa l-proġetti tiegħu ta’ żvilupp tal-proprjetà immobbli fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Il-kumpanija MAKO Holding ta’ Oleksandr Yanukovych ġiet uffiċjalment trasferita għall-ġuriżdizzjoni Russa u issa hija rreġistrata f’Donetsk. Qabel it-tranżizzjoni lejn il-ġuriżdizzjoni Russa, il-grupp ta’ kumpaniji MAKO kien de jure taħt ġuriżdizzjoni Ukrena.

    Għalhekk Oleksandr Yanukovych huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u wettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna.

    Barra minn hekk huwa assoċjat ma’ missieru Viktor Yanukovych, li huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Istat.

    4.8.2022

    210.

    Viktor Fedorovych YANUKOVYCH

    (Вiктор Федорович ЯНУКОВИЧ)

    Data tat-twelid: 9.7.1950

    Post tat-twelid: Yenakiyeve, Donetsk Oblast, USSR (issa Ukraine)

    Nazzjonalità: Ukrena

    Funzjoni: eks President tal-Ukrajna, Negozjant ewlieni

    Sess: raġel

    Mill-2010 sal-2014 Viktor Yanukovych kien il-President tal-Ukrajna. Ħaddan politika favur ir-Russja meta kien f’din il-kariga. Qorti Ukrena sabet lil Viktor Yanukovych ħati ta’ tradiment talli stieden lill-Federazzjoni Russa tinvadi lill-Ukrajna. Wara li tneħħa mill-kariga tiegħu mar jgħix ir-Russja, fejn kompla bl-attivitajiet tiegħu li għandhom l-għan li jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    Għen fl-interferenza militari Russa fl-Ukrajna billi f’Marzu 2014 stieden lill-President tal-Federazzjoni Russa jibgħat truppi Russi lejn l-Ukrajna. Viktor Yanukovych appoġġa lil politiċi favur ir-Russja li kellhom karigi pubbliċi fil-Krimea okkupata. Fl-2021, fl-Ukrajna nfetħet investigazzjoni ġdida ta’ qabel il-kawża li skontha Viktor Yanukovych, flimkien ma’ żewġ eks Ministri għad-Difiża, kienu naqqsu intenzjonalment il-kapaċità ta’ difiża tal-Ukrajna, b’mod partikolari fir-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea”.

    Fil-21 ta’ April 2010, il-President tal-Ukrajna ta’ dak iż-żmien Viktor Yanukovych u l-President tar-Russja ta’ dak iż-żmien Dmitry Medvedev iffirmaw ftehim bejn l-Ukrajna u l-Federazzjoni Russa, li skontu t-terminu tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa f’Sevastopol ġie estiż mill-2017 sal-2042. Bl-iffirmar tal-ftehimiet, Yanukovych ħoloq kundizzjonijiet favorevoli għal żieda fil-preżenza militari tar-Russja fl-Ukrajna u għat-tagħmir mill-ġdid u l-modernizzazzjoni tal-armi tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed fit-territorju tal-Krimea. Sussegwentement, fl-2014 intużaw armi Russi li kienu fit-territorju tal-Ukrajna biex jiġu annessi r-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” u l-belt ta’ Sevastopol.

    Iqis ruħu l-President leġittimu tal-Ukrajna u b’mod konsistenti ppreżenta pożizzjoni favur ir-Russja fl-interventi pubbliċi tiegħu. Skont sorsi differenti Viktor Yanukovych kien parti minn operazzjoni speċjali Russa li kellha l-għan li tissostitwixxi lill-President Ukren bih matul l-ewwel fażijiet tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk il-President tar-Repubblika taċ-Ċeċenja Ramzan Kadyrov talab lill-President tal-Ukrajna jittrasferixxi s-setgħat kollha tiegħu lil Viktor Yanukovych.

    Għalhekk Viktor Yanukovych huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Istat.

    4.8.2022

    212.

    Sergei Kuzhugetovich SHOIGU

    (Сергей Кужугетович ШОЙГУ)

    Data tat-twelid: 21.5.1955

    Post tat-twelid: Chadan, Republic of Tuva, USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Funzjoni: Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa

    Sess: raġel

    Sergei Shoigu huwa l-Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Għamel kummenti pubbliċi dwar li l-Krimea hija Russa u tibqa’ Russa. Taħt il-kmand u l-ordnijiet tiegħu, it-truppi Russi kellhom eżerċizzji militari fil-Krimea annessa illegalment u taw bidu għal invażjoni militari tal-Ukrajna fuq skala kbira. Minħabba l-pożizzjoni tiegħu ta’ Ministru għad-Difiża, huwa fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għal kull azzjoni militari kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    23.2.2022

    214.

    Marat Shakirzyanovich KHUSNULLIN

    (Марат Шакирзянович ХУСНУЛЛИН)

    Data tat-twelid: 9.8.1966

    Post tat-twelid: Kazan, Republic of Tatarstan, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Viċi Prim Ministru tar-Russja għall-Kostruzzjoni u l-Iżvilupp Reġjonali

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Marat Khusnullin huwa l-Viċi Prim Ministru tar-Russja għall-Kostruzzjoni u l-Iżvilupp Reġjonali. F’din il-kapaċità huwa responsabbli għall-politiki governattivi Russi dwar il-Krimea okkupata, inkluż il-forniment ta’ ilma lill-Krimea u Sevastopol, kif ukoll għal proġetti ta’ kostruzzjoni fir-reġjuni okkupati ta’ Donetsk u Luhansk fl-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    23.2.2022

    219.

    Igor Vladimirovich OSIPOV

    (Игорь Владимирович ОСИПОВ)

    Data tat-twelid: 6.3.1973

    Post tat-twelid: Novo-Shunoe settlement, Fedorovsky district, Kostanay region, USSR (issa Kazakhstan)

    Funzjoni: Eks Kap Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed

    Grad: Ammirall

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Igor Osipov huwa l-eks Kap Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed. Għalhekk kien responsabbli għal kull operazzjoni marittima fl-Ukrajna jew immirata lejnha li għaddiet mill-Baħar l-Iswed u għall-fatt li llimita l-libertà ta’ navigazzjoni fil-Baħar l-Iswed.

    Għalhekk kien responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    23.2.2022

    220.

    Oleg Leonydovych SALYUKOV

    (Олег Леонидович САЛЮКОВ)

    Data tat-twelid: 21.5.1955

    Post tat-twelid: Saratov, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Kap Kmandant tar-Russian Ground Forces

    Grad: Ġeneral tal-Armata

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Il-Ġeneral tal-Armata Oleg Salyukov huwa l-Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art Russi. Għalhekk huwa responsabbli għall-operazzjonijiet Russi fuq l-art fl-Ukrajna jew immirati lejnha. Huwa involut ukoll fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti patrijottiċi li għandhom l-għan li jrawmu l-appoġġ għall-armata Russa.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    23.2.2022

    221.

    Sergei SUROVIKIN

    (Cергей СУРОВИКИН)

    Data tat-twelid: 11.10.1966

    Post tat-twelid: Novosibirsk, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Kmandant Ġenerali tal-Armata tal-Aerospace Forces

    Grad: Ġeneral tal-Armata

    Entitajiet assoċjati: Russian Aerospace Forces – Ministeru għad-Difiża

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Il-Ġeneral tal-Armata Sergei Surovikin ilu mill-31 ta’ Ottubru 2017 il-Kap Kmandant tal-Forzi Ajruspazjali Russi. Għalhekk huwa responsabbli għall-operazzjonijiet bl-ajru fl-Ukrajna jew immirati lejnha. Kien il-kmandant tal-forzi Russi kollha fl-invażjoni Russa kontra l-Ukrajna minn Ottubru 2022 sa Jannar 2023. Matul dak il-perjodu l-forzi Russi taw bidu għal attakki qawwija kontra bersalli ċivili, inkluż l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna. Attwalment huwa l-viċi kmandant tal-forzi Russi kollha fl-invażjoni Russa kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    23.2.2022

    223.

    Violetta PRIGOZHINA

    (Виолетта ПРИГОЖИНА)

    Individwi assoċjati: Yevgeniy Viktorovich Prigozhin (iben); Lyubov Valentinovna Prigozhina (bint tar-rispett)

    Data tat-twelid: 12.1.1939

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Violetta Prigozhina hija omm Yevgeniy Prigozhin, negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u eks sid Concord Management and Consulting LLC, li hija marbuta ma’ negozji oħra tal-”familja Concord”, fosthom Kombinat Pitaniiya. In-negozji tal-”familja Concord” huma assoċjati mill-qrib ma’ Yevgeniy Prigozhin. Hija l-eks koproprjetarja ta’ kumpaniji oħra marbuta ma’ binha, inkluż “NOVYI VEK” Restaurant Equestrian Sport Complex LLC. Għalhekk Violetta Prigozhina hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika minn Yevgeniy Prigozhin.

    23.2.2022

    234.

    Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN

    (Евгений Викторович ПРИГОЖИН)

    Data tat-twelid: 1.6.1961

    Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St Petersburg, Russian Federation)

    Funzjoni: negozjant ewlieni b’rabtiet mill-qrib mat-tmexxija politika Russa

    Persuni assoċjati: Lyubov Valentinovna Prigozhina (konjuġi); Violetta Prigozhina (omm)

    Entitajiet assoċjati: Wagner Group, Internet Research Agency, Concord company group, Concord Management and Consulting LLC, Megaline LLC

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Yevgeniy Prigozhin huwa negozjant ewlieni Russu b’rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u l-Ministeru għad-Difiża tar-Russja. Ikkonferma pubblikament li waqqaf il-Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja li hija responsabbli għall-istazzjonament tal-merċenarji ta’ Wagner Group fl-Ukrajna. Fl-2022 ġiet stabbilita u rreġistrata kumpanija b’ishma konġunti msejħa “PMC Wagner Center” f’San Pietruburgu, bl-għan li “tipprovdi ambjent komdu għall-ġenerazzjoni ta’ ideat ġodda biex tittejjeb il-kapaċità tad-difiża tar-Russja”. Il-Wagner Group, immexxi minn Yevgeniy Prigozhin, kellu rwol importanti fil-ġlied u l-okkupazzjoni tat-territorji fil-Lvant tal-Ukrajna.

    Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpanija li Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, kif ukoll grupp ta’ kumpaniji oħra marbuta miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, kienu u għadhom qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja.

    Għalhekk Yevgeniy Prigozhin huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja. Huwa responsabbli wkoll għal azzjonijiet li dgħajfu u heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u implimentahom b’mod attiv. Barra minn hekk kien u għadu qed jibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

    21.4.2022

    348.

    Vyacheslav Alexandrovich FETISOV

    (Вячеслав Александрович ФЕТИСОВ)

    Data tat-twelid: 20.4.1958

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-riżoluzzjoni Nru 58243-8 “Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    23.2.2022

    403.

    Timofey Timofeyevich BAZHENOV

    (Тимофей Тимофеевич БАЖЕНОВ)

    Data tat-twelid: 25.1.1976

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-Rriżoluzzjoni Nru 58243-8 “Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    23.2.2022

    437.

    Anatoliy Vladimirovich VORONOVSKIY

    (Анатолий Владимирович ВОРОНОВСКИЙ)

    Data tat-twelid: 28.12.1966

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-Riżoluzzjoni Nru 58243-8 “Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    23.2.2022

    527.

    Denis Vasilievich MAIDANOV

    (Денис Васильевич МАЙДАНОВ)

    Data tat-twelid: 17.2.1976

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat li vvota favur ir-Riżoluzzjoni Nru 58243-8 “Dwar l-appell tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa Lill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin dwar il-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    23.2.2022

    642.

    Nikita Gennadievich RUMYANTSEV

    (Никита Геннадьевич РУМЯНЦЕВ)

    Data tat-twelid: 27.4.1988

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern tat-’Trattati ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘.

    25.2.2022

    643.

    Mikhail Sergeyevich KISELYOV

    (Михаил Сергеевич КИСЕЛЁВ)

    (magħruf ukoll bħala Mikhail Sergeyevich KIZEEV)

    (Михаил Владимирович КИЗЕЕВ)

    Data tat-twelid: 18.6.1986

    Sess: raġel

    Membru tad-Duma tal-Istat li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern tat-’Trattati ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘.

    25.2.2022

    661.

    Sergei Dmitrevich SIMONENKO

    (Сергей Дмитриевич СИМОНЕНКО)

    Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Eks Viċi Ministru għad-Difiża għall-Armamenti, Kap tal-Armamenti

    Data tat-twelid: 2.4.1968

    Post tat-twelid: Kostyukovichi, Mogilyov Region, USSR (issa Belarus)

    Sess: raġel

    Sergei Simonenko huwa Maġġur Ġeneral, eks Viċi Ministru għad-Difiża għall-Armamenti u Kap tal-Armamenti tar-Repubblika tal-Belarussja. Kien parti mill-armata Belarussa, li ilha mill-24 ta’ Frar 2022 tappoġġa u tiffaċilita l-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, b’mod partikolari billi ospitat u pparteċipat fl-eżerċizzji konġunti tal-forzi armati tal-Belarussja u tar-Russja fil-ġimgħat ta’ qabel l-aggressjoni armata. Fil-pożizzjoni li kellu ta’ Maġġur Ġeneral u Viċi Ministru għad-Difiża għall-Armamenti tar-Repubblika tal-Belarussja, Sergei Simonenko kien responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u appoġġahom b’mod attiv.

    25.2.2022

    666.

    Igor Viktorovich DEMIDENKO

    (Игорь Викторович ДЕМИДЕНКО)

    Data tat-twelid: 5.2.1971

    Post tat-twelid: Mogilev, USSR (issa Belarus)

    Nazzjonalità: Belarussa

    Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Eks Kmandant tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent

    Sess: raġel

    Igor Viktorovich Demidenko huwa Maġġur Ġeneral u eks Kmandant tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tar-Repubblika tal-Belarussja. Kien parti mill-armata Belarussa, li ilha mill-24 ta’ Frar 2022 tappoġġa l-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. F’din il-pożizzjoni ta’ kmandant li kellu kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tat-truppi taħt il-kmand tiegħu fl-eżerċizzji militari konġunti tal-Belarussja u r-Russja, li ħejjew u ffaċilitaw l-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Kellu wkoll sehem fil-parteċipazzjoni tat-truppi tiegħu f’dawn l-eżerċizzji, u ssorveljahom.

    Għalhekk Igor Demidenko kien responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u appoġġahom b’mod attiv.

    25.2.2022

    673.

    Alisher USMANOV

    (bir-Russu: Алишер Бурханович УСМАНОВ)

    (bl-Użbek: Alisher USMONOV)

    Data tat-twelid: 9.9.1953

    Post tat-twelid: Chust, USSR (issa Uzbekistan)

    Passaport: Nru tal-passaport Russu 55 0314316, validu mis-6.12.2019 sas-6.12.2029

    Funzjoni:

    Sess: raġel

    Alisher Usmanov huwa negozjant ewlieni favur il-Kremlin li għandu interessi f’kumpaniji tal-mineral tal-ħadid u tal-azzar, tal-media, tat-telekomunikazzjoni u tal-internet. L-akbar impriża tiegħu hija l-ġgant tal-azzar Metalloinvest li, flimkien ma’ kumpaniji oħra, qed topera fis-settur tal-minerali u tipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern Russu. Alisher Usmanov għandu rabtiet partikolarment mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Issemma’ bħala wieħed minn negozjanti ewlenin favoriti ta’ Vladimir Putin. Jitqies bħala wieħed mill-uffiċjali-negozjanti tar-Russja li ġew fdati bis-servizzjar ta’ flussi finanzjarji iżda li l-pożizzjonijiet tagħhom jiddependu mir-rieda tal-President. Intqal li Usmanov deher għall-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u solvielu l-problemi tiegħu fin-negozju. Għandu wkoll rabtiet mill-qrib ma’ Dmitry Medvedev, il-Viċi President tal-Kunsill tas-Sigurtà tar-Russja u eks President u Prim Ministru tar-Russja, li bbenefika mill-użu personali ta’ residenzi lussużi kkontrollati minn Usmanov.

    Għalhekk b’mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom. Barra minn hekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Meta Usmanov ħa l-kontroll tal-ġurnal ta’ kuljum dwar in-negozju “Kommersant”, tnaqqset il-libertà tal-persunal editorjali u l-gazzetta adottat pożizzjoni manifestament favur il-Kremlin. Taħt is-sjieda ta’Usmanov, il-Kommersant ippubblikat artiklu propogandist kontra l-Ukrajna minn Dmitry Medvedev, li fih l-eks President tar-Russja argumenta li kienx jagħmel sens li jsiru taħdidiet mal-awtoritajiet Ukreni attwali, li fil-fehma tiegħu kienu jinsabu taħt kontroll barrani dirett.

    Għalhekk b’mod attiv appoġġa l-politiki tal-Gvern Russu ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    28.2.2022

    674.

    Petr Olegovich AVEN

    (Пëтр Олегович АВЕН)

    Data tat-twelid: 16.3. 1955

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Negozjant ewlieni qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ Alfa Group

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Mikhail Fridman, German Borisovich Khan, Alexey Kuzmichev

    Petr Aven huwa negozjant Russu b’rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin li jmorru lura għall-bidu tas-snin disgħin. Huwa azzjonist importanti ta’ ABH Financial Limited, li tinkludi bank ewlieni Russu, Alfa Bank. Huwa wkoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne.

    Huwa wieħed minn madwar 50 negozjant għani Russu li jiltaqgħu regolarment mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin fil-Kremlin. Segwa direttivi mill-President tar-Russja u implimenta l-aġenda tal-politika barranija tiegħu. Aven u sieħbu fin-negozju Mikhail Fridman kienu involuti fl-isforzi tal-Kremlin biex jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Punent imposti biex tiġi miġġielda l-politika aggressiva Russa kontra l-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Petr Aven, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Dik l-istedina speċjali turi li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    Aven ibbenefika mir-rabtiet tiegħu mal-gvern. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex ikollu appoġġ politiku għan-negozju tiegħu u għal qligħ finanzjarju.

    Il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta’ Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta’ investiment barrani ta’ Alfa Group Consortium.

    Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta’ Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tagħha joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Min-naħa l-oħra X5 Retail Group, sussidjarja oħra tal-konsorzju Alfa Group, tikkoopera ma’ JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta’ forniment tal-ikel u ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ t-shirts bis-simbolu militari “Z” li jintuża mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-aggressjoni militari mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B’mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom. Appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    28.2.2022

    675.

    Mikhail Maratovich FRIDMAN

    (Михаил Маратович ФРИДМАН)

    Data tat-twelid: 21.4.1964

    Post tat-twelid: Lviv, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Petr Aven, German Borisovich Khan, Alexey Kuzmichev

    Mikhail Fridman huwa negozjant Russu. Huwa wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ ABH Financial Limited, li tinkludi bank ewlieni Russu, Alfa Bank. Huwa wkoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne. Irnexxielu jrawwem rabtiet b’saħħithom mal-amministrazzjoni ta’ Vladimir Putin u ssemma’ bħala finanzjatur u faċilitatur Russu ewlieni taċ-ċirku ta’ ġewwa tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Irnexxielu jakkwista assi tal-Istat permezz ta’ rabtiet mal-gvern. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex ikollu appoġġ politiku għan-negozju tiegħu u għal qligħ finanzjarju. Il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta’ Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta’ investiment barrani ta’ Alfa Group Consortium.

    Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta’ Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tagħha joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Is-Sur Fridman u sieħbu fin-negozju Petr Aven kienu involuti fl-isforzi tal-Kremlin biex jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Punent imposti biex tiġi miġġielda l-politika aggressiva tar-Russja kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra tal-konsorzju Alfa Group, tikkoopera ma’ JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta’ forniment tal-ikel u ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ t-shirts bis-simbolu militari “Z” li jintuża mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fridman u s-sieħeb fin-negozju tiegħu Petr Aven ilhom impenjati fl-isforzi tal-Kremlin biex jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Punent maħruġa biex jiġġieldu kontra l-politika aggressiva Russa kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B’mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom. Appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    28.2.2022

    676.

