Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0806

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/806 tat-13 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/7781/2023/INIT

    ĠU L 101, 14.4.2023, p. 1–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/806/oj

    14.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 101/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/806

    tat-13 ta’ April 2023

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    Il-Kunsill irċieva informazzjoni ġdida dwar ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi u elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni, l-entrati li jikkonċernaw 35 persuna jenħtieġ li jiġu aġġornati.

    (3)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ROSWALL


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2” l-entrati 92, 720, 723, 728, 879, 1172, 1348, 1349 sa 1359, 1361 sa 1364, u 1366 sa 1378 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

     

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “92.

    Arkady Romanovich ROTENBERG

    Arkadii Romanovich ROTENBERG

    (Аркадий Романович РОТЕНБЕРГ)

    Sess: raġel

    Data tat-twelid: 15.12.1951

    Post tat-twelid: Leningrad, l-eks USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation)

    Arkady Rotenberg huwa negozjant Russu prominenti, li għandu rabtiet personali mill-qrib mal-President Putin. Sa minn Marzu 2014, Rotenberg, jew il-kumpaniji tiegħu, irċevew kuntratti Statali li jammontaw għal aktar minn USD 7 biljun. Fl-2015, Rotenberg kien fil-quċċata tal-lista annwali ta’ kuntratti tal-gvern f’termini ta’ valur, wara li ngħata kuntratti li jiswew RUB 555 biljun mill-Gvern Russu. Ħafna minn dawn il-kuntratti ngħataw mingħajr proċessi kompetittivi formali. Fit-30 ta’ Jannar 2015, il-Prim Ministru Dmitry Medvedev iffirma digriet li ta lill-kumpanija Stroygazmontazh ta’ Rotenberg kuntratt statali għall-bini tal-pont ta’ Kerch mir-Russja sar-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment..

    Permezz ta’ dawn il-kuntratti hu bbenefika finanzjarjament minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli mill-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

    Eks sid tal-kumpanija Stroygazmontazh, li ngħatat kuntratt Statali għall-bini tal-pont ta’ Kerch mir-Russja sar-”Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment u għalhekk jikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa li b’hekk imbagħad tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Bl-istess mod, f’Jannar 2017, Stroygazmontazh ingħatat kuntratt statali ta’ RUB 17-il biljun għall-bini ta’ linja ferrovjarja fuq il-pont ta’ Kerch li tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    Sid ta’ żewġ kumpaniji, Mostotrest u Stroygazmontazh-Most, ddeżinjati għall-attivitajiet tagħhom li jdgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna (entitajiet Nru 43 u 46 f’dan l-Anness). Fl-2019 Rotenberg biegħ il-kumpanija tal-kostruzzjoni tal-pipelines tal-gass Stroygazmontazh.

    Għall-involviment tiegħu fil-bini tal-pont ta’ Kerch huwa ngħata l-ordni tal-Istat “Eroj tax-Xogħol tal-Federazzjoni Russa” f’Marzu 2020.

    Huwa l-president tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, li notevolment implimentat il-proġett “Lit-Tfal tar-Russja: Indirizz – Krimea”, kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi li tfasslet biex tikkonvinċi lit-tfal tal-Krimea li issa huma ċittadini Russi li jgħixu fir-Russja, u b’hekk jappoġġaw il-politika tal-Gvern Russu li tintegra l-Krimea fir-Russja.

    Fit-30 ta’ Jannar 2021, Arkady Rotenberg iddikjara li kien il-benefiċjarju tal-hekk imsejjaħ “Palazz ta’ Putin” f’Gelendzhik, li jidher fl-investigazzjoni tal-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni ta’ Alexei Navalny.

    15.3.2015

    720.

    Alexander Semenovich VINOKUROV

    (Александр Семёнович ВИНОКУРОВ)

    Data tat-twelid: 12.10.1982

    Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

    Funzjoni: Negozjant, Sieħeb Maniġerjali u President ta’ Maraton Group; Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Magnit

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Alexander Semenovich Vinokurov huwa negozjant Russu b’interessi fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel, tal-prodotti farmaċewtiċi, tal-agrikultura u tal-infrastruttura. Huwa għandu pożizzjonijiet ta’ tmexxija fil-Maraton Group, kumpanija ta’ investiment, u f’Magnit, l-ikbar bejjiegħ bl-imnut Russu tal-ikel. Huwa għandu wkoll ishma f’Demetra Holding, wieħed mill-akbar negozjanti tal-qamħ fir-Russja attiv fl-esportazzjoni tal-qamħ, filwaqt li r-Russja hija l-akbar esportatur tal-qamħ fid-dinja. Huwa miżżewweġ lil Ekaterina Sergeevna Vinokurova, bint Sergey Lavrov, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa. Missieru huwa Semen Vinokurov, li kien il-kap tal-Intrapriża Unitarja tal-Istat “Capital Pharmacies” u li huwa meqjus bħala wieħed mill-imprendituri ewlenin fl-industrija farmaċewtika Russa. Għalhekk, Alexander Vinokurov għandu rabtiet mill-qrib mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa u huwa involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lil dak il-gvern, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, Alexander Semenovich Vinokurov, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal- President Vladimir Putin u membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib ta’ Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta l-azzjonijiet jew il-politiki li qed idgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Juri wkoll li huwa wieħed min-negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dan il-fatt huwa kkorroborat ukoll mir-rabtiet personali mill-qrib li Alexander Vinukorov għandu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sergey Lavrov li huwa responsabbli għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza ta’ dak l-istat.

