Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1496

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1496 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ĠU L 183I, 20.7.2023, p. 15–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1496/oj

    20.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 183/15


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1496

    tal-20 ta’ Lulju 2023

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    (3)

    Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-NU. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tibqa’ impenjata li żżomm u żżid il-pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, inkluż permezz ta’ aktar miżuri restrittivi possibbli.

    (4)

    L-Iran jipprovdi appoġġ militari għall-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li ħames individwi involuti fl-iżvilupp u l-kunsinna ta’ Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord lir-Russja jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (5)

    Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

    “Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1573.

    Hamid Reza SHARIFI TEHRANI

    حمید رضا شریفی تهرانی

    magħruf ukoll bħala Hamidreza SHARIFI TEHRANI

    Funzjoni: Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Qods Aviation Industries

    Data tat-twelid: 6.7.1974

    Post tat-Twelid: Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Hamid Reza Sharifi Tehrani huwa membru primarju tal-Bord tad-Diretturi ta’ Qods Aviation Industries (QAI), entità li qed tbigħ droni Mohajer-6 lir-Russja sabiex jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    20.7.2023

    1574.

    Ali Reza TANGSIRI

    علیرضا تنگسیری

    Funzjoni: Kmandant tal-Flotta Navali tal-IRGC u president tal-Bord tad-Diretturi u membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company

    Data tat-twelid: 27.8.1963

    Post tat-Twelid: Arvandkenar, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Ali Reza Tangsiri huwa l-kmandant tal-Flotta Navali tal-IRGC u president tal-Bord tad-Diretturi u membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    20.7.2023

    1575.

    Mohsen ASADI

    محسن اسدی

    Funzjoni: Membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company

    Data tat-twelid: 16.9.1971

    Post tat-Twelid: Kerman, Iran

    Sess: raġel

    Mohsen Asadi huwa membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    20.7.2023

    1576.

    Mohammad Reza MOHAMMADI

    محمد رضا محمدی

    Funzjoni: Membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company

    Data tat-twelid: 16.4.1971

    Post tat-Twelid: Tehran, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Mohammad Reza Mohammadi huwa membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    20.7.2023

    1577.

    Mohammad Sadegh Heidari MOUSA

    محمد صادق حیدری موسی

    Funzjoni: Membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company

    Data tat-twelid: 24.9.1977

    Post tat-Twelid: Shahrebabak, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Mohammad Sadegh Heidari Mousa huwa membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    20.7.2023”


    Top