    Sergei Pavlovich ROLDUGIN

    (Сергей Павлович РОЛДУГИН)

    Data tat-twelid: 28.9.1951

    Post tat-twelid: Sakhalin Oblast, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: ċellist, negozjant, ħabib mill-qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin

    Sess: raġel

    Roldugin huwa negozjant b’rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Jagħmel parti mill-iskema finanzjarja tan-network ta’ Putin. Huwa sid mill-inqas ħames entitajiet offshore u jżomm l-assi tiegħu f’Bank Rossiya (sanzjonat mill-Unjoni), f’Moska magħruf bħala l-’’Kartiera ta’ Putin’’. Skont l-investigazzjoni tal-Konsorzju Internazzjonali ta’ Ġurnalisti Investigattivi, Roldugin huwa responsabbli għar-riorganizzazzjoni (‘‘shuffling’’) ta’ mill-inqas USD 2 biljun minn ġo banek u kumpaniji offshore bħala parti min-network finanzjarju moħbi tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Ipparteċipa wkoll fit-‘’Troika Laundromat’’ u għadda biljuni ta’ USD minn ġos-sistema. Barra minn hekk irċieva aktar minn USD 69 miljun minn kumpaniji fit-’’Troika Laundromat’’. Il-fatt li Sergei Roldugin ma kienx qed jaġixxi fl-interess tiegħu stess ġie rrikonoxxut minn Qorti Żvizzera.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    28.2.2022

    681.

    Andrey Anatolyevich TURCHAK

    (Андрей Анатольевич ТУРЧАК)

    Data tat-twelid: 20.12.1975

    Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St Petersburg, Russian Federation)

    Funzjoni: Segretarju tal-Kunsill Ġenerali tal-partit United Russia; L-ewwel viċi speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni

    Sess: raġel

    Andrey Turchak huwa s-segretarju tal-Kunsill Ġenerali tal-partit United Russia u l-ewwel viċi speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni. Is-suċċess politiku tiegħu huwa marbut ma’ missieru, Anatoly Turchak, li kien jitħarreġ fil-judo mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u mal-aħwa Rotenberg. Ippromwova attitudni pożittiva għar-rikonoxximent tal-hekk imsejħa “Repubbliki tal-Poplu” separatisti ta’ Donetsk u Luhansk.

    Appella lill-awtoritajiet Russi biex jipprovdu armi avvanzati lill-forzi separatisti favuri ir-Russja fir-reġjun ta’ Donbas. Stqarr pubblikament li kien impossibbli li l-kunflitt ta’ Donbas jissolva b’mod paċifiku mal-awtoritajiet Ukreni. Esprima allegazzjonijiet infondati dwar offensiva militari Ukrena ppjanata f’Donbas. Mexxa n-negozjati ma’ Denis Pushilin, kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu” separatista ta’ Donetsk. F’Jum id-Difensur tal-Patrija żar punt ta’ mobilizzazzjoni tal-forzi armati separatisti fiż-żona tal-ewwel linja ta’ Donbas biex personalment jifraħ lis-suldati tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu” separatista ta’ Donetsk. Iddefenda pubblikament id-deċiżjoni tar-Russja li tirrikonoxxi r-”repubbliki” separatisti ta’ Donbas. Iddikjara li r-Russja hija indifferenti għas-sanzjonijiet tal-Punent.

    Inħatar kap ta’ grupp ta’ koordinazzjoni parlamentari li l-kompitu ewlieni tiegħu huwa li jtejjeb il-forniment tal-armata Russa u jħejji l-leġiżlazzjoni meħtieġa.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    28.2.2022

    686.

    Roman Georgievich BABAYAN

    (Роман Георгиевич БАБАЯН)

    Data tat-twelid: 7.12.1967

    Post tat-twelid: Baku, Azerbaijan

    Funzjoni: Ġurnalist, preżentatur tal-programm televiżiv “Own Truth” fuq l-istazzjon NTV. Kap editur tar-radju “Moscow Speaks”. Membru tad-Duma tal-Belt ta’ Moska.

    Sess: raġel

    Roman Babayan huwa ġurnalist u membru tad-Duma tal-Belt ta’ Moska. Jippreżenta l-programm televiżiv “Own Truth” fuq l-istazzjon NTV. Huwa wkoll kap editur tar-radju “Moscow Speaks”. Xerred propaganda kontra l-Ukrajna u ppromwova attitudni pożittiva lejn l-azzjonijiet tas-separatisti f’Donbas.

    F’intervista li ta lil Ukraina.ru stqarr b’mod ċar li kull abitant ta’ Donbas jippreferi li r-reġjun jingħaqad mar-Russja, u qajjem dubji dwar id-dritt tal-Ukrajna għat-territorji tagħha stess. Barra minn hekk akkuża lill-awtoritajiet Ukreni b’persekuzzjonijiet f’Donbas abbażi tal-oriġini etnika u b’ġenoċidju de facto, u qal li l-Ukreni kienu qatlu tfal u anzjani f’Donbas. Appoġġa wkoll in-narrattiva Russa dwar ir-”reġim faxxista” fl-Ukrajna. Biex jagħmel dan ippreżenta reġistrazzjoni mhux ċara ta’ suldati lebsin l-arma navali tal-Ġermanja Nazista u ddeskrivihom bħala Ukreni.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    28.2.2022

    688.

    Anton Vyacheslavovich KRASOVSKY

    (Антон Вячеславович КРАСОВСКИЙ)

    (magħruf ukoll bħala Anton Vyacheslavovich KUZNETSOV-KRASOVSKY)

    (Антон Вячеславович КУЗНЕЦОВ-КРАСОВСКИЙ)

    Data tat-twelid: 18.7.1975

    Post tat-twelid: Podolsk, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Attivist, ġurnalist, propagandist, eks ospitant tad-dibattitu televiżiv “The Antonyms” fuq RT, stazzjon televiżiv Russu ffinanzjat mill-Istat

    Sess: raġel

    IAnton Krasovsky huwa ġurnalist, eks ospitant tad-dibattitu televiżiv “The Antonyms” fuq RT, stazzjon televiżiv Russu ffinanzjat mill-Istat. Xerred propaganda kontra l-Ukrajna, inkluż diskors ta’ mibegħda. Sejjaħ lill-Ukrajna art Russa u maqdar lill-Ukreni bħala nazzjon. Barra minn hekk hedded lill-Ukrajna b’invażjoni Russa jekk l-Ukrajna tieħu aktar passi biex tingħaqad man-NATO. Issuġġerixxa li din l-azzjoni twassal għat-”teħid” tal-kostituzzjoni tal-Ukrajna u li “tinħaraq fuq Khreshchatyk”. Barra minn hekk issuġġerixxa li l-Ukrajna għandha tingħaqad mar-Russja.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    28.2.2022

    692.

    Rustam Usmanovich MURADOV

    (Рустам Усманович МУРАДОВ)

    Data tat-twelid: 21.3.1973

    Post tat-twelid: Dagestan, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Kurunell Ġeneral, Kmandant tal-Eastern Military District, eks Viċi Kmandant tas- Southern Military District

    Sess: raġel

    Rustam Muradov ilu mis-7 ta’ Ottubru 2022 Kurunell Ġeneral u Kmandant tad-Distrett Militari tal-Lvant. Qabel kien il-viċi kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar li kien involut f’azzjonijiet militari kontra l-Ukrajna. F’Lulju 2022 inħatar kmandant tal-grupp tal-forzi tar-Russja “Vostok” li jopera fl-Ukrajna.

    Dan l-aħħar l-Ukrajna saret il-mira ewlenija tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Minħabba f’hekk ġiet iffurmata t-Tmien Armata l-ġdida u ġiet estiża l-preżenza tad-Distrett fit-territorju tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Minn nofs Ottubru 2021 il-forzi militari Russi taw bidu għal żieda bla preċedent fil-preżenza militari fil-fruntiera tal-Ukrajna jew qrib tagħha u fir-reġjun Ukren okkupat tal-Krimea. F’dan ir-rigward ħafna osservaturi u dawk li jfasslu l-politika esprimew tħassib dwar il-possibbiltà ta’ invażjoni Russa ġdida tal-Ukrajna jew azzjonijiet aggressivi oħra. Truppi mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar wettqu eżerċizzji militari f’żoni li ċċirkondaw lill-Ukrajna u bagħtu gruppi tattiċi tal-artillerija u tal-battaljuni ġewwa l-peniżola tal-Krimea. Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar issorvelja wkoll l-eżerċizzji militari tal-forzi armati tar-”repubbliki” separatisti. Wara d-deċiżjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin li jirrikonoxxi l-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, is-suldati tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar daħlu fit-territorju ta’ dawn iż-żewġ repubbliki awtoproklamati. Fl-24 ta’ Frar 2022 ir-Russja tat bidu għall-invażjoni militari tal-Ukrajna fuq skala kbira.

    Għalhekk Rustam Muradov huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    28.2.2022

    694.

    Gennady Nikolayevich TIMCHENKO

    (Геннадий Николаевич ТИМЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 9.11.1952

    Post tat-twelid: Leninakan, USSR (issa: Gyumri, Armenia)

    Nazzjonalità: Armena, Russa, Finlandiża

    Funzjoni: Sid il-grupp ta’ investiment privat Volga Group

    Sess: raġel

    Gennady Timchenko ilu ħafna żmien jaf lill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u huwa deskritt b’mod ġenerali bħala wieħed mill-persuni ta’ fiduċja tiegħu.

    Qed jibbenefika mir-rabtiet tiegħu ma’ persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa fundatur u azzjonist ta’ Volga Group, grupp ta’ investiment b’portafoll ta’ investimenti f’setturi ewlenin tal-ekonomija Russa. Volga Group jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ekonomija Russa u l-iżvilupp tagħha.

    Huwa wkoll azzjonist ta’ Bank Rossiya, li jitqies bħala l-bank ta’ Putin u ta’ dawk assoċjati miegħu. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, Bank Rossiya fetaħ fergħat kullimkien fil-Krimea u f’Sevastopol, u b’hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħhom fil-Federazzjoni Russa.

    Barra minn hekk, Bank Rossiya għandu interessi f’National Media Group, impriża tal-media li tikkontrolla 28 intrapriża tal-media fir-Russja li b’mod attiv qed ixerrdu l-propaganda u d-diżinformazzjoni relatati mal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li qed jopera fir-Russja u li huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Huwa responsabbli wkoll għall-fatt li appoġġa finanzjarjament jew materjalment lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li bbenefika minnhom.

    28.2.2022

    695.

    Alexey Alexandrovits MORDASHOV

    (Алексей Александрович МОРДАШОВ)

    Data tat-twelid: 26.9.1965

    Post tat-twelid: Cherepovets, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: President ta’ Severstal u Severgroup

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Assoċjati: Yuriy Kovalchuk; Nikolay Shamalov

    Alexey Mordashov huwa negozjant Russu b’rabtiet mill-qrib mal-Gvern Russu. Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Alexey Mordashov, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri f’Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-”patrijottiżmu qabel il-profitt”. Alexey Mordashov huwa l-President tal-kumpanija Severgroup, kumpanija ta’ investiment personali li s-sussidjarja tagħha, Severstal, topera fis-settur tal-azzar u l-estrazzjoni u tforni prodotti speċjali tal-azzar lill-industrija militari, inkluż azzar rinforzat.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Alexey Mordashov qed jappoġġa u jimplimenta wkoll azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Fl-aħħar nett huwa responsabbli wkoll għall-fatt li appoġġa finanzjarjament u materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li bbenefika minnu.

    28.2.2022

    699.

    Oleg Leonidovich VOINOV

    (bir-Russu: Олег Леонидович ВОИНОВ);

    (bil-Belarussu: Алег Леанiдавiч ВОIНАЎ)

    Data tat-twelid: 26.3.1967

    Post tat-twelid: Dnipropetrovsk, USSR, (issa Dnipro, Ukraine)

    Funzjoni: Direttur tan-National Historical Archives of Belarus

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Oleg Voinov ilu minn Mejju 2022 id-Direttur tal-Arkivji Storiċi Nazzjonali tal-Belarussja. Qabel kellu l-kariga ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja u ta’ Assistent tal-Ministru għad-Difiża għall-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali.

    Il-Belarussja qed tipparteċipa fil-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna billi tħalli lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja għal ġol-Ukrajna, tiffaċilita t-trasport ta’ persunal militari u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari Russi fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tħalli l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fl-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti tar-riforniment fil-Belarussja għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi u tagħmir militari Russi fil-Belarussja.

    Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Oleg Voinov qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    2.3.2022

    706.

    Alexander Ivanovich BAS

    (bir-Russu: Александр Иванович БАС;

    bil-Belarussu: Аляксандр Iванавiч БАС)

    Data tat-twelid: 17.8.1971

    Post tat-twelid: Khotomel, USSR (issa Belarus)

    Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Kap tal-Main Directorate of Combat Training of the Armed Forces

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Alexander Bas ġie promoss għall-grad ta’ Maġġur Ġeneral u minn Jannar 2023 għandu l-pożizzjoni ta’ Kap tad-Direttorat Ewlieni tat-Taħriġ għall-Ġlied tal-Forzi Armati. Qabel Alexander Bas kien il-Viċi Kmandant tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja.

    Il-Belarussja qed tipparteċipa fil-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna billi tħalli lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja għal ġol-Ukrajna, tiffaċilita t-trasport ta’ persunal militari u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari Russi fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tħalli l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fl-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti tar-riforniment fil-Belarussja għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi u tagħmir militari Russi fil-Belarussja.

    Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Alexander Bas qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    2.3.2022

    711.

    Vadim Evgenievich SHADURA

    (bir-Russu: Вадим Евгеньевич ШАДУРА)

    Funzjoni: Kap tal-Persunal – l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi tan-North-Western Operational Command of Belarus, Maġġur Ġeneral

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Vadim Shadura għandu l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Persunal – l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Belarussja u ġie promoss għal Maġġur Ġeneral.

    Il-Belarussja qed tipparteċipa fil-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna billi tħalli lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja għal ġol-Ukrajna, tiffaċilita t-trasport ta’ persunal militari u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari Russi fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tħalli l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fl-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti tar-riforniment fil-Belarussja għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi u tagħmir militari Russi fil-Belarussja.

    Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vadim Shadura qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    2.3.2022

    714.

    Vyacheslav Aleksandrovich LENKEVICH

    (bir-Russu: Вячеслав Александрович ЛЕНКЕВИЧ)

    Funzjoni: Kap tal-Fuel and Lubricants Administration Department tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja, Kurunell

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    F’Settembru 2022 Vyacheslav Lenkevich ġie promoss għal Kap tad-Dipartiment għall-Amministrazzjoni tal-Fjuwil u l-Lubrikanti tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja. Qabel kellu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant Responsabbli għal-Loġistika u ta’ Kap tal-Loġistika tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Belarussja.

    Il-Belarussja qed tipparteċipa fil-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna billi tħalli lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja għal ġol-Ukrajna, tiffaċilita t-trasport ta’ persunal militari u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari Russi fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tħalli l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fl-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti tar-riforniment fil-Belarussja għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi u tagħmir militari Russi fil-Belarussja.

    Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vyacheslav Lenkevich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    2.3.2022

    720.

    Alexander Semenovich VINOKUROV

    (Александр Семёнович ВИНОКУРОВ)

    Data tat-twelid: 12.10.1982

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Negozjant, Sieħeb Maniġerjali u President ta’ Maraton Group; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Magnit

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Vinokurov huwa negozjant Russu b’interessi kummerċjali fil-bejgħ bl-imnut tal-ikel, prodotti farmaċewtiċi, agrikultura u infrastruttura. Jinsab f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija f’Maraton Group, kumpanija ta’ investiment, u f’Magnit, l-akbar bejjiegħ bl-imnut Russu tal-ikel. Għandu wkoll ishma f’Demetra Holding, wieħed mill-akbar negozjanti tal-ħbub fir-Russja li huwa attiv fl-esportazzjoni tal-ħbub, filwaqt li r-Russja hija l-akbar esportatur tal-qamħ fid-dinja. Miżżewweġ lil Ekaterina Sergeevna Vinokurova, bint Sergey Lavrov, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa. Missieru huwa Semen Vinokurov, li kien il-kap tal-Intrapriża Unitarja tal-Istat “Capital Pharmacies” u li jitqies bħala wieħed mill-imprendituri ewlenin fl-industrija farmaċewtika Russa. Għalhekk Alexander Vinokurov għandu rabtiet mill-qrib mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa u huwa involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lil dak il-gvern, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Alexander Vinokurov, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Dan juri wkoll li huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dan il-fatt huwa kkorroborat ukoll mir-rabtiet personali mill-qrib li Alexander Vinukorov għandu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sergey Lavrov, li huwa responsabbli għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għall-politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza ta’ dak l-Istat.

    9.3.2022

    721.

    Andrey Igorevich MELNICHENKO

    (Андрей Игоревич МЕЛЬНИЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 8.3.1972

    Post tat-twelid: Gomel, USSR (issa Belarus)

    Funzjoni: Direttur Mhux Eżekuttiv ta’ JSC SUEK, Membru tal-Bord ta’ EuroChem Group

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Andrey Melnichenko huwa industrijalist Russu li għadu jikkontrolla l-produttur ewlieni tal-fertilizzanti EuroChem Group u l-kumpanija tal-faħam SUEK. Mid-9 ta’ Marzu 2022, Melnichenko trasferixxa l-interessi tiegħu f’SUEK u f’Eurochem Group lill-konjuġi tiegħu Aleksandra Melnichenko. Għadu jibbenefika mill-ġid li trasferixxa lil martu.

    Andrey Melnichenko jagħmel parti miċ-ċirku l-aktar influwenti ta’ negozjanti Russi b’rabtiet mill-qrib mal-Gvern Russu. Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Andrey Melnichenko, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent, u b’hekk wera l-importanza tiegħu bħala negozjant ewlieni fir-Russja. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri f’Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-”patrijottiżmu qabel il-profitt”.

    Dawn l-elementi juru li huwa negozjant ewlieni involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    9.3.2022

    722.

    Dmitry Alexandrovich PUMPYANSKY

    (magħruf ukoll bħala Dmitry A. PUMPIANSKY)

    (Дмитрий Алekcандрович ПУМПЯНСКИЙ)

    Data tat-twelid: 22.3.1964

    Post tat-twelid: Ulan-Ude, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Viċi President, Membru tal-Bureau tal-Bord tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri, Kopresident tal-Kumitat tal-RSPP għall-Politika Industrijali u r-Regolamentazzjoni Teknika

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Dmitry Pumpyansky huwa negozjant ewlieni Russu li jopera fir-Russja. Huwa Viċi President, membru tal-Bureau tal-Bord tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri, Kopresident tal-Kumitat tal-RSPP għall-Politika Industrijali u r-Regolamentazzjoni Teknika. Huwa membru tal-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija (CCI) tal-Federazzjoni Russa u President tal-Unjoni reġjonali ta’ Sverdlovsk ta’ Industrijalisti u Imprendituri (SOSPP).

    Kellu pożizzjonijiet għolja f’intrapriżi metallurġiċi Russi kbar. Huwa l-eks President tal-Bord tad-Diretturi ta’ TMK PAO u eks President u membru tal-Bord ta’ Group Sinara. F’dawk il-kapaċitajiet appoġġa lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u lil intrapriżi tal-Istat, fosthom Russian Railways, Gazprom u Rosneft, u bbenefika minn kooperazzjoni magħhom. Għalhekk huwa involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Dmitry Pumpyansky, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    Barra minn hekk ingħata l-Ordni tal-Mertu għall-Patrija, grad IV, l-Ordni tal-Unur. Kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri f’Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-”patrijottiżmu qabel il-profitt”. Dawk l-elementi juru li huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    9.3.2022

    723.

    Dmitry Arkadievich MAZEPIN

    (Дмитрий Аркадьевич МАЗЕПИН)

    Data tat-twelid: 18.4.1968

    Post tat-twelid: Minsk, USSR (issa Belarus)

    Funzjoni: Eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ JSC UCC Uralchem

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Dmitry Mazepin huwa sid ewlieni u eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-kumpanija tal-fertilizzanti minerali Uralchem. Uralchem Group huwa manifattur Russu ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi, fosthom fertilizzanti minerali u nitrat tal-ammonju. Skont il-kumpanija, hija l-akbar produttur ta’ nitrat tal-ammonju kif ukoll it-tieni-l-akbar produttur ta’ ammonijaka u ta’ fertilizzanti nitroġenużi fir-Russja. Għalhekk Dmitry Mazepin huwa negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Dmitry Mazepin, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Dan juri wkoll li huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri f’Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-”patrijottiżmu qabel il-profitt”.