    9.3.2022

    723.

    Dmitry Arkadievich MAZEPIN

    (Дмитрий Аркадьевич МАЗЕПИН)

    Data tat-twelid: 18.4.1968

    Post tat-twelid: Minsk, l-eks Belorussian SSR, (issa Belarus)

    Funzjoni: Eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ JSC UCC Uralchem

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Dmitry Arkadievich Mazepin huwa sid ewlieni u eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-kumpanija tal-fertilizzanti minerali Uralchem, u huwa l-akbar azzjonist ta’ Uralkali. Uralchem Group huwa manifattur Russu ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi, fosthom fertilizzanti minerali u nitrat tal-ammonju. Skont il-kumpanija, hija l-akbar produttur ta’ nitrat tal-ammonju kif ukoll it-tieni-l-akbar produttur tal-ammonijaka u ta’ fertilizzanti nitroġenużi fir-Russja. Kemm Uralchem kif ukoll Uralkali ġew iddeżinjati bħala “assi strateġiċi” mill-Istat Russu. Dmitry Arkadievich Mazepin huwa għalhekk involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, Dmitry Arkadievich Mazepin, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President Vladimir Putin u membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib ta’ Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta l-azzjonijiet jew il-politiki li qed idgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Juri wkoll li huwa wieħed min-negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern Russu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    F’Diċembru 2021, Dmitry Mazepin irreġistra mill-ġdid il-kumpaniji tiegħu bbażati f’Ċipru Uralchem Holding u CI-Chemical Invest, li jikkontrollaw “Uralchem”, sabiex jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni Russa fid-distrett amministrattiv speċjali tal-Gżira ta’ Oktyabrsky fir-Reġjun ta’ Kaliningrad.

    9.3.2022

    728.

    Vadim Nikolaevich MOSHKOVICH

    (Вадим Николаевич МОШКОВИЧ)

    Data tat-twelid: 6.4.1967

    Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

    Funzjoni: eks president tal-Bord tad-Diretturi ta’ Rusagro Group

    Nazzjonalità: Russa, Ċiprijotta

    Sess: raġel

    Vadim Nikolaevich Moshkovich huwa imprenditur Russu b’interessi fin-negozju fl-agrikoltura u l-iżvilupp tal-proprjetà immobbli. Fl-2004, Vadim Moshkovich waqqaf ir-Rusagro Group li huwa produttur ewlieni tal-laħam tal-majjal, xaħmijiet u zokkor, ikklassifikat l-ewwel fost l-azjendi agrikoli fl-2021 fir-Russja. Vadim Moshkovic huwa għalhekk involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    Fl-24 ta’ Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, Vadim Moshkovich, flimkien ma’ 36 negozjant ieħor, iltaqa’ mal-President Vladimir Putin u membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta’ azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib ta’ Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta l-azzjonijiet jew il-politiki li qed idgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Juri wkoll li huwa wieħed min-negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern Russu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    9.3.2022

    879.

    Roman Arkadyevich ABRAMOVICH

    (Роман Аркадьевич АБРАМОВИЧ)

    Funzjoni: Oligark qrib Vladimir Putin; azzjonist ewlieni ta’ Evraz; eks Gvernatur ta’ Chukotka

    Data tat-twelid: 24.10.1966

    Post tat-twelid: Saratov, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Indirizz: 1 Lipovaya Aleya, Nemchinovo, Odinstvo district, Moscow, Russia

    Individwi assoċjati: Vladimir Putin

    Roman Abramovich huwa oligarka Russu li għandu rabtiet twal u mill-qrib ma’ Vladimir Putin. Huwa kellu aċċess privileġġat għall-President, u żamm relazzjonijiet tajbin ħafna miegħu. Din il-konnessjoni mal-mexxej Russu għenitu jżomm il-ġid konsiderevoli tiegħu. Huwa azzjonist ewlieni tal-grupp tal-azzar Evraz, li huwa wieħed mill-akbar kontribwenti fir-Russja.

    Għalhekk huwa kien qed jibbenefika wkoll minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa wkoll wieħed min-negozjanti Russi ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    15.3.2022

    1172.

    Aleksandra MELNICHENKO

    a.k.a. Sandra NIKOLIĆ

    (Serbian: Александра МЕЉНИЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 21.4.1977

    Post tat-twelid: Belgrade, Serbia

    Individwu assoċjat: Andrey Igorevich Melnichenko (żewġha)

    Nazzjonalità: Serba, Kroata

    Sess: mara

    Numru tal-Passaport: Passaport Kroat Nru 094949450 (data tal-iskadenza: 23.12.2023)

    Aleksandra Melnichenko hija mart Andrey Igorevich Melnichenko, industrijalist Russu li fid-9 ta’ Marzu 2022 ittrasferilha s-sjieda u l-benefiċċju effettivi tiegħu tal-produttur ewlieni tal-fertilizzanti EuroChem Group u tal-kumpanija tal-faħam SUEK.