    F’Diċembru 2021, Dmitry Mazepin irreġistra mill-ġdid il-kumpaniji tiegħu bbażati f’Ċipru Uralchem Holding u CI-Chemical Invest, li jikkontrollaw lil “Uralchem”, sabiex jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni Russa fid-distrett amministrattiv speċjali tal-Gżira ta’ Oktyabrsky fir-Reġjun ta’ Kaliningrad.

    9.3.2022

    724.

    Galina Evgenyevna PUMPYANSKAYA

    (Галина Евгеньевна ПУМПЯНСКАЯ)

    Data tat-twelid: 10.2.1966

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Galina Pumpyanskaya hija mart Dmitry Pumpyansky, negozjant ewlieni Russu, membru tal-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija (CCI) tal-Federazzjoni Russa u President tal-Unjoni reġjonali ta’ Sverdlovsk ta’ Industrijalisti u Imprendituri (SOSPP). Ir-raġel tagħha huwa wkoll il-Viċi President, Membru tal-Bureau tal-Bord tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri, Kopresident tal-Kumitat tal-RSPP għall-Politika Industrijali u r-Regolamentazzjoni Teknika. Huwa wkoll eks President tal-Bord tad-Diretturi ta’ PJSC Pipe Metallurgical Company u eks President u membru tal-Bord ta’ Group Sinara. Iż-żewġ kumpaniji jappoġġaw lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u lil intrapriżi tal-Istat, fosthom Russian Railways, Gazprom u Rosneft, u jibbenefikaw minn kooperazzjoni magħhom.

    Għalhekk Galina Pumpyanskaya hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika minn żewġha Dmitry Pumpyansky.

    9.3.2022

    728.

    Vadim Nikolaevich MOSHKOVICH

    (Вадим Николаевич МОШКОВИЧ)

    Data tat-twelid: 6.4.1967

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: eks President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Rusagro Group

    Nazzjonalità: Russa, Ċiprijotta

    Sess: raġel

    Vadim Moshkovichhuwa imprenditur Russu b’interessi kummerċjali fl-agrikoltura u fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli. Fl-2004 Vadim Moshkovich waqqaf Rusagro Group, li huwa produttur ewlieni tal-laħam tal-majjal, xaħmijiet u zokkor, ikklassifikat l-ewwel fost l-azjendi agrikoli fir-Russja fl-2021. Għalhekk Vadim Moshkovic huwa negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Vadim Moshkovich, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma’ membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal- President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Dan juri wkoll li huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja.

    9.3.2022

    730.

    Andrey Andreevich GURYEV

    (Андрей Aндреевич ГУРЬЕВ)

    Data tat-twelid: 7.3.1982

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Uffiċjal Kap Eżekuttiv u President tal-Bord tat-Tmexxija ta’ PJSC PhosAgro; ilu mill-2004 jaħdem ma’ PhosAgro f’diversi pożizzjonijiet; mit-30 ta’ Settembru 2019 Membru tal-Bureau tal-Bord tat-Tmexxija tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri (RSPP)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Andrey Guryev huwa eks Membru tal-Bord u eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ PJSC PhosAgro. Huwa azzjonist ta’ PJSC PhosAgro u huwa l-President tal-Assoċjazzjoni Russa tal-Produtturi ta’ Fertilizzanti (RAPU). Barra minn hekk huwa Membru tal-Bureau tal-Bord tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri. Ir-Russja hija l-akbar esportatur ta’ fertilizzanti fid-dinja u PhosAgro hija waħda mill-produtturi ewlenin ta’ fertilizzanti fosfatiċi. Il-kumpanija hija l-akbar produttur ta’ fertilizzanti fosfatiċi fl-Ewropa, l-akbar produttur ta’ blat fosfatiku ta’ grad għoli fid-dinja u (eskluża ċ-Ċina), it-tieni l-akbar produttur ta’ Fosfat tal-monoammonju (MAP) u ta’ Fosfat tad-diammonju (DAP) fid-dinja.

    Għalhekk Andrey Guryev huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u huwa involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Barra minn hekk, huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    9.3.2022

    731.

    Dmitry Vladimirovich KONOV

    (Дмитрий Владимирович КОНОВ)

    Data tat-twelid: 2.9.1970

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: eks President tal-Bord ta’ PJSC SIBUR Holding; Membru tal-Bord Superviżorju u tal-Kumitat għall-Ippjanar Strateġiku ta’ Alrosa PAO; Membru tal-Unjoni Russa tal-Intrapriżi u tal-Organizzazzjoni tal-Kumpless tal-Kimika (Ruschemunion);

    serva fid-Dipartiment tat-Teżor ta’ OAO NK YUKOS; kellu diversi pożizzjonijiet f’AKB Trust and Investment Bank, inkluż Viċi President – Kap tad-Dipartiment tal-Banek tal-Investiment u Direttur Maniġerjali tad-Dipartiment tal-Finanzi Korporattivi; eks membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ OAO Gazprom neftekhim Salavat u ta’ OAO Gazprombank

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Dmitriy Konov huwa l-eks President tal-Bord tat-Tmexxija ta’ PJSC SIBUR Holding, u f’dik il-kapaċità ssorvelja l-attivitajiet tal-kumpanija. SIBUR Holding hija l-akbar kumpanija integrata tal-petrokimiċi fir-Russja u waħda mill-aktar kumpaniji li qed jikbru malajr fl-industrija globali tal-petrokimiċi. SIBUR huwa grupp ewlieni tal-petrokimiċi fis-swieq emerġenti u l-akbar produttur ta’ petrokimiċi fis-suq Russu. L-ishma maġġoritarji f’SIBUR huma proprjetà ta’ negozjanti ewlenin qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin: Leonid Mikhelson u Gennady Timchenko.

    SIBUR Holding hija marbuta mill-qrib mal-Gvern Russu u għalhekk id-dħul li tiġġenera huwa sors importanti ta’ dħul għall-Gvern Russu.

    Dmitriy Konov għandu rabtiet mal-industrija tal-kimika permezz tas-sħubija tagħha fl-Unjoni Russa tal-Intrapriżi u tal-Organizzazzjonijiet tal-Kumpless tal-Kimika (Ruschemunion), organizzazzjoni li tikkollabora mal-awtoritajiet Russi biex tiddefendi l-interessi tal-industrija tal-kimika Russa u tagħmilha aktar effiċjenti u produttiva. L-industrija tal-kimika Russa hija ddominata minn ftit persuni kkonċernati b’rabtiet mill-qrib mal-Kremlin.

    Dmitriy Konov huwa membru tal-Bord Superviżorju u tal-Kumitat għall-Ippjanar Strateġiku ta’ Alrosa. Alrosa hija kumpanija tal-Istat li topera fl-industrija tad-djamanti u l-profitti tagħha jgħaddu direttament f’idejn il-Kremlin. Permezz tar-rwoli tiegħu f’Alrosa, Dmitriy Konov jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ attivitajiet tal-Gvern Russu, fost affarijiet oħra relatati mad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022 attenda laqgħa tan-negozjanti ewlenin mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li kien membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin.

    Dmitriy Konov huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    9.3.2022

    732.

    Nikita Dmitrievich MAZEPIN

    (Никита Дмитриевич МАЗЕПИН)

    Data tat-twelid: 2.3.1999

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Eks sewwieq tat-tlielaq Russu ma’ Haas F1 Team fil-Kampjonat Dinji tal-Formula One tal-2022 taħt bandiera newtrali li tirrappreżenta lir-Russian Automobile Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Nikita Mazepin huwa iben Dmitry Mazepin, sid u eks Direttur Ġenerali ta’ JSC UCC Uralchem. Sa Marzu 2022 kien sewwieq f’Haas F1 Team sponsorjat minn Dmitry Mazepin permezz tas-sussidjarja ta’ Uralchem, Uralkali. Il-fondazzjoni tiegħu “We compete as one” hija mistennija tiġi ffinanzjata b’fondi minn Uralkali. Huwa assoċjat ukoll ma’ missieru permezz ta’ interessi kummerċjali konġunti fil-kumpanija Hitech GP, li kienet parzjalment proprjetà ta’ Dmitry Mazepin permezz ta’ Uralkali u li l-għan tagħha huwa li tkun ta’ benefiċċju għall-karriera ta’ Nikita Mazepin bħala sewwieq fit-tlielaq tal-karozzi, u li issa hija proprjetà ta’ soċju taż-żewġt irġiel fin-negozju.

    Huwa membru tal-familja immedjata li jibbenefika minn, u huwa assoċjat ma’, missieru, Dmitry Mazepin, negozjant ewlieni involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    9.3.2022

    806.

    Igor Nikolayevich MOROZOV

    (Игорь Николаевич МОРОЗОВ)

    Data tat-twelid: 13.10.1956

    Sess: raġel

    Eks membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-’Trattati ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘.

    9.3.2022

    823.

    Alexander Yuryevich PRONYUSHKIN

    (Александр Юрьевич ПРОНЮШКИН)

    Data tat-twelid: 31.7.1987

    Sess: raġel

    Eks membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-’Trattati ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘.

    9.3.2022

    852.

    Oleg Polikarpovich TKACH

    (Олег Поликарпович ТКАЧ)

    Data tat-twelid: 23.9.1967

    Sess: raġel

    Eks membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-’Trattati ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u bejn il-Federazzjoni Russa u r-”Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”‘.

    9.3.2022

    879.

    Roman Arkadyevich ABRAMOVICH

    (Роман Аркадьевич АБРАМОВИЧ)

    Data tat-twelid: 24.10.1966

    Post tat-twelid: Saratov, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Negozjant ewlieni qrib Vladimir Putin; azzjonist ewlieni ta’ Evraz; eks Gvernatur ta’ Chukotka

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Indirizz: 1 Lipovaya Aleya, Nemchinovo, Odinsovo district, Moscow, Russian Federation

    Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin

    Roman Abramovich huwa negozjant ewlieni Russu li għandu rabtiet fit-tul u mill-qrib ma l-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Kellu aċċess privileġġat għall-President u żamm relazzjonijiet tajbin ħafna miegħu. Din ir-rabta mal-mexxej Russu għenitu jżomm il-ġid konsiderevoli tiegħu. Huwa azzjonist ewlieni tal-grupp tal-azzar Evraz, li huwa wieħed mill-akbar kontribwenti fir-Russja.

    Għalhekk kien u għadu qed jibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa wkoll negozjant Russu ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    880.

    German Borisovich KHAN

    (bir-Russu: Герман Борисович ХАН)

    Data tat-twelid: 24.10.1961

    Post tat-twelid: Kyiv, USSR (issa Ukraine)

    Funzjoni: Negozjant ewlieni qrib Vladimir Putin. Wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ Alfa Group

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: Vladimir Putin, Mikhail Fridman, Petr Aven, Alexey Kuzmichev

    Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

    German Khan huwa negozjant Russu li jżomm relazzjoni mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, simili għal sħabu fin-negozju Mikhail Fridman u Petr Aven. Għal bosta snin kien wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ ABH Financial Limited, li tinkludi bank ewlieni Russu, Alfa Bank. Kien ukoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne. Fl-2022, fid-dawl tas-sanzjonijiet tal-Punent kontrih, trasferixxa s-sjieda tal-ishma tiegħu f’ABH Financial Limited u f’LetterOne lil sieħbu fin-negozju għal żmien twil Andrei Kosogov. Kompla jimmaniġġa l-assi bbażati fir-Russja ta’ dawn il-kumpaniji. Huwa maħsub li huwa wieħed mill-aktar persuni influwenti fir-Russja. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex ikollu appoġġ politiku għan-negozju tiegħu u għal qligħ finanzjarju. Il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta’ Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta’ investiment barrani ta’ Alfa Group Consortium. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri f’Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-”patrijottiżmu qabel il-profitt”.

    Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta’ Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra tal-konsorzju Alfa Group, tikkoopera ma’ JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta’ forniment tal-ikel u ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ t-shirts bis-simbolu militari “Z” li jintuża mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk b’mod attiv kien u għadu qed jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnhom. Huwa wkoll negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    881.

    Viktor Filippovich RASHNIKOV

    (bir-Russu: Виктор Филиппович РАШНИКОВ)

    Data tat-twelid: 13.10.1948

    Post tat-twelid: Magnitorsk, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Negozjant ewlieni. Sid, President tal-Bord tad-Diretturi u President tal-Kumitat għall-Ippjanar Strateġiku ta’ Magnitogorsk Iron & Steel Works (MMK).

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Entitajiet assoċjati: Magnitogorsk Iron & Steel Works (MMK)

    Viktor Rashnikov huwa negozjant Russu li huwa s-sid u l-President tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Magnitogorsk Iron & Steel Works (MMK). MMK hija waħda mill-akbar kontribwenti fir-Russja. Dan l-aħħar żdied il-piż tat-taxxa fuq il-kumpanija, li rriżulta fi dħul konsiderevolment ogħla għall-baġit tal-Istat Russu. Viktor Rashnikov jirċievi wkoll appoġġ mill-Gvern Russu u minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri f’Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-”patrijottiżmu qabel il-profitt”.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnu.

    15.3.2022

    882.

    Alexey Viktorovich KUZMICHEV

    magħruf ukoll bħala Alexey Viktorovich KUZMICHOV

    (bir-Russu: Алексей Викторович КУЗЬМИЧЁВ)

    Funzjoni: Negozjant ewlieni qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ Alfa Group.

    Data tat-twelid: 15.10.1962

    Post tat-twelid: Kirov, USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Mikhail Fridman, Petr Aven, German Khan

    Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

    Alexey Kuzmichev huwa azzjonist ewlieni tal-konsorzju Alfa Group, li jinkludi Alfa Bank, wieħed mill-akbar kontribwenti tat-taxxa fir-Russja. Huwa maħsub li huwa wieħed mill-aktar persuni influwenti fir-Russja. Għandu rabtiet stabbiliti sew mal-President Russu. Il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta’ Alfa Group Consortium lejn l-awtoritajiet Russi billi ta għajnuna politika lill-pjanijiet ta’ investiment barrani ta’ Alfa Group Consortium.

    Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta’ Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra tal-konsorzju Alfa Group, tikkoopera ma’ JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta’ forniment tal-ikel u ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ t-shirts bis-simbolu militari “Z” li jintuża mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk b’mod attiv kien u għadu qed jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnhom. Huwa wkoll negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    884.

    Alexander Nikolayevich SHOKHIN

    (bir-Russu: Александр Николаевич ШОХИН)

    Data tat-twelid: 25.12.1951

    Post tat-twelid: Savinskoye, Kirillovsky District, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: President tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri Eks Viċi President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Mechel PAO Membru tal-Bureau tal-Kunsill Suprem tal-partit politiku “United Russia”

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Shokhin huwa l-President tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri (RSPP) – grupp ta’ lobbjar li jippromwovi l-interessi tan-negozju fir-Russja. Jippresiedi wkoll il-Kunsill ta’ Koordinazzjoni dwar is-Sostituzzjoni tal-Importazzjoni u l-Indipendenza Teknoloġika tal-RSPP. Huwa eks Viċi President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Mechel PAO – waħda mill-kumpaniji Russi ewlenin tal-estrazzjoni u l-metalli li tiġġenera sors ta’ dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    Wara l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja, Shokhin esprima pubblikament il-ħtieġa li jiġi dirett aktar investiment Russu lejn il-Krimea sabiex jingħeleb imblokk ekonomiku possibbli mill-Punent. Fl-24 ta’ Frar 2022 Shokhin attenda laqgħa tan-negozjanti ewlenin mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    Dan juri wkoll li huwa wieħed min-negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    886.

    Armen Sumbatovich GASPARYAN (bir-Russu: Армен Сумбатович ГAСПАРЯН)

    Data tat-twelid: 4.7.1975

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Pubbliċista, propagandista, membru tal-Bord ta’ “Russia Today”, membru tal-Kamra Ċivika

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Armen Gasparyan imexxi l-programm tiegħu stess “Nablyudenye” għall-istrument tal-media Russu Sputnik, kif ukoll programm tar-radju fuq “Vesti FM”. Jippubblika wkoll kotba u kotba awdjo u jaġixxi bħala espert fil-programm tar-radju “Polnyi kontakt” (“Kuntatt sħiħ”) ta’ Vladimir Solovyov, propagandist ieħor. Fis-6 ta’ April 2023 ġie nnominat membru tal-Kamra Ċivika tal-Federazzjoni Russa.

    Gasparian xerred b’mod konsistenti narrattivi allinjati mal-propaganda tal-Kremlin. Uża fallaċji tal-loġika biex jispjega l-affarijiet internazzjonali, ċaħad is-sovranità tal-Ukrajna fuq il-Krimea u ddefenda l-azzjonijiet tar-Russja fl-Istrett ta’ Kerch meta ħatfet bastiment Ukren.

    Għadu jippubblika propaganda favur ir-Russja relatata mal-invażjoni Russa tal-Ukrajna u b’mod attiv jiċħad is-sovranità tal-Ukrajna.

    Għalhekk b’mod attiv qed jappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    15.3.2022

    891.

    Suleyman Abusaidovich KERIMOV

    (bir-Russu: Сулейман Абусаидович КЕРИМОВ)

    Data tat-twelid: 12.3.1966

    Post tat-twelid: Derbent, Dagestan, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa kif ukoll tal-Kumitat dwar ir-Regoli ta’ Proċedura u l-Governanza Parlamentari. Eks sid tal-grupp finanzjarju u industrijali Nafta Moscow;

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Suleyman Kerimov huwa negozjant Russu ewlieni u membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa kif ukoll tal-Kumitat dwar ir-Regoli ta’ Proċedura u l-Governanza Parlamentari. Huwa l-eks sid tal-grupp finanzjarju u industrijali Nafta Moscow. Huwa stmat li l-valur nett ta’ Kerimov u tal-familja tiegħu huwa ta’ USD 9,8 biljun. Irċieva ammonti kbar ta’ flus mingħand Sergei Roldugin, li huwa l-gwardjan tal-ġid tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin.

    Fl-24 ta’ Frar 2022 Kerimov attenda laqgħa tan-negozjanti ewlenin mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li qed idgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    892.

    Tigran Oganesovich KHUDAVERDYAN

    (Тигран Оганесович ХУДАВЕРДЯН)

    Data tat-twelid: 28.12.1981

    Post tat-twelid: Yerevan, USSR (issa Armenia)

    Funzjoni: Eks Direttur Eżekuttiv u eks Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Yandex NV

    Nazzjonalità: Armena

    Sess: raġel

    Tigran Khudaverdyan huwa eks Direttur Eżekuttiv u Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Yandex N.V. wara li rriżenja minn dawk il-pożizzjonijiet meta ġie ddeżinjat mill-Unjoni Ewropea. Għadu fost l-ogħla maniġers ta’ Yandex fejn ifassal l-attivitajiet tal-kumpanija.

    Yandex hija l-akbar ditta tat-teknoloġija fir-Russja. Tiġġenera dħul konsiderevoli mit-taxxa għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Fl-2019 Yandex aċċettat ristrutturar li ta “sehem tad-deheb” lil Fondazzjoni għall-Interess Pubbliku li kien għadha kemm ġiet iffurmata bl-għan li “tiddefendi l-interessi tal-Federazzjoni Russa”. Permezz tal-Fondazzjoni għall-Interess Pubbliku l-Gvern tal-Federazzjoni Russa jista’ jkollu veto fuq lista definita ta’ kwistjonijiet.

    Minn meta bdiet il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Yandex segwiet il-politika ta’ informazzjoni u ċ-ċensura tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Ir-riżultati tal-magna tat-tiftix Yandex ikkonformaw mat-talbiet tal-awtoritajiet Russi u juru biss is-sorsi relatati mal-propaganda Russa favur il-gwerra. Barra minn hekk Yandex għenet lil siti web li jippromwovu dikjarazzjonijiet foloz u favur ir-Russja dwar l-invażjoni tal-Ukrajna biex jiġġeneraw profitt permezz tar-reklamar diġitali.

    Fl-24 ta’ Frar 2022 Khudaverdyan attenda laqgħa tan-negozjanti ewlenin mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin arki qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    Huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, u appoġġa materjalment jew finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    15.3.2022

    893.

    Vladimir Valerievich RASHEVSKY / Vladimir Valeryevich RASHEVSKIY

    (bir-Russu: Владимир Валерьевич РАШЕВСКИЙ)

    Data tat-twelid: 29.9.1973

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv u Direttur ta' EuroChem Group AG

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Vladimir Rashevsky huwa l l-eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv u Direttur ta’ EuroChem Group AG wara li rriżenja formalment minn dik il-pożizzjoni meta ġie elenkat taħt miżuri restrittivi mill-Unjoni, filwaqt li jkompli jeżerċita influwenza permezz ta’ kumpaniji fittizji. EuroChem huwa wieħed mill-akbar produtturi ta’ fertilizzanti minerali fid-dinja. Qabel (bejn l-2004 u l-2020) kien l-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ kumpanija tal-faħam JSC SUEK. Dawn huma kumpaniji Russi kbar – il-koproprjetà ta’ Aleksandra Melnichenko, mart il-biljunarju Russu Andrei Melnichenko – li jiġġeneraw u jipprovdu dħul sostanzjali lill-Gvern Russu. Jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet Russi, inkluż il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Il-kumpaniji ta’ EuroChem Group fornew nitrat tal-ammonju liż-żoni okkupati ta’ Donbas. SUEK iffirmat kuntratti ma’ sanatorji fil-Krimea għal programmi tas-saħħa tal-impjegati.

    Għalhekk qed jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, jew qed jibbenefika minnu.

    Fl-24 ta’ Frar 2022 Rashevsky attenda laqgħa tan-negozjanti ewlenin mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin fil-Kremlin biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi dik il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ negozjanti ewlenin qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa u li qed jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    15.3.2022

    896.

    Viatcheslav Moshe KANTOR

    (Вячеслав Моше КАНТОР)

    (magħruf ukoll bħala Viatcheslav Vladimirovich KANTOR)

    (magħruf ukoll bħala Вячеслав Владимирович КАНТОР)

    Data tat-twelid: 8.9.1953

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Azzjonist kbir ta’ Acron Group, grupp ikkwotat u wieħed mill-akbar produtturi ta’ fertilizzanti fir-Russja

    Nazzjonalità: Russa, Iżraeljana u Brittanika

    Sess: raġel

    Viatcheslav Moshe Kantor huwa negozjant ewlieni Russu li huwa sid benefiċjarju ta’ Acron Group, grupp ikkwotat u wieħed mill-akbar produtturi ta’ fertilizzanti fir-Russja. Għandu rabtiet mill-qrib mal- President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Din ir-rabta mal-President Russu għenitu jżomm il-ġid konsiderevoli tiegħu. F’diversi okkażjonijiet iddikjara b’mod miftuħ l-appoġġ tiegħu għall-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u l-ħbiberija tagħhom, u jgawdi relazzjonijiet tajbin mal-Kremlin.

    Għalhekk kien u għadu qed jibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa wkoll wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    903.

    Elena Petrovna TIMCHENKO (imwielda ERMAKOVA (YERMAKOVA))

    (Елена Петровна ТИМЧЕНКО (ЕРМАКОВА))

    Funzjoni: Kopresident tal-Fondazzjoni Timchenko

    Nazzjonalità: Russa, Finlandiża

    Individwu assoċjat: Gennady Timchenko (żewġha)

    Sess: mara

    Elena Timchenko hija mart Gennady Timchenko, li ilu żmien twil jaf lill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u huwa wieħed mill-persuni ta’ fiduċja tiegħu.

    Flimkien ma’ żewġha twettaq attivitajiet kummerċjali permezz tal-kumpanija immobiljari Sci Ruth u l-kumpanija Maples S.A., u akkwistat proprjetà immobbli flimkien ma’ żewġha, li juri rabtiet importanti ta’ proprjetà bejniethom.

    Barra minn hekk tipparteċipa fl-affarijiet pubbliċi ta’ żewġha permezz tal-Fondazzjoni Neva u l-Fondazzjoni Timchenko, li waqqfet flimkien ma’ żewġha u li fihom għandha rwol importanti, u hija assoċjata mill-qrib ma’ żewġha. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni Timchenko twettaq uħud mill-attivitajiet tagħha b’rabta mal-grupp ta’ investiment Volga Group, li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ekonomija tar-Russja u l-iżvilupp tagħha u twaqqaf minn Gennady Timchenko, li huwa wieħed mill-azzjonisti tiegħu. Għalhekk Elena Timchenko tibbenefika minn żewġha, b’mod partikolari mil-lat ta’ pożizzjoni soċjali u dak finanzjarju. Għalhekk hija assoċjata ma’ Gennady Timchenko, elenkat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, fost affarijiet oħra minħabba li huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u li appoġġa finanzjarjament u materjalment lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom.

    8.4.2022

    908.

    Kirill Nikolayevich SHAMALOV

    (Кирилл Николаевич ШАМАЛОВ)

    Data tat-twelid: 22.3.1982

    Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation)

    Funzjoni: Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija ta’ Sibur Holding PJSC

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Kirill Shamalov huwa Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija u responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija ta’ Sibur Holding PJSC, l-akbar kumpanija integrata tal-petrokimiċi fir-Russja. Baqa’ azzjonist ta’ Sibur Holding u żamm pożizzjoni maniġerjali fil-kumpanija. Barra minn hekk qed jibbenefika mir-rabtiet personali tiegħu mal-Kremlin u kellu pożizzjonijiet għolja f’ħafna kumpaniji Russi kbar.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    909.

    Igor Albertovich KESAEV

    (Игорь Альбертович КЕСАЕВ)

    Data tat-twelid: 30.10.1966

    Post tat-twelid: Vladikavkaz, North Ossetia, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Sid u President ta’ Mercury Group

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Igor Kesaev huwa azzjonist u eks President ta’ Mercury Group, li kien assoċjat ma’ Megapolis Group, id-distributur ewlieni tat-tabakk fir-Russja. Għandu rabtiet mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-forzi tas-sigurtà tiegħu permezz ta’ Monolit Fund, immexxi minn eks uffiċjali tas-servizzi ta’ sigurtà Russi, li jipprovdi assistenza finanzjarja lill-uffiċjali tas-servizz ta’ sigurtà u lill-persunal militari rtirati.

    Huwa azzjonist ewlieni f’Mercury Group u f’Megapolis Group, kif ukoll fil-kumpaniji “Turbokholod” u LLC “Consensus-R”, li jikkontribwixxu għall-Monolit Fund. Barra minn hekk permezz tal-interess tiegħu fid-ditta tal-investiment OOO Globalvoyentreyding, kien u għadu l-azzjonist ewlieni ta’ Degtyarev Plant, kumpanija Russa li tipproduċi armi li jintużaw mill-forzi armati Russi. Għandu ishma fil-ktajjen tal-alkoħol Red &White u Bristol u jasserixxi kontroll fuq International Tobacco Group LLC.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk jappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u jibbenefika minnu.

    8.4.2022

    913.

    Evgeny Borisovich ZUBITSKIY

    (Евгений Борисoвич ЗУБИЦКИЙ)

    Data tat-twelid: 10.3.1968

    Post tat-twelid: Kemerovo, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Imprenditur, koproprjetarju u President tal-Bord u Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Industrial Metallurgical Holding (PMH)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Evgeny Zubitskiy huwa l-koproprjetarju, il-President tal-Bord u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Industrial Metallurgical Holding (PMH). Huwa azzjonist ta’ Koks Group, l-intrapriża omm ta’ PMH u l-akbar produttur ta’ kokk kummerċjabbli fir-Russja, imwaqqaf mid-deputat tad-Duma tal-Istat Boris Zubitsky.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    8.4.2022

    917.

    Musa Yusupovich BAZHAEV

    (Муса Юсупович БАЖАЕВ)

    Data tat-twelid: 11.5.1966

    Post tat-twelid: Achkoy Martan, Chechnya, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: negozjant Russu; President attwali ta’ Moscow Alliance Group li għandu assi fin-negozji taż-żejt, tal-kostruzzjoni, tat-tessuti, tal-ikel, in-negozju finanzjarju u dak tal-media; eks President ta’ Russian Platinum

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Musa Bazhaev huwa l-President ta’ JSC Alliance Group li fost il-klijenti ewlenin tiegħu għandu l-akbar rappreżentanti tal-industriji tal-gass u ż-żejt, faċilitajiet industrijali, is-settur tat-telekomunikazzjoni u l-akkomodazzjoni u l-utilitajiet pubbliċi.

    Huwa l-eks President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Russian Platinum, identifikata bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-estrazzjoni tar-Russja li tipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Fl-2021 VEB.RF, VTB Group u Russian Platinum iffirmaw memorandum ta’ intenzjoni biex jiffinanzjaw id-depożitu ta’ Chernogorsk ta’ minerali tal-platinu, ram u nikil fir-Reġjun ta’ Krasnoyarsk. Iċ-ċerimonja tal-iffirmar saret matul il-Forum Ekonomiku Internazzjonali ta’ San Pietruburgu fil-preżenza tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Musa Bazhaev huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja, jinsab fost l-aktar 200 Russu għonja, u huwa negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    Barra minn hekk Musa Bazhaev huwa assoċjat ma’ VEB.RF, istituzzjoni Russa għall-iżvilupp finanzjarju li b’mod attiv tappoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, jew tibbenefika minnhom.

    8.4.2022

    919.

    Serguey Achotovich MNDOIANTS

    (Сергей Ашотович МНДОЯНЦ)

    Data tat-twelid: 21.9.1961

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Negozjant Russu li jservi bħala Viċi President tal-konglomerat AFK Sistema; Fundatur tal-kumpanija ta’ konsulenza VLM Invest

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Serguey Mndoiants huwa eks Viċi President Eżekuttiv inkarigat mir-relazzjonijiet governattivi għall-kumpanija konglomerat Russa AFK Sistema PAO, li hija attiva fis-settur tat-telekomunikazzjoni u l-IT. Serguey Mndoiants huwa wkoll eks Viċi President ta’ kariga għolja u azzjonist ta’ VLM Invest, kumpanija ta’ konsulenza li taġixxi bħala intermedjarju bejn kumpaniji privati u l-korpi governattivi tal-Federazzjoni Russa. Għandu wkoll ishma f’First Independent Rating Agency (Fira) u f’Regional Public Foundation for the Development of Business Cooperation and Entrepreneurship. Serguey Mndoiants huwa wkoll membru tal-Bord tal-Kunsill għall-Politika Barranija u ta’ Difiża (SVOP), grupp ta’ riflessjoni li jagħti pariri lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar it-tmexxija tal-politika barranija u ta’ difiża.

    Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    921.

    Igor Arkadyevich ROTENBERG

    (Игорь Аркадьевич РОТЕНБЕРГ)

    Data tat-twelid: 9.5.1973

    Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation)

    Individwi assoċjati: Arkady Rotenberg (missier), Boris Rotenberg (ziju)

    Entitajiet assoċjati: SGM (Stroygazmontazh) group, Gazprom Drilling, NPV Engineering Group

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Igor Rotenberg huwa negozjant ewlieni Russu, l-ewwel iben u eredi ta’ Arkady Rotenberg, negozjant prominenti Russu u eks koproprjetarju ta’ SGM (Stroygazmontazh) group. Huwa l-eks sid ta’ Gazprom Drilling u azzjonist fi Platon Electronic Toll Collection system. Ir-Rotenbergs huma assoċjati mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Minħabba l-pożizzjonijiet tiegħu fil-passat u fil-preżent f’intrapriżi Russi ewlenin li rċevew kuntratti tal-Istat kbar, kif ukoll ir-rabtiet tiegħu mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Igor Rotenberg għadu jibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja u mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, it-tnejn responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk huwa persuna fiżika assoċjata ma’ Arkady Rotenberg u mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, it-tnejn li huma elenkati taħt miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    922.

    Ekaterina IGNATOVA

    (magħrufa wkoll bħala Jekatarina IGNATOVA)

    (Екатерина ИГНАТОВА)

    Data tat-twelid: 1968

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Individwi assoċjati: Sergei Chemezov (żewġha)

    Anastasia Ignatova (bintha)

    Lyudmila Rukavishnikova (omm)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Ekaterina Ignatova hija mart Sergei Chemezov, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni tal-Istat Rostec (State Corporation for the Promotion of the Development, Manufacture and Export of High Tech Products).. Bħala mart Sergei Chemezov, Ekaterina Ignatova għandha assi kbar assoċjati miegħu. Fl-aħħar dikjarazzjoni pubblika tal-assi ta’ Sergei Chemezov fl-2019 ġie inkluż id-dħul annwali ta’ USD 24 miljun ta’ Ekaterina Ignatova.

    Ekaterina Ignatova hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika minn żewġha Sergei Chemezov.

    8.4.2022

    923.

    Anastasia IGNATOVA

    (Анастасия ИГНАТОВА)

    Individwi assoċjati: Sergei Chemezov (raġel tal-omm bi żwieġ ieħor)

    Ekaterina Ignatova (omm)

    Lyudmila Rukavishnikova (nanna)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Anastasia Ignatova hija bint il-mara ta’ Sergei Chemezov, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni tal-Istat Rostec (State Corporation for the Promotion of the Development, Manufacture and Export of High Tech Products).

    Bħala bint il-mara ta’ Sergei Chemezov għandha assi kbar assoċjati miegħu permezz ta’ kumpaniji offshore. Anastasia Ignatova kienet formalment tippossiedi l-jott ta’ 85 metru “Valerie” li jiswa USD 140 miljun (aktar minn RUB 10 biljun) permezz ta’ kumpanija tal-Gżejjer Verġni Brittaniċi li jisimha Delima Services Limited. Barra minn hekk hija l-benefiċjarju ta’ kumpaniji offshore b’mijiet ta’ miljuni ta’ dollari f’assi.

    Anastasia Ignatova hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika mir-raġel ta’ ommha Sergei Chemezov.

    8.4.2022

    924.

    Lyudmila RUKAVISHNIKOVA

    Individwi assoċjati: Sergei Chemezov (iben tar-rispett)

    Ekaterina Ignatova (bintha)

    Anastasia Ignatova (bint l-ulied)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Lyudmila Rukavishnikova hija l-omm tar-rispett ta’ Sergei Chemezov, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni tal-Istat Rostec (State Corporation for the Promotion of the Development, Manufacture and Export of High Tech Products). Bħala l-omm tar-rispett ta’ Sergei Chemezov għandha assi kbar assoċjati miegħu, inkluż ishma ta’ kumpaniji li huma sidien ta’ proprjetajiet li jintużaw minn Rostec.

    Lyudmila Rukavishnikova hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika minn binha tar-rispett Sergei Chemezov.

    8.4.2022

    926.

    Said KERIMOV

    Data tat-twelid: 6.7.1995

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: Eredi ta’ Suleiman Kerimov, Membru tal-Kumitat tal-Istrateġija u l-Bord tad-Diretturi ta’ Polyus

    Individwu assoċjat: Suleiman Kerimov (missier)

    Entità assoċjata: Polyus

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Said Kerimov huwa iben Suleiman Kerimov. Suleiman Kerimov huwa biljunarju bbażat fir-Russja, fundatur tal-Fondazzjoni Suleiman Kerimov u rappreżentant tar-Repubblika ta’ Dagestan fil-Kunsill tal-Federazzjoni tar-Russja. Suleiman Kerimov trasferixxa parti kbira mill-assi tiegħu lil ibnu Said Kerimov, inkluż l-ishma tiegħu fl-akbar produttur Russu tad-deheb, Polyus Gold.

    Said Kerimov huwa membru tal-familja immedjata li jibbenefika minn missieru Suleiman Kerimov.

    Barra minn hekk Said Kerimov huwa sid ewlieni tal-ajruport ta’ Makhachkala li jipprovdi appoġġ loġistiku għall-forzi tas-sigurtà Russi li jużaw l-ajruport għal diversi operazzjonijiet. Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    8.4.2022

    929.

    Oleg Vladimirovich DERIPASKA

    (Олег Владимирович ДЕРИПАСКА)

    Data tat-twelid: 2.1.1968

    Post tat-twelid: Dzerzhinsk, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: negozjant ewlieniRussu; sid Russian Machines, Military Industrial Company u Arzamas Machine-Building Plant

    Entitajiet assoċjati: Russian Machines, Military Industrial Company u Arzamas Machine-Building Plant

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Oleg Deripaska huwa negozjant ewlieni, sid Rusal, waħda mill-akbar kumpaniji fid-dinja fl-industrija globali tal-aluminju. F’Marzu 2022 attenda l-Forum Ekonomiku ta’ Krasnoyarsk, waħda mill-konferenzi ekonomiċi Russi ewlenin li b’fokus fuq l-iżvilupp reġjonali. Huwa wkoll is-sid benefiċjarju ta’ GAZ Group, konglomerat awtomobilistiku Russu li jinkludi Military Industrial Company LLC, fornitur ewlieni ta’ armi u tagħmir militari għall-forzi armati Russi. Arzamas Machine-Building Plant, parti minn Military-Industrial Company LLC, timmanifattura t-trasportaturi anfibji armati tal-persunal BTR-80 li ntużaw mir-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Oleg Deripaska huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    8.4.2022

    932.

    Alexander Yevgenevych ANANCHENKO

    (Александр Евгеньевич АНАНЧЕНКO)

    Data tat-twelid: 2.2.1966

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-Kunsill tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Federazzjoni dwar l-Istruttura Federali, il-Politika Reġjonali, l-Awtonomija Lokali u l-Affarijiet tat-Tramuntana.

    8.4.2022

    936.

    Vladimir Nikolaevich ANTONOV

    (Владимир Николаевич АНТОНОВ / Володимир Миколайович АНТОНОВ)

    Data tat-twelid: 24.12.1979

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ “Viċi President tal-Gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    939.

    Aleksandr Aleksandrovich OPRISCHENKO

    (Александр Александрович ОПРИЩЕНКО / Олександр Олександрович ОПРИЩЕНКО)

    Data tat-twelid: 24.4.1976

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ “Aġent Ministru għas-Saħħa” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u “l-Ewwel Viċi Ministru attwali għall-Kura tas-Saħħa”. Billi assuma dawk il-kapaċitajiet u aġixxa fihom, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    940.

    Natalya Yurevna NIKONOROVA

    (Наталья Юрьевна НИКОНОРОВА / Наталя Юр’ївна НIКОНОРОВА)

    Data tat-twelid: 28.9.1984

    Post tat-twelid: Donetsk, USSR (issa Ukraine)

    Sess: mara

    L-eks hekk imsejjaħ “Ministru għall-Affarijiet Barranin” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, membru attwali tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Federazzjoni għall-Affarijiet Internazzjonali u Senatur tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assumiet din il-kapaċità u aġixxiet fiha, b’mod attiv dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    942.

    Aleksandr Yurevich GROMAKOV

    (Александр Юрьевич ГРОМАКОВ / Олександр Юрiйович ГРОМАКОВ)

    Data tat-twelid: 4.9.1958

    Post tat-twelid: Donetsk, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ “Ministru għaż-Żgħażagħ, l-Isport u t-Turiżmu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    943.

    Mikhail Nikolaevich KUSHAKOV

    (Михаил Николаевич КУШАКОВ / Михайло Миколайович КУШАКОВ)

    Data tat-twelid: 23.11.1958

    Post tat-twelid: USSR (issa Republic of Moldova)

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ “Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Huwa r-Rettur tal-Akkademja tal-Liġi ta’ Donbas. Billi assuma dawk il-kapaċitajiet u aġixxa fihom, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    947.

    Sergei Sergeevich NAUMETS

    (Сергей Сергеевич НАУМЕЦ / Сергiй Сергiйович НАУМЕЦЬ)

    Data tat-twelid: 13.7.1976

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ “Ministru għall-Kostruzzjoni, l-Akkomodazzjoni u s-Servizzi Komunali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, b’mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    1073.

    Mikhail Vasilyevich GOLUBOVICH

    (Михаил Васильевич ГОЛУБОВИЧ)

    Data tat-twelid: 21.11.1943

    Post tat-twelid: Zolotonosha, USSR (issa Ukraine)

    Sess: raġel

    Eks membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Fl-2016 inħatar Ċittadin Onorarju ta’ Luhansk u fl-2015 inħatar Artist tal-Poplu tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Huwa d-direttur artistiku tat-Teatru Akkademiku ta’ Luhansk għall-Mużika u d-Drama Ukreni f’Oboronna. Fl-2022 irċieva ċ-Ċertifikat tal-Unur tal-Kunsill tal-Poplu tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Fl-2023 irċieva ittra ta’ ringrazzjament mill-Viċi Presidest tad-Duma tal-Istat tal-Assemblea Federali tal-Federazzjoni Russa u gratitudni mill-Ministru għall-Kultura tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

    8.4.2022

    1110.

    Gulbakhor ISMAILOVA

    (magħrufa wkoll bħala Ismailova GULBAKHOR)

    Гульбахор ИСМАИЛОВА

    Data tat-twelid: 22.12.1959

    Post tat-twelid: USSR (issa Uzbekistan)

    Indirizz: Apartment 81-83, 79 Ustabayeva Street 1000187 Tashkent, Uzbekistan

    Individwu assoċjat: Alisher Usmanov, ħuha

    Nazzjonalità: Russa

    Nru tal-Passaport: 71 3059195 (Russu)

    Sess: mara

    Gulbakhor Ismailova hija oħt Alisher Usmanov, negozjant ewlieni favur il-Kremlin elenkat fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Federali tal-Pulizija Kriminali (Bundeskriminalamt) tal-Ġermanja żvelaw li Alisher Usmanov indirettament trasferixxa assi lil oħtu Gulbakhor Ismailova. B’mod partikolari sid il-jott “Dilbar” hija Navis Marine Ltd. (il-Gżejjer Cayman) li l-azzjonist tagħha hija Almenor Holdings Ltd. (Ċipru). L-ishma kollha f’dik il-kumpanija azzjonarja huma miżmuma minn Pomerol Capital SA (l-Iżvizzera) f’kumpanija fiduċjarja għall-benefiċċju ta’ “The Sisters Trust”. Mill-2017 Alisher Usmanov ma baqax azzjonist ta’ din il-kumpanija fiduċjarja biex b’hekk ħalla lil oħtu Gulbakhor Ismailova l-uniku sid benefiċjarju tal-jott “Dilbar”.

    Kellha wkoll konnessjonijiet ma’ proprjetà immobbli lussuża fl-Italja u fil-Latvja li tista’ tiġi konnessa ma’ ħuha Alisher Usmanov. Tiddependi minn network ta’ kumpaniji fittizji biex taħbi ġid ħuha. Għalhekk hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika minn ħuha Alisher Usmanov.

    8.4.2022

    1156.

    Marina Alexandrovna MORDASHOVA

    (bir-Russu: Марина Александровна МОРДАШОВА

    Data tat-twelid: 17.5.1979

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Individwi assoċjati:

    Alexey Mordashov (sieħeb)

    Kirill Mordashov (bin żewġha)

    Nikita Mordashov (bin żewġha)

    Entitajiet assoċjati:

    Ondero Limited, British Virgin Islands

    Unifirm Limited, Cyprus

    Ranel Assets Limited, British Virgin Islands

    Rayglow Limited, Cyprus

    ServerGroup LLC (Russian Federation)

    KN-Holding LLC (Russian Federation)

    Marina Mordashova hija s-sieħba ta’ Alexey Mordashov, President tal-kumpanija Severgroup. Alexey Mordashov trasferixxa l-ishma tiegħu f’TUI, kumpanija kbira tal-ivvjaġġar, u fil-kumpanija tad-deheb Nordgold, li flimkien jiswew aktar minn EUR 1.5 biljun, lis-sieħba tiegħu Marina Mordashova permezz ta’ diversi kumpaniji offshore, inkluż Unifirm Limited, Ondero Limited u Ranel Assets Limited li huma l-proprjetà ta’ Marina Mordashova jew huma kkontrollati minnha. Għalhekk Marina Mordashova hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika mis-sieħeb tagħha Alexey Mordashov.

    3.6.2022

    1157.

    Mikhail Evgenievich MIZINTSEV

    (bir-Russu: Михаил Евгеньевич МИЗИНЦЕВ)

    Data tat-twelid: 10.9.1962

    Post tat-twelid: Averinskaya, Syamzhensky district, Vologda region, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: eks Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa Eks Kap tan-National Defense Control Center of the Russian Federation, Kurunell Ġeneral

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Il-Kurunell Ġeneral Mikhail Mizintsev huwa l-eks Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa u eks Kap taċ-Ċentru ta’ Kontroll Nazzjonali għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Mizintsev għandu l-laqam “il-Biċċier ta’ Mariupol” u huwa identifikat bħala l-kmandant li ssorvelja l-assedju ta’ Mariupol, fejn idderieġa l-bombardament ta’ Mariupol mill-forzi Russi billi uża tattiċi li kienu ntużaw fl-assedju ta’ Aleppo, is-Sirja. B’mod partikolari Mizintsev huwa akkużat li fassal u dderieġa l-bombardamenti tal-belt ta’ Mariupol fejn inqatlu eluf ta’ ċivili, inkluż il-bombardamenti ta’ sptar tal-maternità u ta’ teatru f’Mariupol li qatlu mijiet ta’ tfal. Għalhekk Mikhail Mizintsev huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    3.6.2022

    1172.

    Aleksandra MELNICHENKO

    (bis-Serb: Александра МЕЉНИЧЕНКО)

    (bil-Kroat: Aleksandra MELJNIČENKO)

    Data tat-twelid: 21.4.1977

    Post tat-twelid: Belgrade, Yugoslavia (now Republic of Serbia)

    Individwu assoċjat: Andrey Igorevich Melnichenko (żewġha)

    Nazzjonalità: Serba, Kroata

    Sess: mara

    Numru tal-passaport: Passaport Kroat Nru 012516964 (data ta’ skadenza: 5.5.2033)

    Aleksandra Melnichenko hija mart Andrey Melnichenko, industrijalist Russu li fid-9 ta’ Marzu 2022 trasferilha s-sjieda u l-benefiċċju effettivi tiegħu tal-produttur ewlieni ta’ fertilizzanti EuroChem Group u tal-kumpanija tal-faħam SUEK.

    Aleksandra Melnichenko tibbenefika minn din il-fortuna u minn ġid żewġha. F’Marzu 2022 Aleksandra Melnichenko ssostitwiet lil żewġha bħala s-sid benefiċjarju ta’ Firstline Trust, immaniġġata minn Linetrust PTC Ltd, kumpanija li tirrappreżenta lis-sid aħħari ta’ EuroChem Group.

    Għalhekk hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika minn żewġha Andrey Melnichenko u hija marbuta miegħu b’interessi finanzjarji komuni.

    3.6.2022

    1174.

    Pavel Evgenevich PRIGOZHIN

    (Павел Евгеньевич ПРИГОЖИН)

    Data tat-twelid: 18.6.1998

    Nazzjonalità: Russa

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-kontribwent: 780103765308

    Individwi assoċjati: Yevgeniy Viktorovich Prigozhin (missier), Lyubov Valentinovna Prigozhina (omm), Polina Evgenievna Prigozhina (oħtha)

    Entitajiet assoċjati: Lakhta Park, Lakhta Park Premium, Lakhta Plaza, Turtrans

    Sess: raġel

    Pavel Prigozhin huwa iben Yevgeniy Prigozhin, negozjant ewlieni li jopera fir-Russja b’rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja. Yevgeniy Prigozhin huwa l-fundatur u l-kap mhux uffiċjali ta’ Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja li hija responsabbli għall-istazzjonament ta’ merċenarji fl-Ukrajna.

    Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpanija li Yevgeniy Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, kif ukoll grupp ta’ kumpaniji oħra marbuta miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, kienu u għadhom qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja.

    Pavel Prigozhin huwa assoċjat ma’ diversi kumpaniji li qabel kienu jappartjenu lil ommu Lyubov Valentinovna Prigozhina: Beta LLC, Turstatus, Lakhta Park Premium LLC, Lakhta Park LLC u Lakhta Plaza LLC. Barra minn hekk Pavel Prigozhin huwa assoċjat mal-kumpanija JSC Businessprof li hija sid iċ-Ċentru Kummerċjali Sinop f’San Pietruburgu.

    Għalhekk huwa assoċjat ma’ negozjanti ewlenin jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa wkoll membru tal-familja immedjata li jibbenefika minn missieru Yevgeniy Prigozhin.

    Barra minn hekk Pavel Prigozhin serva f’Wagner Group fis-Sirja. Ikkonferma pubblikament li huwa involut fl-operazzjonijiet militari kontra l-Ukrajna billi jservi f’unità ta’ Wagner Group fir-reġjun ta’ Donbas. Għalhekk b’mod attiv jappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    1175.

    Arkady Yurievich VOLOZH

    (Аркадий Юрьевич ВОЛОЖ)

    Data tat-twelid: 11.2.1964

    Post tat-twelid: Atyrau, USSR (issa Kazakhstan)

    Funzjoni: kofundatur u Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Yandex N.V.

    Nazzjonalità: Russa, Maltija

    Sess: raġel

    Arkady Volozh huwa negozjant Russu b’interessi kummerċjali fl-IT u fit-teknoloġija. Huwa l-fundatur u l-eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Yandex wara li rriżenja meta ġie elenkat mill-Unjoni Ewropea. Huwa azzjonist ewlieni ta’ Yandex, l-akbar kumpanija tal-internet fir-Russja li tħaddem l-aktar magna tat-tiftix popolari fir-Russja. Yandex topera fis-settur tal-ICT li jiġġenera dħul konsiderevoli mit-taxxa għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    Il-banek tal-Istat Russi bħal Sberbank u VTB huma azzjonisti u investituri f’Yandex.

    Fl-2019 Yandex aċċettat ristrutturar li ta “sehem tad-deheb” lil Fondazzjoni għall-Interess Pubbliku li kien għadha kemm ġiet iffurmata bl-għan li “tiddefendi l-interessi tal-Federazzjoni Russa”. Permezz tal-Fondazzjoni għall-Interess Pubbliku l-Gvern tal-Federazzjoni Russa jista’ jkollu veto fuq lista definita ta’ kwistjonijiet, bħall-bejgħ ta’ proprjetà intellettwali materjali u l-bejgħ jew it-trasferiment tad-data personali tal-utenti Russi lil kumpaniji barranin, li t-tnejn li huma jitqiesu li jaffettwaw l-”interess nazzjonali” tar-Russja. Yandex hija responsabbli wkoll għall-fatt li tippromwovi l-media u n-narrattivi tal-Istat fir-riżultati ta’ tiftix tagħha, u li tiddeklassifika u tneħħi kontenut li jikkritika lill-Kremlin, bħall-kontenut relatat mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Minn meta bdiet il-gwerra Yandex segwiet il-politika ta’ informazzjoni u ċ-ċensura tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Ir-riżultati tal-magna tat-tiftix Yandex ikkonformaw mat-talbiet tal-awtoritajiet Russi u juru biss is-sorsi relatati mal-propaganda Russa favur il-gwerra. Barra minn hekk Yandex għenet lil siti web li jippromwovu dikjarazzjonijiet foloz u favur ir-Russja dwar l-invażjoni tal-Ukrajna biex jiġġeneraw profitt permezz tar-reklamar diġitali.

    Għalhekk Volozh huwa negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk appoġġa materjalment jew finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    1183.

    Sharip Sultanovich DELIMKHANOV

    (Шaрип Султанович ДЕЛИМХАНОВ)

    Data tat-twelid: 23.4.1980

    Post tat-twelid: Dzhalka, USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Kmandant tal-fergħa Ċeċena tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa.

    Responsabbli għall-kmand tal-forzi Ċeċeni matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluż fir-reġjuni ta’ Kiev u Donbas. Ingħata t-titlu “Eroj tar-Repubblika taċ-Ċeċenja” għall-attivitajiet tiegħu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    F’din il-kapaċità huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    21.7.2022

    1190.

    Alexey Mikhailovich KUZMENKOV

    (Алексей Михайлович КУЗЬМЕНКОВ)

    Data tat-twelid: 10.6.1971

    Post tat-twelid: Horlivka, USSR (issa Ukraine)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Aleksey Kuzmenkov inħatar Viċi Ministru għad-Difiża għal-loġistika. Huwa l-eks Viċi Direttur tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) – viċi Kap Kmandant tar-Rosgvardia.

    Xi unitajiet tar-Rosgvardia ntbagħtu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Russi, bħal Kherson, Henichesk, Berdyansk u ċerti żoni ta’ Mariupol biex irażżnu l-protesti mill-popolazzjoni lokali. Kellhom ukoll sehem fil-qtil, l-istupru u t-tortura ta’ ċivili f’Bucha, l-Ukrajna. Xi membri tar-Rosgvardia arrestaw ċittadini favur l-Ukrajna u stabbilew amministrazzjoni tal-pulizija militari.

    Għalhekk fil-kapaċità preċedenti u f’dik preżenti tiegħu, huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    21.7.2022

    1193.

    Konstantin Vladimirovich IVASHCHENKO

    (bir-Russu: Константин Владимирович ИВАЩЕНКО;

    bl-Ukren: Костянтин Володимирович IВАЩЕНКО)

    Data tat-twelid: 3.10.1963

    Post tat-twelid: Mariupol, USSR (issa Ukraine)

    Nazzjonalità: Ukrena

    Sess: raġel

    Wara li l-forzi armati Russi ħadu l-belt ta’ Mariupol, fis-6 ta’ April 2022 l-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” Denis Pushilin ħatar lil Konstantin Ivashchenko sindku ta’ Mariupol. Dan tkeċċa f’Jannar 2023. Appoġġa u pparteċipa pubblikament fit-tħejjijiet għar-referenda illegali fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    21.7.2022

    1197.

    Andrei Vladimirovich SHEVCHIK

    (bir-Russu: Андрей Владимирович ШЕВЧИК)

    Data tat-twelid: 17.6.1973

    Post tat-twelid: Krasnoyarsk-26, USSR (issa Zheleznogorsk , Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    L-eks hekk imsejjaħ sindku ta’ Enerhodar. Fis-27 ta’ Marzu 2022 organizza l-ħolqien ta’ “kunsill ta’ awtorganizzazzjoni tal-belt” ta’ Enerhodar, li ma kienx appoġġat mill-awtoritajiet Ukreni.

    Fil-kapaċità preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    21.7.2022

    1201.

    Maya Nikolaevna BOLOTOVA (imwielda TOKAREVA)

    (magħrufa wkoll bħala Maiya/Mayya/Maija/Maja Nikolaevna BOLOTOVA)

    (Майя Николаевна БОЛОТОВА (ТОКАРЕВА)

    Data tat-twelid: 18.1.1975

    Post tat-twelid: Karaganda, USSR (issa Kazakhstan)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Maya Bolotova (imwielda Tokareva) hija bint Nikolay Tokarev, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Transneft, kumpanija Russa ewlenija taż-żejt u l-gass. Maya Bolotova u l-eks raġel tagħha Andrei Bolotov jippossiedu proprjetà immobbli lussuża f’Moska, fil-Latvja u fil-Kroazja li tiswa aktar minn USD 50 miljun u li tista’ tiġi konnessa ma’ Nikolay Tokarev. Għandha wkoll konnessjonijiet mal-kumpanija Ronin, li timmaniġġa l-fond providenti għal Transneft. Meta applikat għaċ-ċittadinanza Ċiprijotta, fl-istqarrija għall-istampa niżżlet l-indirizz ta’ Ronin Europe bħala tagħha stess. Barra minn hekk permezz tal-kumpanija immobiljari tagħha Ostozhenka 19 (li qabel kien jisimha RPA Esteit) għandha konnessjonijiet ma’ Ronin Trust, li timmaniġġa l-fond providenti ta’ Transneft. Għalhekk Maya Bolotova hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika minn Nikolay Tokarev, negozjant ewlieni li jopera fir-Russja.

    21.7.2022

    1202.

    Pavel EZUBOV

    (Павел EЗУБОВ)

    Data tat-twelid: Awwissu 1975

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Pavel Ezubov huwa l-kuġin ta’ Oleg Deripaska, sid il-konglomerat industrijali Russian Machines li jinkludi Military Industrial Company, fornitur ewlieni tal-armi u t-tagħmir militari lill-forzi armati Russi. Oleg Deripaska trasferixxa assi kbar lil kuġinuh Pavel Ezubov, inkluż diversi proprjetajiet fi Franza permezz ta’ kumpanija azzjonarja li tappartjeni lil Ezubov, lukanda f’Lech, l-Awstrija permezz tal-kumpanija azzjonarja bbażata fir-Russja Gost Hotel Management LLC li tappartjeni lil Ezubov, kif ukoll kontroll tal-kumpanija Terra Limited. Għalhekk Pavel Ezubov huwa membru tal-familja immedjata li jibbenefika minn kuġinuh Oleg Deripaska.

    21.7.2022

    1213.

    Andrey Anatolyevich KOZITSYN

    (Андрей Анатольевич КОЗИЦЫН)

    Data tat-twelid: 9.6.1960

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Andrey Kozitsyn huwa negozjant Russu ewlieni. Huwa l-eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Ural Mining Metallurgical Company (UMMC/UGMK), wieħed mill-produtturi Russi prinċipali ta’ komoditajiet ewlenin (inkluż ir-ram, iż-żingu, il-faħam, id-deheb u l-fidda) u għadu negozjant attiv f’bosta setturi kummerċjali differenti. Huwa rikonoxxut għall-kontributi importanti tiegħu għall-ekonomija Russa u l-iżvilupp tar-reġjun ta’ Ural. Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    21.7.2022

    1244.

    Evgeniy Alexandrovich SOLNTSEV

    (Евгений Александрович СОЛНЦЕВ)

    Data tat-twelid: 1980

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    L-hekk imsejjaħ “Viċi President tal-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” mit-8 ta’ Ġunju 2022.

    Fit-30 ta’ Marzu 2023 inħatar President tal-Gvern tal-hekk imsejħa “ir-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jtellfu l-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1264.

    Sayed Hojatollah QUREISHI

    (سید حجت الله قریشی)

    (magħruf ukoll bħala Sayyed Hojatolah GHOREISHI)

    Data tat-twelid: 27.9. 1964

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: ġeneral

    Pożizzjoni: Kap tas-Supply, Research, and Industrial Affairs Division fil-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) tal-Iran

    Passaport N42881363 (Iran) li jiskadi fl-10 ta’ Ottubru 2022; jew Passaport D9021706 (Iran) li jiskadi fl-14 ta’ Lulju 2021; jew Passaport D10007155 (Iran) li jiskadi fis-17 ta’ Awwissu 2025; jew Passaport A59655618 (Iran) li jiskadi fil-15 ta’ Settembru 2027; Numru tal-identità nazzjonali: 5929869741 (Iran)

    Il-Ġeneral Sayed Qureishi huwa l-Kap tad-Diviżjoni tal-Provvista, ir-Riċerka u l-Affarijiet Industrijali fil-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) tal-Iran u huwa responsabbli għan-negozjar tal-ftehim mal-Federazzjoni Russa b’rabta mal-forniment ta’ Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) magħmula fl-Iran biex jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk il-Ġeneral Sayed Qureishi huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    20.10.2022

    1271.

    Hamid VAHEDI

    (حمید واحدی)

    Data tat-twelid: Marzu/April 1965

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Iranian Air Force

    Il-Brigadier Ġeneral Hamid Vahedi huwa l-Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru Iranjana.

    F’din il-pożizzjoni huwa involut fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-programm Iranjan ta’ Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs), l-esportazzjonijiet ta’ UAVs u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża mal-Federazzjoni Russa f’dan il-qasam, li kollha wasslu biex il-UAVs Iranjani jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk il-Brigadier Ġeneral Hamid Vahedi qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    1273.

    Denis Sergeevich KURASHOV

    (Денис Сергеевич КУРАШОВ)

    Data tat-twelid: 31.05.1978

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Denis Sergeevich Kurashov serva bħala Viċi Ministru, u minn Mejju 2023 bħala Ministru għall-Komunikazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” (DPR). Bħala parti mill-hekk imsejjaħ gvern tal-Oblast ta’ Donetsk anness illegalment, huwa involut f’attivitajiet separatisti u huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ referendum biex Donetsk isir parti mir-Russja. Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1274.

    Dmitriy Vladimirovich SHMELEV

    (Дмитрий Владимирович ШМЕЛЕВ)

    Data tat-twelid: 1981

    Post tat-twelid: Gelendzhik, USSR (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Dmitry Shmelev serva bħala Ministru għad-Dħul tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk (DPR) sal-21 ta’ Frar 2023. Bħala parti mill-hekk imsejjaħ gvern tal-Oblast ta’ Donetsk anness illegalment, kien involut f’attivitajiet separatisti u huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ referendum biex Donetsk isir parti mir-Russja. Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1275.

    Timur Ilgizovich SAMATOV

    (Тимур Ильгизович САМАТОВ)

    Data tat-twelid: 4.4.1992

    Post tat-twelid: Kazan, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Il-Gvern Russu ħatar lil Timur Samatov Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk. Bħala parti mill-hekk imsejjaħ gvern tal-Oblast ta’ Luhansk anness illegalment, huwa involut f’attivitajiet separatisti u huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ referendum biex Luhansk isir parti mir-Russja. Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1384.

    Valeriy Mikhailovich PAKHNITS

    (Валерий Михайлович ПАХНИЦ / Валерiй Михайлович ПАХНИЦЬ)

    Data tat-twelid: 22.1.1953

    Post tat-twelid: Mariupol, USSR (issa Ukraine)

    Nazzjonalità: Ukrena

    Sess: raġel

    Indirizz: 5 Myslichenko St. Chmyrevka village, Starobilskyi district, Luhansk region, USSR (issa Ukraine)

    Nru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa 1938008353 (Ukrajna)

    Valeriy Pakhnits huwa l-eks aġent kap maħtur mir-Russja tal-amministrazzjoni tad-distrett ta’ Starobilskyi. Fir-rwol tiegħu issorvelja s-sekwestru ta’ prodotti agrikoli u ħbub Ukreni biex jiġu trasferiti lejn ir-Russja. Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1405.

    Aleksey Aleksandrovich PETROV

    (Алексей Александрович ПЕТРОВ)

    Data tat-twelid: 29.9.1995

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Aleksey Petrov huwa l-Konsulent għall-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal tal-Federazzjoni Russa. F’dan ir-rwol huwa involut fit-trasport illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja u fl-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta’ Aleksey Aleksandrovich Petrov jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiv Ukreni, għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    16.12.2022

    1420.

    Andrey Alexandrovich SPIVAK

    (Андрей Александрович СПИВАК)

    Data tat-twelid: 14.12.1977

    Post tat-twelid: Dnipropetrovsk, USSR (issa Dnipro, Ukraine)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Eks Prosekutur tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” annessa illegalment taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.2.2023

    1425.

    Vladimir Ivanovich BULAVIN

    (Владимир Иванович БУЛАВИН)

    Data tat-twelid: 11.2.1953

    Post tat-twelid: Ploskim, USSR (issa Stanovoye, Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Vladimir Bulavin huwa l-eks Kap tas-Servizz Doganali Federali tal-Federazzjoni Russa u Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Fir-rwol tiegħu bħala l-Kap tas-Servizz Doganali Federali ssorvelja l-isforzi biex tinkiseb importazzjoni parallela lejn ir-Russja biex jiddgħajfu r-restrizzjonijiet kummerċjali u doganali. Awtorizza wkoll il-ftuħ ta’ uffiċċji u l-eżerċitar ta’ awtorità diretta fuq il-proċessi doganali fit-territorji annessi illegalment ta’ Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia, kif ukoll l-impożizzjoni tal-kodiċi doganali tar-Russja f’dawn it-territorji.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    25.2.2023

    1443.

    Aleksey Aleksandrovich UCHENOV

    (Алексей Александрович УЧЕНОВ)

    Data tat-twelid: 13.2.1986

    Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)

    Funzjoni: eks Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Aleksey Uchenov kien Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ mill-2021 sa Marzu 2023. Il-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ huwa l-korp eżekuttiv federali responsabbli għall-iżvilupp tal-politika tal-Istat u r-regolamentazzjoni legali, fost l-oħrajn fl-oqsma tal-kumpless militari industrijali, l-attivitajiet fl-ispazju u l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-avjazzjoni. Il-Ministeru jissorvelja l-industrija tal-armi u tad-difiża tar-Russja u għandu rwol kruċjali fl-akkwist ta’ tagħmir militari li jintuża fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Matul il-mandat tiegħu bħala Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ kien responsabbli għal azzjonijiet u attivitajiet tal-Ministeru li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    25.2.2023

    1487.

    Vyacheslav Aleksandrovich BOGUSLAYEV

    (Вячеслáв Алексáндрович БОГУСЛÁЕВ)

    Data tat-twelid: 28.10.1938

    Post tat-twelid: Oral/ Uralsk, USSR (issa Kazakhstan)

    Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ JSC MOTOR SICH; eks membru tal-parlament Ukren

    Nazzjonalità: Ukrena, Russa

    Sess: raġel

    Vyacheslav BOGUSLAYEV huwa eks deputat Ukren tal-partit favur ir-Russja tar-reġjuni u huwa azzjonist ewlieni tal-kumpanija JSC MOTOR SICH, manifattur Ukren tal-magni tal-inġenji tal-ajru. Huwa responsabbli għall-forniment ta’ magni lill-armata Russa biex jiġu prodotti u msewwija ħelikopters tal-ġlied (Mi-8, Mi24, Mi28 u Ka-52) li ntużaw b’mod estensiv matul il-kunflitt fl-Ukrajna, speċjalment fil-bidu tal-gwerra. Kompla jipprovdi tagħmir militari lit-truppi Russi minkejja l-kunflitt, u għadu jappoġġa lill-forzi armati Russi.

    F’Ottubru 2022 l-awtoritajiet Ukreni żammewh f’detenzjoni u akkużawh b’attivitajiet kollaborattivi, kif ukoll b’”kompliċità mal-Istat aggressur” u tradiment.

    Vyacheslav Boguslaev ħallas ukoll taxxi u pagamenti doganali favur l-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, li ntużaw biex il-fruntieri tal-Ukrajna jiġu mċaqilqa bil-forza. Għalhekk qed iwettaq ukoll tranżazzjonijiet mas-separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.2.2023

    1491.

    Ghassem DAMAVANDIAN

    (قاسم دماوندیان)

    Data tat-twelid: 2.5.1968

    Post tat-twelid: Tehran, Iran

    Funzjoni: Uffiċjal Kap Eżekuttiv u direttur maniġerjali ta’ Qods Aviation Industries

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Numru tad-dokument tal-identità: 0052944492 (Iran)

    Entitajiet assoċjati: Qods Aviation industries

    Ghassem Damavandian huwa l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv u d-direttur maniġerjali ta’ Qods Aviation Industry (QAI), entità li qed tbigħ droni Mohajer-6 lir-Russja biex jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Żar Moska bħala rappreżentant uffiċjali tal-Iran għal taħditiet dwar il-bini fil-futur ta’ faċilità ġdida għall-produzzjoni tad-droni fir-Russja. Għalhekk fir-rwol tiegħu huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.2.2023”“;

    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    ‘13.

    State Unitary Enterprise of the City of Sevastopol, “Sevastopol seaport”

    ГУП ГС “Севастопольский морской порт”

    (qabel magħrufa bħala State enterprise “Sevastopol commercial seaport”

    Государственное предприятие “Севастопольский морской торговьй порт”

    Gosudarstvenoye predpriyatiye “Sevastopolski morskoy torgovy port”)

    Indirizz: Nakhimov Square 5, 299011 Sevastopol

    (пл. Нахимова, 5, г. Севастополь, 299011)

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1149204004707

    Sit web: https://www.sevmp.ru/

    Posta elettronika: gupsmp@mail.ru

    It-trasferiment tas-sjieda tal-entità mar kontra l-liġi Ukrena. Fis-17 ta’ Marzu 2014 il-”Parlament tal-Krimea” adotta r-Riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta’ xi kumpaniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni għall-infrastruttura jew għall-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lill-intrapriża tal-Istat “Sevastopol commercial seaport” f’isem ir-”Repubblika tal-Krimea”. Għalhekk l-intrapriża hija effettivament ikkonfiskata mill-”awtoritajiet” tal-Krimea. Fl-2023 tħabbar li s-sjieda tal-Intrapriża Unitarja tal-Istat tal-Belt ta’ Sevastopol “Sevastopol seaport” ser tiġi trasferita lill-Federazzjoni Russa. F’termini ta’ volum ta’ kummerċ huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Fis-6 ta’ Ġunju 2014 ġiet irreġistrata mill-ġdid bħala l-Intrapriża Unitarja tal-Istat tal-Belt ta’ Sevastopol “Sevastopol seaport” (Государственное унитарное предприятие города Севастополя “Севастопольский морской порт”). Fundatur: Il-Gvern ta’ Sevastopol (Правительство Севастополя).

    25.7.2014

    21.

    Kumpanija b’Ishma Konġunti Almaz-Antey air and space defence corporation

    Акционерное общество ‘Концерн воздушно-космической обороны “Алмаз – Антей”

    (magħrufa wkoll bħala Concern Almaz-Antey; Almaz-Antey corp; magħrufa wkoll bħala Almaz-Antey defense corporation; magħrufa wkoll bħala Almaz-Antey JSC; Концерн ВКО “Алмаз — Антей”;)

    Indirizz: 41 ul: Vereiskaya street, Moscow 121471, Russian Federation

    Sit web: www.almaz-antey.ru

    Posta elettronika: antey@almaz-antey.ru

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739001993

    Almaz-Antey hija kumpanija tal-Istat Russa. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru, inkluż missili mill-wiċċ għall-ajru li tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi kienu u għadhom qed ifornu armi tqal lis-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna, li kkontribwixxa għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż biex iwaqqgħu l-ajruplani. Għalhekk bħala kumpanija tal-Istat, Almaz-Antey tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna l-forzi militari Russi għadhom jużaw sistemi ta’ missili bħall-familja tal-missili mill-wiċċ għall-ajru S-300 u s-sistemi ta’ missili kontra l-inġenji tal-ajru Strela-10 u Sosna-R, li huma żviluppati u prodotti minn Almaz-Antey. Għalhekk il-korporazzjoni tad-difiża Almaz-Antey hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    30.7.2014

    23.

    PJSC “Russian National Commercial Bank”

    (Публичное акционерное общество “Российский национальный коммерческий банк”)

    Indirizz: 295000, Simferopol, Naberezhnaja str named after 60th anniversary of USSR, 34

    295000, Симферополь, ул. Набережная имени 60–летия СССР, д. 34

    Sit web: http://www.rncb.ru

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1027700381290

    Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, Russian National Commercial Bank (RNCB) sar jappartjeni kompletament lill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. F’Jannar 2016 sar proprjetà tal-Aġenzija Federali għall-Immaniġġar tal-Propjetà tal-Istat, magħrufa wkoll bħala Rosimushchestvo (Федеральное агентство по управлению государственным имуществом (Росимущество)).

    Sar l-attur dominanti fis-suq meta qabel l-annessjoni ma kienx preżenti fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta’ fergħat ta’ banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-Gvern Russu biex il-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa, u għalhekk dgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    Fid-29 ta’ Jannar 2020 l-Bank Ċentrali tar-Russja ddeċieda li jorganizza mill-ġdid is-Sevastopol Marine Bank bil-parteċipazzjoni ta’ RNCB. Il-bank ipparteċipa f’żewġ proġetti infrastrutturali kbar fil-Krimea – dan jiffinanzja l-bini ta’ kumpless ġdid ta’ terminal tal-ajru f’Simferopol u ta’ faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni (Balaklavskaya TPP u Tavricheskaya TPP).

    Fl-2023 RNCB sar sussidjarju ta’ VTB Bank, li huwa proprjetà tal-Istat u l-akbar bank tar-Russja, li huwa istituzzjoni finanzjarja sistemikament importanti tal-Gvern Russu u għadu sors primarju ta’ dħul għall-Federazzjoni Russa.

    Għalhekk RNCB jappoġġa finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. L-RNCB huwa wkoll persuna ġuridika involuta f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    30.7.2014

    25.

    Moviment pubbliku “Peace to Luhansk Region” (Mir Luganschine)

    Общественное движение “Мир Луганщине”

    Indirizz: Karl Marx Street 7, Luhansk, Ukraine

    улица Карла Маркса, 7, г. Луганск, Украина

    Sit web: https://mir-lug.info//

    Email: info@mir-lug.info

    “Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” fit-2 ta’ Novembru 2014 u fil-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-”elezzjonijiet” jiksru l-liġi Ukrena u għalhekk huma illegali. Mis-17 ta’ Frar 2018 il-President tal-organizzazzjoni huwa Leonid PASECHNIK u għalhekk din hija assoċjata ma’ persuna ddeżinjata mill-Kunsill. Kienet involuta wkoll f’attivitajiet ta’ reklutaġġ tal-partit United Russia fit-territorji annessi.

    F’Lulju 2022 il-moviment pubbliku “Peace to Luhansk Region” iffirma ftehim ta’ kooperazzjoni mal-partit “United Russia” u kien kruċjali għall-attivitajiet ta’ “United Russia” fit-territorji annessi. Għalhekk permezz ta’ dawk l-azzjonijiet u billi pparteċipat formalment fl-”elezzjonijet” illegali, din b’mod attiv appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jkomplu jiddestabbilizzaw l-Ukrajna.

    29.11.2014

    46.

    Stroygazmontazh-Most OOO (SGM-Most OOO)

    OOO Стройгазмонтаж-Мост

    (ООО СГМ-Мост)

    Indirizz: Barklaya street 6, building 7 Moscow, 121087 Russian Federation

    Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni: 1157746088170

    Nru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa: 7730018980

    Posta elettronika: kerch-most@yandex.ru

    Sit web: http://kerch-most.ru/

    Fil-proċess ta’ likwidazzjoni

    Likwidatur: Igor Staloverov

    Stroygazmontazh-Most OOO kienet sussidjarja tal-kuntrattur ewlieni Stroygazmontazh li mmaniġġat il-proġett ta’ kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch u pparteċipat fil-bini tiegħu. Barra minn hekk hija proprjetà ta’ individwu (Arkady Rotenberg) li huwa diġà ddeżinjat għall-azzjonijiet tiegħu li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (il-persuna Nru 92 f’dan l-Anness). Għalhekk il-kumpanija qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    31.7.2018

    47.

    CJSC VAD

    AKTSIONERNOE OBSHCHESTVO VAD

    АО “ВАД”

    Indirizz:

    133 Chernyshevskogo street, Vologda, Vologodskaya Oblast, 160019 Russian Federation

    122, Grazhdanskiy Prospect, suite 5, Liter A, St. Petersburg, 195267 Russian Federation

    Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni: 1037804006811 (Russja)

    Nru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa: 7802059185

    Sit web: www.zaovad.com

    Posta elettronika: office@zaovad.com

    Telefown: (812) 328-89-80

    CJSC VAD hija l-kuntrattur ewlieni għall-bini tal-awtostrada Tavrida fil-Krimea, it-triq fuq il-pont ta’ Kerch u t-toroq ta’ aċċess għaliha. L-awtostrada Tavrida ser tipprovdi aċċess għat-trasport lejn il-Krimea permezz ta’ sistema ta’ toroq li għadhom kif inbnew u li jservu bħala konnessjoni primarja mal-pont ta’ Kerch. Għalhekk CJSC VAD qed tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Barra minn hekk CJSC VAD irċeviet diversi kuntratti tal-Istat kbar għall-bini ta’ proġetti infrastrutturali fil-Krimea okkupata, b’valur totali ta’ għexieren ta’ biljuni ta’ rubli. Għalhekk CJSC VAD qed tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    31.7.2018

    52.

    Internet Research Agency

    (Агентство интернет-исследований)

    Data tal-ħolqien: 2013

    Indirizz: Saint Petersburg, Russian Federation

    Individwi assoċjati: Yevgeny Prigozhin

    Internet Research Agency hija kumpanija Russa involuta f’operazzjonijiet ta’ influwenza online f’isem ir-Russja. L-għan aħħari tagħha huwa li timmanipula l-opinjoni pubblika.

    Il-kumpanija twettaq kampanji ta’ diżinformazzjoni mmirati lejn l-aġenda tal-Ukrajna billi tinfluwenza l-elezzjonijiet jew il-perċezzjonijiet dwar l-annessjoni tal-Krimea jew il-kunflitt f’Donbas. F’din il-kapaċità Internet Research Agency hija responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġat azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Il-kumpanija nħolqot, hija mmaniġġata u ffinanzjata minn Yevgeny Prigozhin, u għalhekk hija assoċjata ma’ persuna elenkata.

    23.2.2022

    54.

    PROMSVYAZBANK

    (ПАО “Промсвязьбанк”)

    Imwaqqaf fl-1995

    Indirizz: Moscow, Russian Federation;

    Sit web: psbank.ru

    Individwi assoċjati: Petr Fradkov, Uffiċjal Kap Eżekuttiv

    Telefown: 8 (800) 333 0303, +7 495 787 33 33

    OGRN:1027739019142

    INN: 7744000912

    PROMSVYAZBANK huwa bank tal-Istat Russu li jappoġġa finanzjarjament lis-settur tad-difiża Russu u lill-militar Russu, li huwa responsabbli għall-istazzjonament massiv ta’ truppi Russi tul il-fruntiera mal-Ukrajna u għall-preżenza ta’ truppi Russi fil-peniżola tal-Krimea.

    PROMSVYAZBANK jirċievi struzzjonijiet direttament mill-President tal-Federazzjoni Russa, President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, u għalhekk jappoġġa finanzjarjament u materjalment lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna u għall-annessjoni illegali tal-Krimea.

    PROMSVYAZBANK jopera fil-peniżola tal-Krimea u f’territorji Ukreni oħra okkupati mir-Russja. Fl-2023 PROMSVYAZBANK iffinalizza x-xiri ta’ żewġ banek, proprjetà tad-DPR u tal-LPR. Għalhekk qed iwettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna.

    23.2.2022

    55.

    VEB.RF

    (magħruf ukoll bħala Vnesheconombank; VEB)

    Imwaqqaf fl-1922 bħala bank u fl-2007 bħala istitut għall-iżvilupp

    Indirizz: st. Vozdvizhenka, 10, Moscow, Russian Federation

    Sit web: veb.ru

    Individwi assoċjati: Igor Shuvalov, President

    Telefown: +7 (495) 604-63

    VEB.RF huwa istituzzjoni ewlenija għall-iżvilupp finanzjarju li l-President tiegħu jinħatar direttament mill-President tal-Federazzjoni Russa, President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, u jirċievi struzzjonijiet direttament mingħandu. VEB.RF jiġġenera sors importanti ta’ dħul għall-Gvern Russu u jimmaniġġa l-fondi providenti tal-Istat tiegħu.

    VEB.RF għandu rwol attiv fid-diversifikazzjoni tas-settur tad-difiża tal-Federazzjoni Russa u għandu proġetti ma’ kumpaniji fl-industrija tad-difiża, inkluż Rostec, li jappoġġaw azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    VEB ta self lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fil-Krimea u jqisha bħala “reġjun ta’ prijorità” u għandu sħubijiet mal-Ministeru għall-Affarijiet tal-Krimea, responsabbli għall-integrazzjoni tar-”Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea” fil-Federazzjoni Russa.

    F’din il-kapaċità VEB.RF b’mod attiv jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna, jew jibbenefika minnhom.

    23.2.2022

    66.

    JSC Arzamas Machine-Building Plant

    (АО “Арзамасский машиностроительный завод”)

    Indirizz: Ulitsa 9 Maya, 2, Arzamas, Nizhny Novgorod Oblast, 607220 Russian Federation

    Telefown: +7 831 4740780

    Sit web: amz.ru

    Posta elettronika: oao_amz@amz.ru

    Numru tat-taxxa: 5243001767

    Numru tar-reġistrazzjoni tal-Istat: 1025201335730

    Arzamas Machine-Building Plant hija parti minn Military Industrial Company ta’ Oleg Deripaska. Timmanifattura t-trasportaturi anfibji armati tal-persunal BTR-80 li ntużaw mir-Russja matul il-gwerra tagħha ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna fl-2022. Qed ittejjeb ukoll il-proprjetajiet tal-armatura tal-vetturi militari Russi involuti fil-gwerra kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk Arzamas Machine-Building Plant hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    67.

    JSC Ruselectronics

    (АО “Росэлектроника”)

    Indirizz: Vereiskaya Str., 29, p. 141., Moscow 115184, Russian Federation

    Telefown: +7 495 777 42 82

    Sit web: https://www.ruselectronics.ru/

    Numru tat-taxxa: 7710277994

    Numru tar-reġistrazzjoni tal-Istat: 1027739000475

    Kumpanija omm: ROSTEC

    Ruselectronics hija kumpanija azzjonarja Russa tal-elettronika li tappartjeni lil Rostec.

    L-unitajiet multifunzjonali tas-sistema tal-armi tal-gwerra elettronika Borisoglebsk-2, żviluppati u mmanifatturati minn JSC Sozvezdie Concern, parti mill-impriża Ruselectronics, intużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna fl-2022. Qabel dan, is-sistema Borisoglebsk-2 intużat fit-territorju tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu separatista ta’ Luhansk” fil-Lvant tal-Ukrajna.

    Barra minn hekk Ruselectronics forniet lill-Forzi Armati Russi b’sistemi ta’ rikonjizzjoni Penicillin li ntużaw fil-gwerra kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk Ruselectronics hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    79.

    Otkritie FC Bank

    (qabel magħruf bħala NOMOS Bank)

    Tip ta’ kumpanija: Kumpanija Pubblika b’Ishma Konġunti

    Indirizz: D. 2, str. 4, ul. Letnikovskaya, 115114, Moscow, Russian Federation

    Sit web: https://www.open.ru/

    Telefown: +7 (495) 224-44-00

    Data tar-reġistrazzjoni: 15.12.1999

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739019208

    Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa: 7706092528

    SWIFT/BIC: JSNMRUMM

    Individwu assoċjat: Igor Finogenov, Kofundatur (issa Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Eurasian Development Bank)

    Assoċjati: Central Bank of Russia; Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Otkritie FC Bank, qabel magħruf bħala NOMOS Bank, huwa wieħed mill-akbar 10 banek tar-Russja u istituzzjoni finanzjarja sistemikament importanti għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Il-Bank Ċentrali tar-Russja huwa l-investitur ewlieni ta’ Otkritie Bank, fejn għandu 99-100 % tal-ishma. Bħala waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin tar-Russja, Otkritie Bank jiġġenera dħul kbir għall-Bank Ċentrali tar-Russja u għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk Otkritie Bank huwa entità jew korp li jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnu, kif ukoll jappoġġa lil persuna ġuridika, entità jew korp involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    8.4.2022

    85.

    JSC OBORONENERGO

    (bir-Russu: АО Оборонэнерго)

    Indirizz: 107140, Moscow, 1 st Krasnoselsky lane, 11, Russian Federation

    Telefown: +7 (495) 532-13-06

    Sit web: https://oboronenergo.su

    Posta elettronika: info@oen.su

    JSC Oboronenergo hija fornitur militari tal-enerġija li tappartjeni lil JSC Garnizon, li skont kuntratti tal-gvern tipprovdi servizzi ta’ provvista tal-elettriku lil unitajiet militari Russi u lil entitajiet oħra taħt il-kontroll tal-Ministeru għad-Difiża. Ipparteċipat fil-modernizzazzjoni tal-bażi tal-ajru militari f’Korenovsk, li ntuża mill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa biex jagħtu bidu għal attakki fuq bersalli fl-Ukrajna matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk appoġġat materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefikat minnu. Appoġġat ukoll materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    91.

    PJSC KAMAZ psewdonimu KAMAZ PTC

    (bir-Russu: ПАО “КАМАЗ”)

    Indirizz: Avtozavodskiy Prospekt, 2, Naberezhnye Chelny, Republic of Tatarstan, 423827 Russian Federation

    Telefown: +7 (800) 555-00-99

    Sit web: https://kamaz.ru/en

    Posta elettronika: callcentre@kamaz.ru

    KAMAZ hija żviluppatur u manifattur Russu ta’ vetturi u tagħmir militari. Ipproduċiet il-vetturi KAMAZ-5350, KAMAZ-6350 u KAMAZ-6560 li jintużaw mill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna kontra l-Ukrajna. F’Novembru KAMAZ irreferiet għall-fatt li l-fabbrika tagħha qed topera fil-limiti tal-kapaċità tagħha biex tissodisfa l-ordnijiet ta’ armi. F’April 2022 ippubblikat ukoll filmat li fih intuża s-simbolu “Z” li jesprimi appoġġ għall-operazzjoni fl-Ukrajna.

    Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    93.

    Tatshina LLC

    (OOO ТАТШИНАУК)

    Eks Management Company Tatneft-Neftekhim LLC

    (bir-Russu: OOO УК Татнефть-Нефтехим))

    Indirizz: Korpus AIK-24, Industrial zone Territory, Nizhnekamsk, Nizhnekamskij District, Republic of Tatarstan, 423570 Russian Federation

    Telefown: +7(8555) 49-73-42,

    +7(8555) 49-75-86,

    +7 (855) 549-74-39

    Faks: +7(8555) 49-75-86

    Sit web: www.neftehim.tatneft.ru

    Posta elettronika: nhk@tnnh.tatneft.ru

    Numru tar-reġistrazzjoni: TIN 1644024517

    IEC 165101001

    PSRN 1021601627090 fil-25.11.2002

    OKPO 57243722

    Entitajiet assoċjati:

    JSC Nizhnekamskshina;

    LLC Nizhnekamsk Truck Tyre Factory;

    Nizhnekamsk SSC Tyre Factory;

    JSC Nizhnekamsktekhuglerod;

    JSC Nizhnekamsk Mechanical Plant);

    TD “Kama” Trading House;

    LLC “Kama” Scientific & Technical Center;

    LLC TATNEFT-Neftekhimsnab;

    JSC Yarpolimermash-Tatneft;

    LLC Energoshinservis

    Wara d-deżinjazzjoni ta’ Management Company Tatneft-Neftekhim LLC, Tatneft Group biegħ il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kumpanija maniġerjali “Tatneft-Neftekhim” lil JSC Tatneftekhiminvest-Holding, li bidlet isimha għal Tatshina LLC. Tatshina LLC (li qabel kien jisimha Management Company Tatneft-Neftekhim) timmaniġġa u tikkoordina l-kumpaniji subordinati tat-tajers ta’ PJSC Nizhnekamskneftekhim, li jinkludu TD KAMA, Nizhnekamskshina u Nizhnekamsk All-Steel Tyre Plant. Din tgħaqqad flimkien l-intrapriżi kollha relatati man-negozju tat-tajers JSC Tatneftekhiminvest-Holding, u timmaniġġa l-produzzjoni, il-proċessi tal-ippjanar, l-operazzjonijiet kummerċjali, ir-riżorsi umani u r-relazzjonijiet pubbliċi tagħhom.

    TD KAMA, id-distributur ġenerali tal-prodotti kummerċjali tat-tajers ta’ JSC Tatneftekhiminvest-Holding, tforni tajers lill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa u lill-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa. Nizhnekamskshina timmanifattura tajers immuntati fuq il-vetturi armati K4386 Typhoon-VDV. Il-prodotti ta’ Nizhnekamsk All-Steel Tyre Plant jinkludu t-tajers KAMA NU402 li jiġu mmuntati fuq il-vetturi ta’ mobbiltà tal-infanterija Tigr li jġorru missili mobbli Kornet kontra t-tankijiet. Il-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa użaw vetturi armati K4386 Typhoon-VDV, vetturi ta’ mobbiltà tal-infanterija Tigr u missili mobbli Kornet kontra t-tankijiet matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk Tatshina LLC u TD KAMA jappoġġaw materjalment lill-impjegati mobilizzati għall-gwerra fl-Ukrajna.

    Għalhekk din responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    95.

    PJSC Nizhnekamskshina

    (bir-Russu: ПАО “Нижнекамскшина”)

    Indirizz: 423570, Republic of Tatarstan, Nizhnekamsk, Russian Federation

    Telefown: +8 555 49-79-30

    faks: + 8 555 24-15-70

    Sit web: https://shina-kama.ru

    Posta elettronika: minnegalievfg@kamatyres.com

    Entitajiet assoċjati:

    Tatneft

    Trading House KAMA

    Management Company Tatneft-Neftekhim

    Nizhnekamsk All-Steel Tyre Plant

    Nizhnekamskshina hija l-manifattur ewlieni tat-tajers fir-Russja. Kienet kumpanija subordinata ta’ Tatneft. Fl-1 ta’ Ġunju 2022 Nizhnekamskshina nbiegħet lil JSC Tatneftekhiminvest-Holding. Tipproduċi tajers tal-marki KAMA u Viatti. Il-prodotti tagħha jinkludu tajers b’użu doppju u militari fornuti lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Timmanifattura tajers immuntati fuq il-vetturi armati K4386 Typhoon-VDV. Il-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa użaw vetturi armati K4386 Typhoon-VDV matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk Nizhnekamskshina tappoġġa materjalment u finanzjarjament lill-impjegati mobilizzati għall-gwerra fl-Ukrajna.

    Għalhekk din responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    98.

    JSC REMDIZEL

    (bir-Russu: АО “Ремдизель”)

    Indirizz: 423800, Republic of Tatarstan, Naberezhnye Chelny, Menzelinsky tract, 40, Russian Federation

    Telefown: +7 (8552) 55-15-88 / 7 (8552) 30-80-00

    Sit web: http://www.remdizel.com

    Posta elettronika: remdizel@kamaz.ru

    Entitajiet assoċjati:

    KAMAZ

    Remdizel tipproduċi u ssewwi vetturi bir-roti u fuq iċ-ċineg. Timmanifattura l-vetturi K-63968 reżistenti għall-mini u protetti mill-imboskati li għadhom jintużaw mill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna kontra l-Ukrajna. Remdizel tipproduċi wkoll vetturi armati ġodda bħal K-4386 Typhoon VDV u Akhmat biex tappoġġa l-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna.

    Għalhekk din responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    99.

    JSC SUKHOI Company

    (bir-Russu: ПАО Компания “Сухой”)

    Indirizz: 125284, Russian Federation, Moscow, st. Polikarpova, 23B, PO box 604

    Telefown: +7 (499) 550-01-06

    Sit web: https://www.sukhoi.org

    Posta elettronika: info@sukhoi.org

    Entitajiet assoċjati:

    United Aircraft Corporation (kumpanija omm)

    Sukhoi hija manifattur Russu tal-inġenji tal-ajru. Il-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa ħaddmu inġenji tal-ajru tal-ġlied immanifatturati minn Sukhoi matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna kontra l-Ukrajna. Il-kumpanija tiżviluppa wkoll mudelli ġodda ta’ inġenji tal-ajru tal-ġlied li jintużaw ħafna fil-gwerra, bħal Su-24, Su-30, Su-34, Su-35 u Su-57. Fil-21 ta’ Novembru 2022 l-azzjonist maġġoritarju tagħha OAK ħabbar il-konsenja ta’ SU30SM2s ġodda lill-Ministeru għad-Difiża. Skont rapporti uffiċjali l-militar Russu qed joħloq grupp elit ta’ avjazzjoni għall-attakk li jinkludi Su-24s u Su-34s immanifatturati minn Sukhoi.

    Għalhekk din responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    100.

    JSC “121 AIRCRAFT REPAIR PLANT”

    (bir-Russu: Акционерное общество “121 авиационный ремонтный завод”)

    Indirizz: Russian Federation, 143079, Moscow region, Odintsovo, Stary Gorodok, st. Postal, 10

    Telefown: +7(498) 677-95-11

    Sit web: https://121arz.ru

    Posta elettronika: info@121arz.ru

    121 Aircraft Repair Plant issewwi l-inġenji tal-ajru Su-25, Su-27, MiG-29 u MiG-31. Hija l-unika intrapriża fir-Russja li simultanjament issewwi u taġġorna l-inġenji tal-ajru Su-25 għall-verżjoni Su-25 SM. L-inġenji tal-ajru Su-25 SM u MiG-31 intużaw mill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna kontra l-Ukrajna. F’dan is-sit intbagħat ukoll persunal Belarussu biex jgħin fit-tiswija tal-inġenji tal-ajru tal-ġlied sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw fl-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna.

    Għalhekk din responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Tappoġġa wkoll materjalment jew finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, jew tibbenefika minnu.

    3.6.2022

    103.

    Nightwolves MC

    (Моторклуб, Ночные Волки)

    Indirizz: Nizhniye Mnevniki, 110, Bike Centre, Moscow, Russian Federation

    Tip ta’ entità: Grupp tal-Muturi

    Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 1989

    Nightwolves MC huwa klabb tal-muturi nazzjonalista mwaqqaf fl-1989 f’Moska u mmexxi minn Alexander Zaldastanov, b’madwar 45 taqsima madwar id-dinja, inkluż taqsimiet f’ħafna Stati Membri tal-Unjoni Ewropea. Nightwolves MC kien involut b’mod attiv fil-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna billi appoġġa pubblikament l-annessjoni tal-Krimea fl-2014 u l-gwerra kontra l-Ukrajna fl-2022, billi b’mod attiv xerred propaganda kontra l-Ukrajna u favur ir-Russja, u billi ġġieled flimkien ma’ gruppi favur ir-Russja fl-Ukrajna jew appoġġahom wara l-annessjoni tal-Krimea u l-gwerra Russa kontra l-Ukrajna fl-2022. Il-grupp huwa marbut ma’ “Wolf Holding Security Structures”, kumpanija li topera kampijiet ta’ taħriġ għad-”difiża personali” f’Sevastopol u tipprovdi taħriġ militari.

    Il-grupp huwa sostenitur ewlieni tal-Gvern Russu li b’mod attiv jappoġġa l-propaganda tal-Istat Russa fir-Russja, fl-Ewropa u fil-Balkani tal-Punent, jiċħad id-dritt tal-Ukrajna għas-sovranità u jappella għad-”denazifikazzjoni” u d-”deUkrenizzazzjoni” tal-pajjiż, filwaqt li jippromwovi l-idea li l-Ukrajna għandha tkun parti integrali mir-Russja.

    Il-grupp għandu wkoll rabtiet mill-qrib mal- President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u mal-Gvern Russu u bejn l-2013 u l-2015 irċieva finanzjament tal-Istat mill-Kremlin. Il-grupp wera ripetutament l-appoġġ tiegħu għall-operazzjoni militari, b’mod partikolari billi bagħat uħud mill-membri tiegħu bħala voluntiera fl-armata. Għalhekk Nightwolves huma entità jew korp li qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk hija entità responsabbli għall-fatt li appoġġat jew implimentat azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

     

    104.

    The Alexander Gorchakov Public Diplomacy Fund

    (Фонд общественной дипломатии Александра Горчакова)

    Indirizz: 10/1 Yakovoapostolsky pereulok, Moscow 105064, Russian Federation

    Tip ta’ entità: Organizzazzjoni mhux Governattiva

    Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: Frar 2010

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1107799026752

    L-Alexander Gorchakov Public Diplomacy Fund twaqqaf fl-2010 mill-President Russu Dmitry Medvedev. Il-fundatur tal-Fond kien il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja u l-Ministru attwali għall-Affarijiet Barranin huwa l-kap tal-Bord tal-Fiduċjarji. Il-Ministeru jiffinanzja l-ħidma tal-Fond Gorchakov, li min-naħa tiegħu jagħti finanzjament lil gruppi ta’ riflessjoni u lil GONGOs.

    Il-Fond Gorchakov huwa mfassal biex jappoġġa lill-kompatrijotti Russi fl-ispazju post-Sovjetiku f’konformità mal-għanijiet ideoloġiċi tal-Kremlin. Il-proġetti organizzati mill-Fond Gorchakov kienu elementi importanti tad-diskors dwar il-politika barranija tar-Russja. Fl-2015 il-Gvern tal-Ukrajna għalaq l-Uffiċċju ta’ Gorchakov Public Diplomacy Fund f’Kiev minħabba propaganda kontra l-Istat.

    Għalhekk Gorchakov Public Diplomacy Fund huwa responsabbli għall-fatt li b’mod attiv appoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li bbenefika minnu.

    21.7.2022

    124.

    Oje Parvaz Mado Nafar Company (Mado)

    شرکت اوژه پرواز مادو نفر (مادو)

    (magħrufa wkoll bħala Owj Parvaz Mado Nafar Company LLC)

    Indirizz: Qom, No. 1106, 11 Hemmat Corner, Hemmat Square, Hemmat Boulevard, Shokuhieh Industrial Town, Qom Province, 3718116354, Iran

    Numru tar-reġistrazzjoni: 10590042155

    Oje Parvaz Mado Nafar Company (Mado) hija kumpanija bbażata fl-Iran speċjalizzata fil-manifattura ta’ komponenti ta’ vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs).

    Mado pproduċiet magni ta’ UAVs għal entitajiet marbuta mal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), inkluż magni li jintużaw fil-UAVs Shahed-136. Il-UAVs Shahed-136 qed jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna taħt l-isem Geran-2.

    Għalhekk Mado qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    125.

    Paravar Pars Company

    (شرکت پراور پارس)

    (magħrufa wkoll bħala Paravar Pars Aerospace Research and Engineering Services; Paravar Pars Aerospace Research Institute; Paravar Pars Engineering and Services Aerospace Research Company; Paravar Pars; ParavarPars; Pravarpars Engineering Research and Design Company)

    Post prinċipali tan-negozju: 13 km of Shahid Babaei Highway, after Imam Hossein University, next to Telo Road, Tehran, Iran

    Posta elettronika: info@paravar-pars.com

    Numru tar-reġistrazzjoni: 10101373495

    Paravar Pars Company hija assoċjata mill-qrib mal-Università Imam Hossein, li hija kkontrollata mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

    Paravar Pars Company pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali tal-IRGC (IRGC AF) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAV Shahed-171 Iranjan żviluppat mill-IRGC AF. Il-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk Paravar Pars Company qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    126.

    CREDIT BANK OF MOSCOW

    (bir-Russu: Московский кредитный банк)

    Indirizz: 2 Lukov pereulok, building 1, Moscow 107045, Russian Federation

    Sit web: https://mkb.ru/

    Telefown: +7 (495) 777-48-88

    Posta elettronika: info@mkb.ru

    Tip ta’ entità: Kumpanija Pubblika b’Ishma Konġunti

    Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 1992

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739555282

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    Credit Bank of Moscow huwa l-akbar bank pubbliku mhux tal-Istat fir-Russja u s-sitt l-akbar istituzzjoni finanzjarja tar-Russja. Huwa istituzzjoni finanzjarja sistemikament importanti għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Il-bank jopera fis-settur tas-servizzi finanzjarji li huwa ta’ importanza strateġika għall-ekonomija Russa u jiġġenera sors sostanzjali ta’ dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    Credit Bank of Moscow jirċievi appoġġ mill-Istat. F’Mejju 2022 kiseb liċenzja ta’ esportazzjoni tad-deheb mingħand il-gvern. Għalhekk dan jibbenefika direttament mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Għalhekk Credit Bank of Moscow huwa involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk Credit Bank of Moscow qed jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    130.

    New People

    (bir-Russu: Новые люди)

    Indirizz: Bolshoy Trekhgornyy Pereulok, building 11, entrance 2, Moscow 123022, Russian Federation

    Telefown: +7 (800) 550-10-39

    Sit web: https://newpeople.ru/

    Posta elettronika: info@newpeople.ru

    New People huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja. Stabbilixxa wkoll fergħa reġjonali fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Għalhekk dan responsabbli għall-fatt li appoġġa materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    131.

    Liberal Democratic Party of Russia

    (bir-Russu: Либерально-демократическая партия России)

    Indirizz: 1st Basmanny Lane, building 3, entrance 1, Moscow 107045, Russian Federation

    Telefown: +7 (495) 530-62-62

    Sit web: https://ldpr.ru/

    Posta elettronika: office@ldpr.ru

    Liberal Democratic Party of Russia huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja. Stabbilixxa wkoll bosta fergħat reġjonali fit-territorji okkupati tal-Ukrajna.

    Għalhekk dan responsabbli għall-fatt li appoġġa materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    132.

    Just Russia — Patriots — For Truth

    (bir-Russu: “Справедливая Россия — Патриоты — За правду”)

    Indirizz:

    Indirizz legali: 29 Bolshaya Tatarskaya St. Moscow 115184, Russian Federation

    Indirizz għall-korrispondenza: 14 Akademika Pilugina str., entr. 2, 117393, Moscow, Russian Federation

    Telefown: +7 495 787 85 15

    Sit web: https://spravedlivo.ru/main

    Posta elettronika: info@spravedlivo.ru

    Just Russia — Patriots — For Truth huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja. Stabbilixxa wkoll bosta fergħat reġjonali fit-territorji okkupati tal-Ukrajna.

    Għalhekk dan responsabbli għall-fatt li appoġġa materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    133.

    Communist Party of the Russian Federation

    (bir-Russu: Коммунистическая партия Российской Федерации)

    Indirizz: 3 Maly Sukharevsky Pereulok, bldg. 1, Moscow, 103051, Russian Federation

    Telefown: +7-495-692-7646

    Sit web: https://kprf.ru/

    Posta elettronika: inter@kprf.ru

    Communist Party of the Russian Federation huwa partit politiku Russu. Dan appoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u appoġġa l-annessjoni illegali u mhux rikonoxxuta tar-reġjuni tal-Ukrajna ta’ Donetsk, Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson mir-Russja.

    Stabbilixxa wkoll bosta fergħat reġjonali fit-territorji okkupati tal-Ukrajna.

    Għalhekk dan responsabbli għall-fatt li appoġġa materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    138.

    JSC KAZAN OPTICAL AND MECHANICAL PLANT (JSC KOMZ)

    (bir-Russu: АО КАЗАНСКИЙ ОПТИКО-МЕХАНИЧЕСКИЙ ЗАВОД (AO КОМЗ))

    Indirizz: st. Lipatova, 37, Kazan, Republic of Tatarstan, Russian Federation

    Telefown: +7(843) 235-80-35

    Sit web: https://komzrt.ru/

    Posta elettronika: Info@komzrt.ru

    Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti

    JSC KOMZ hija intrapriża diversifikata Russa li tispeċjalizza fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ apparat ottiku u tagħmir elettroniku tal-gwerra (inkluż radars, binokli, eċċ.).

    JSC KOMZ tipproduċi s-sistemi tal-gwerra elettronika Moscow-1 (Москва-1), Rychag-AV (Рычаг-АВ) u Quicksilver-BM (Ртуть-БМ) li qed jitwasslu lill-Forzi Armati Russi u li qed jintużaw fil-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk JSC KOMZ hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. JSC KOMZ tibbenefika mill-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna peress li tikkontribwixxi għall-provvista ta’ sistemi tal-gwerra elettronika lill-Forzi Armati Russi u għalhekk tibbenefika direttament mill-ħtieġa dejjem tikber għall-armi. Minħabba l-ħtieġa dejjem tikber għall-armi, JSC KOMZ qed tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    139.

    JSC ENIKS

    (bir-Russu: АО “ЭНИКС”)

    Indirizz: st. Korolenko 120, Kazan, Republic of Tatarstan, Russian Federation

    Telefown: +7 (843) 212-07-08

    Sit web: https://enics.aero/

    Posta elettronika: uav@enics.ru

    Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti

    Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 6.6.2003

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1031632202227

    Post prinċipali tan-negozju: Federazzjoni Russa

    JSC ENIKS hija kumpanija Russa involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni, it-tħaddim u t-tiswija ta’ kumplessi ta’ mmirar fl-ajru u vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs), sistemi ta’ sorveljanza mill-bogħod u tagħmir ieħor tal-gwerra. JSC ENIKS tipprovdi UAVs (Eleron-3 u Eleron-10) immanifatturati lill-Forzi Armati Russi li jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk JSC ENIKS hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    144.

    JSC A.E. NUDELMAN DESIGN BUREAU OF PRECISION MACHINE BUILDING (KB TOCHMASH)

    (bir-Russu: АО КОНСТРУКТОРСКОЕ БЮРО ТОЧНОГО МАШИНОСТРОЕНИЯ ИМ. А. Э. НУДЕЛЬМАНА (КБ ТОЧМАШ))

    Indirizz: str. Vvedensky, 8, Moscow, Russian Federation (HQ)

    Sit web: http://www.kbtochmash.ru/

    Telefown: +7 (495) 333-01-65

    Posta elettronika: mail@kbtochmash.ru

    Tip ta’ entità: kumpanija b’ishma konġunti

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    KB TOCHMASH tagħmel parti mill-kumpanija tal-Istat Russa Almaz-Antey Concern u hija żviluppatur tal-armi Russu li timmanifattura firxa wiesgħa ta’ sistemi ta’ difiża kontra l-inġenji tal-ajru, MANPADS u missili, inkluż armi ta’ preċiżjoni akbar.

    KB TOCHMASH tipproduċi s-sistemi ta’ missili kontra l-inġenji tal-ajru Strela-10 u Sosna-R li ntużaw b’mod wiesa’ matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna fl-2022.

    Għalhekk KB TOCHMASH hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. KB TOCHMASH tibbenefika mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna peress li tikkontribwixxi għall-provvista ta’ sistemi ta’ missili kontra l-inġenji tal-ajru lill-Forzi Armati Russi u tibbenefika mill-ħtieġa dejjem tikber għall-armi. Għalhekk KB TOCHMASH qed tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    145.

    JSC Automobile Plant URAL

    (bir-Russu: АО Автомобильный завод “УРАЛ”)

    Indirizz: 1 Avtozavodtsev Prospect, Miass, Chelyabinsk Oblast, 456304, Russian Federation

    Sit web: https://uralaz.ru/

    Telefown: +7 (3513) 55-49-83

    Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti

    Post tar-reġistrazzjoni: Chelyabinsk Oblast, Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 22.6.2000

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1027400870826

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    JSC Automobile Plant “URAL” hija manifattur Russu ta’ trakkijiet u waħda mill-fornituri ewlenin ta’ trakkijiet armati għall-forzi armati Russi. Automobile Plant URAL hija involuta fil-programm Russu għall-vetturi kbar Typhoon. Typhoon hija familja Russa ta’ vetturi armati tal-ġlied (AFVs) reżistenti għall-mini u protetti mill-imboskati (MRAP) li ilhom jintużaw mill-2014. Il-familja ta’ trakkijiet Typhoon huma rreġistrati fil-Programm tal-Armi tal-Istat Russu. Dawn il-vetturi jiġu mmuntati f’Automobile Plant URAL skont kuntratt tal-Istat mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja.

    Ural Automobile Plant tipproduċi vetturi Ural – 4320 u Typhoon li qed jintużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna fl-2022.

    Għalhekk Automobile Plant URAL hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Automobile Plant URAL tibbenefika mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna peress li tikkontribwixxi għall-provvista ta’ trakkijiet armati lill-Forzi Armati Russi u tibbenefika mill-ħtieġa dejjem tikber għall-armi. Għalhekk Automobile Plant URAL qed tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    147.

    JSC NAUCHNO-PROIZVODSTVENNOE OBEDINENIE RUSSKIE BAZOVYE INFORMACIONNYE TEHNOLOGII (JSC RPA RUSBITECH)

    (bir-Russu: АО “НАУЧНО-ПРОИЗВОДСТВЕННОЕ ОБЪЕДИНЕНИЕ РУССКИЕ БАЗОВЫЕ ИНФОРМАЦИОННЫЕ ТЕХНОЛОГИИ’ (АО ‘НПО РУСБИТЕХ”)

    Indirizz: Varshavskoe sh. 26 building 11, Moscow, Russian Federation (HQ)

    Sit web: https://rusbitech.ru/

    Telefown: +7 (495) 648-06-40

    Posta elettronika: mail@rusbitech.ru

    Tip ta’ entità: kumpanija b’Ishma Konġunti

    Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 22.9.2008

    Numru tar-reġistrazzjoni: 5087746137023

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    JSC RPA RUSBITECH hija kumpanija tat-teknoloġija Russa li tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ teknoloġija avvanzata għall-istrutturi ta’ infurzar Russi, prinċipalment għall-Forzi Armati Russi. L-aktar prodott magħruf tagħha huwa s-sistema operattiva tal-kompjuters li jisimha Astra Linux, li issa tintuża kważi totalment mill-forzi militari Russi kollha. Is-sistemi ta’ informazzjoni ewlenin tal-Kwartieri Ġenerali tal-Armata Russa huma bbażati fuq Astra Linux. Il-kumpanija hija magħrufa wkoll għall-manifattura ta’ punti ta’ kmand tat-tip APE-5 li jintużaw b’mod attiv għall-komunikazzjoni fuq il-post waqt il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk JSC RPA RUSBITECH hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    148.

    JSC Concern Radio-Electronic Technologies (KRET)

    (bir-Russu: АО “Концерн Радиоэлектронные технологии” (КРЭТ)

    Indirizz: Goncharnaya st., 20/1, 109240, Moscow, Russian Federation

    Telefown: +7 (495) 587-70-70

    Sit web: https://www.kret.tech/

    Posta elettronika: info@kret.com

    Concern Radio-Electronic Technologies KRET hija l-iżviluppatur u l-manifattur ewlieni ta’ prodotti radjuelettroniċi militari fir-Russja. Hija sussidjarja ta’ Rostec. Immanifatturat is-sistemi tal-gwerra elettronika Krasukha-4 li ntużaw mill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    154.

    PJSC “Motovilikhinskiye Zavody”

    (bir-Russu: Публичное акционерного общество специального машиностроения и металлургии “Мотовилихинские заводы”

    ПАО “Мотовилихинские заводы”)

    Indirizz: Russian Federation, 614014, Perm, str. 1905, building 35

    Sit web: http://mz.perm.ru/

    Telefown: +7 (342) 264-70-00

    Tip ta’ entità: Kumpanija Pubblika b’Ishma Konġunti

    Post tar-reġistrazzjoni: Perm, Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 11.12.1992

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1025901364708

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    PJSC Motovilikhinskiye Zavody hija manifattur pubbliku Russu ta’ armi u munizzjon. Hija mmaniġġata mill-kumpanija “RT-Capital” tal-Korporazzjoni tal-Istat Rostec. L-attività ewlenija ta’ PJSC Motovilikhinskiye Zavody hija l-produzzjoni ta’ tagħmir militari bħal kanuni tal-artillerija, kanuni tat-tip mortar u sistemi ta’ sparar multiplu ta’ rokits. PJSC Motovilikhinskiye Zavody tiżviluppa u timmanifattura vetturi tal-ġlied u tat-trasport u t-tagħbija mis-sistemi ta’ sparar multiplu ta’ rokits Grad, Smerch, Tornado-G u Tornado-S. Hija l-uniku manifattur Russu ta’ vetturi tal-ġlied u tat-trasport u t-tagħbija mill-kompożizzjoni ta’ sistemi ta’ sparar multiplu ta’ rokits tat-tip “Grad”, “Smerch” u l-verżjonijiet modifikati tagħhom “Tornado-G” u “Tornado-S”.

    PJSC Motovilikhinskiye Zavody hija involuta fil-produzzjoni tas-sistemi ta’ sparar multiplu ta’ rokits (MLRS) “Tornado-G” u “Tornado-S”, li qed jitwasslu lill-Forzi Armati Russi u li qed jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk PJSC Motovilikhinskiye Zavody hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. PJSC Motovilikhinskiye Zavody tibbenefika wkoll mill-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna peress li tikkontribwixxi għall-provvista ta’ sistemi ta’ sparar multiplu ta’ rokits (MLRS) lill-Forzi Armati Russi u għalhekk tibbenefika direttament mill-ħtieġa dejjem tikber għall-armi. Minħabba l-ħtieġa dejjem tikber għall-armi, PJSC Motovilikhinskiye Zavody qed tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    155.

    All-Russia State Television and Radio Broadcasting Company (VGTRK)

    (bir-Russu: Всероссиийская государственная телевизионная и радиовещательная компания (ВГТРК))

    Indirizz: str. 5th Yamskogo Polya 19-21, 125124, Moscow, Russian Federation

    Sit web: https://vgtrk.ru/

    Tip ta’ entità: Intrapriża Unitarja tal-Istat Federali

    Post tar-reġistrazzjoni: Pokhodnyy Proyezd 3-2, 125373, Moscow, Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 14.10.2002

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1027700310076

    Post prinċipali tan-negozju: Moscow, Russian Federation

    VGTRK hija impriża azzjonarja tal-media li tikkontrolla stazzjonijiet televiżivi bħal Rossiya 1, Rossiya 24, RTR Planeta, l-istazzjon tar-radju Vesti FM u oħrajn. Hija proprjetà tal-Federazzjoni Russa u kkontrollata minnha, u ġiet rikonoxxuta bħala intrapriża strateġika mill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Fl-2022, fil-kuntest tal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, il-Gvern Russu żied il-finanzjament għall-media kkontrollata mill-Istat; VGTRK ser tirċievi RUB 25,2 biljun. Għalhekk VGTRK qed tibbenefika mill-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    L-istazzjonijiet proprjetà ta’ VGTRK jipprovdu pjattaforma lil Olga Skabeyeva, Dmitry Kiselyov, Vladimir Soloviev u oħrajn li qed ixerrdu propaganda u diżinformazzjoni relatati mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk VGTRK qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u hija assoċjata ma’ persuni fiżiċi li jappoġġaw dawn il-politiki u azzjonijiet. Barra minn hekk VGTRK hija responsabbli għall-fatt li appoġġat lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li bbenefikat minnu.

    16.12.2022

    156.

    National Media Group

    (bir-Russu: “Национальная Медиа Группа” (НМГ))

    Indirizz: Prechistenskaya embankment 13, building 1, 119034, Moscow, Russian Federation

    Sit web: https://nmg.ru/

    Telefown: +7 (495) 988-11-12

    Posta elettronika: pr@nmg.ru

    Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti

    Data tar-reġistrazzjoni: 1.2.2008

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1087746152207

    Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kontribwent: 7704676655

    National Media Group hija impriża tal-media li tikkontrolla 28 intrapriża tal-media fir-Russja, inkluż Channel One, Channel 5, REN TV u STS, 78.ru, il-gazzetta nazzjonali Izvestia, Delovoy Peterburg u strumenti oħra. Hija proprjetà ta’ Bank Rossiya li l-azzjonist ewlieni tiegħu huwa Yuriy Kovalchuk. Il-President tal-Bord ta’ NMG hija Alina Kabaeva. Għalhekk NMG hija assoċjata ma’ persuni u entitajiet taħt miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    L-istrumenti tal-media kkontrollati minn NMG b’mod attiv qed ixerrdu propaganda u diżinformazzjoni relatati mal-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk NMG qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    157.

    Strategic Culture Foundation

    (bir-Russu: Фонд стратегической культуры)

    Indirizz: Bolshaya Polyanka str., 50/1 STR.1, 119180, Moscow, Russian Federation

    Sit web: https://www.fondsk.ru/

    Posta elettronika: info@fondsk.ru

    Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata

    Post tar-reġistrazzjoni: Bolshaya Polyanka str., 50/1 STR.1, 119180, Moscow, Russian Federation

    Data tar-reġistrazzjoni: 21.2.2005

    Numru tar-reġistrazzjoni: 1057746290469

    Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kontribwent: 7706569306

    Post prinċipali tan-negozju: Moscow, Russian Federation

    Strategic Culture Foundation hija organizzazzjoni ffinanzjata mill-Federazzjoni Russa. Skont rapporti uffiċjali hija assoċjata mill-qrib mas-servizzi speċjali Russi, inkluż l-SVR.

    Is-siti web ikkontrollati minn Strategic Culture Foundation: strategic-culture.org u fondsk.ru jamplifikaw in-narrattivi favur il-Kremlin u għandhom l-għan li jidderieġu d-diżinformazzjoni favur il-Kremlin lejn udjenzi barranin. Għalhekk Strategic Culture Foundation qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk Strategic Culture Foundation hija responsabbli għall-fatt li appoġġat lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u li bbenefikat minnu.

    16.12.2022

    158.

    ANO TV-Novosti

    (bir-Russu: АНО “ТВ-новости”)

    Indirizz: Autonomous non-profit organization (ANO) “TV-Novosti”, BOROVAYA ULITSA, D.3, K.1, Moscow, 111020, Russian Federation

    Telefown: +7(499)750-00-75, +7(495)926-28-30, +7(495)649-89-89

    Sit web: https://partners.rt.com/contacts/

    Posta elettronika: info@rttv.ru

    TV-Novosti hija organizzazzjoni tal-media marbuta mal-Gvern Russu. Hija ffinanzjata mill-baġit federali tal-Federazzjoni Russa. Permezz tal-istrumenti tal-media subordinati tagħha, fosthom RT, b’mod konsistenti xerrdet propaganda u diżinformazzjoni favur il-Kremlin u appoġġat il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Permezz tal-kontenut tiegħu RT ixerred narrattivi foloz tar-reġim Russu biex idgħajjef lill-Ukrajna u għalhekk qed jappoġġa kampanja ta’ diżinformazzjoni fuq skala kbira biex imermer l-appoġġ internazzjonali għall-Ukrajna.

    Għalhekk appoġġat materjalment jew finanzjarjament azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk ibbenefikat mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    168.

    JSC “Zavolzhsky plant of caterpillar tractors” (“ZZGT”)

    (bir-Russu: ЗАО “Заволжский завод гусеничных тягачей” (ЗЗГТ))

    Indirizz: 606522, Nizhny Novgorod region, Gorodetsky district, Zavolzhye, Zheleznodorozhnaya str., 1, Russian Federation

    Sit web: https://zzgt.ru/

    Telefown: +7 (831) 612-14-00

    Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti

    Data tar-reġistrazzjoni: 26.9.2011

    Post tar-reġistrazzjoni: Nizhny Novgorod region, Russian Federation

    Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

    JSC “Zavolzhsky plant of caterpillar tractors” hija intrapriża Russa li tibni l-magni u li tipproduċi u tforni vetturi GAZ-3344-20 fuq iċ-ċineg għal kull xorta ta’ terren.

    JSC “Zavolzhsky plant of caterpillar tractors” tipprovdi vetturi GAZ-3344-20 lill-Forzi Armati Russi li qed jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk JSC “Zavolzhsky plant of caterpillar tractors” hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    209.

    SUN Ship Management (D) Ltd.

    Post ta’ reġistrazzjoni: Dubai, United Arab Emirates (Unit OT 17- 32, Level 17, Central Park Offices, Dubai International Financial Centre, Dubai, PO Box 507065, United Arab Emirates)

    Data ta’ reġistrazzjoni: 2.8.2012

    Numru ta’ reġistrazzjoni: 1244

    Postijiet prinċipali ta’ kummerċ: United Arab Emirates, Russian Federation, European Union

    Entitajiet u individwi assoċjati:

    PAO Sovcomflot (parent company);

    Vladimir Oskirko (Direttur);

    Alexey Khaidukov (Direttur);

    Alexander Verbo (Director);

    Andrey Kontsenebin (Direttur);

    SCF Overseas Holding Limited

    SUN Ship Management (D) Ltd., li qabel kienet magħrufa bħala SCF Management Services (Dubai) Ltd., hija kumpanija tal-ġestjoni tal-bastimenti ibbażata f’Dubai, li hija parti minn PAO Sovcomflot (SCF Group), l-akbar kumpannija tat-tbaħħir tar-Russja, li tispeċjalizza fit-trasport tal-gass likwifikat, żejt grezz u prodotti tal-petroleum, kif ukoll l-għoti ta’ servizzi għal produzzjoni ta’ enerġija offshore upstream. SUN Ship Management (D) Ltd tiġġestjona u topera flotta ta’ kważi mitt bastiment taż-żejt, tal-gass naturali likwifikat u tal-kimika, b’kapaċità ta’ aktar minn 150 tunnellaġġ ta’ piż mejjet. Mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna, SUN Ship Management (D) Ltd. kienet qed topera bħala waħda mill-kumpanniji ewlenin li jiġġestjonaw u joperaw it-trasport marittimu taż-żejt Russu. B’mod importanti, bħala parti mill-kumpannija tat-tbaħħir statali Russa PAO Sovcomflot, il-Federazzjoni Russa hija l-benefiċjarju aħħari tas-servizzi offruti minn SUN Ship Management (D) Ltd. Tali servizzi jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-gvern tal-Federazzjoni Russa, li jammonta għal aktar minn 70 % tad-dħul mill-enerġija tar-Russja, u b’hekk jippermettu lill-Kremlin jiffinanzja l-gwerra ta’ aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna..

    Għaldaqstant, SUN Ship Management (D) Ltd. hija entità li tappoġġa materjalment u finanzjarjament, u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, SUN Ship Management (D) Ltd. hija entità involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa

    25.2.2023’.


    Top