    Aleksandra Melnichenko tibbenefika minn din il-fortuna u minn ġid żewġha. F’Marzu 2022, Aleksandra Melnichenko ssostitwiet lil żewġha bħala s-sid benefiċjarju ta’ Firstline Trust, immaniġġjata minn Linetrust PTC Ltd, kumpanija li tirrappreżenta s-sid aħħari ta’ EuroChem Group.

    Għalhekk, hija assoċjata ma’ negozjant ewlieni involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    3.6.2022

    1348.

    Georgiy Sergeevich STAROSTIN

    (Георгий Сергеевич СТАРОСТИН)

    Data tat-twelid: 1.12.1986

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 771380617804 (Russia)

    Il-Kaptan Georgiy Starostin huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Starostin huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1349.

    Sergey Vladimirovich ILIN

    (Сергей Владимирович ИЛЬИН)

    Data tat-twelid:14.11.1987

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Il-Kaptan Sergey Ilin huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Sergey Ilin huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1350.

    Yuriy Aleksandrovich NIKONOV

    (Юрий Александрович НИКОНОВ)

    Data tat-twelid: 9.5.1984

    Post tat-twelid: Baku, l-eks USSR (issa Azerbaijan)

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 271201003620, 016154160136 (Russia)

    Il-Kaptan Yuriy Nikonov huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Yuriy Nikonov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna..

    16.12.2022

    1351.

    Ekaterina Viktorovna CHUGUNOVA

    (Екатерина Викторовна ЧУГУНОВА)

    Data tat-twelid: 10.3.1991

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent

    Sess: mara

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 312609219100 (Russia)

    Il-Logutenent Ekaterina Chugunova hija membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, hija figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Logutenent Ekaterina Chugunova hija persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġat jew implimentat azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1352.

    Igor Alekseevich GROZA

    (Игорь Алексеевич ГРОЗА)

    Data tat-twelid: 2.6.1996

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 261205020910 (Russia)

    Il-Logutenent Igor Groza huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Logutenent Igor Groza huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1353.

    Ivan Dmitrievich POPOV

    (Иван Дмитриевич ПОПОВ)

    Data tat-twelid: 17.8.1998

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Maġġur

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 280403816493 (Russia)

    Il-Maġġur Ivan Popov huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Maġġur Ivan Popov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1354.

    Matvey Andreevich LIYBAVIN

    (Матвей Андреевич ЛЫБАВИН)

    Data tat-twelid: 2.9.1992

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Maġġur

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 732610491457 (Russia)

    Il-Maġġur Matvey Liybavin huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Maġġur Matvey Lybavin huwa persuna fiżika responsabbligħall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1355.

    Roman Aleksandrovich KUROCHKIN

    (Роман Александрович КУРОЧКИН)

    Data tat-twelid: 25.2.1985

    Post tat-twelid: Chernyakhovsk, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Maġġur

    Sess: raġel

    Il-Maġġur Roman Kurochkin huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Maġġur Roman Kurochkin huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1356.

    Dmitri Yuryevich TIKHONOV

    (Дмитрий Юрьевич ТИХОНОВ)

    Data tat-twelid: 26.1.1993

    Post tat-twelid: Lipetsk, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent Għoli

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 482305758073 (Russia)

    Il-Logutenent Għoli Dmitri Tikhonov huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Logutenent Għoli Dmitri Tikhonov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1357.

    Nikolay Vladimirovich TARASOV

    (Николай Владимирович ТАРАСОВ)

    Data tat-twelid: 29.8.1985

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent Għoli

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 503811568315 (Russia)

    Il-Logutenent Għoli Nikolay Tarasov huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għalhekk il-Logutenent Għoli Nikolay Tarasov huwa persuna fiżika responsabbligħall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1358.

    Anton Olegovich SHATUN

    (Антон Олегович ШАТУН)

    Data tat-twelid: 12.2.1990

    Post tat-twelid: Gudauta, Georgia

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 610209429700 (Russia)

    Il-Kaptan Anton Shatun huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Anton Shatun huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1359.

    Alexey Petrovich BETEKHTIN

    (Алексей Петрович БЕТЕХТИН)

    Data tat-twelid: 7.12.1987

    Post tat-twelid: Vladivostok, il-Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Il-Kaptan Alexey Betekhtin huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Alexey Betekhtin huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1361.

    Artyom Aleksandrovich CHERNOV

    (Артём Александрович ЧЕРНОВ)

    Data tat-twelid: 13.10.1988

    Post tat-twelid: Kovrov, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 770482092946 (Russia)

    Il-Kaptan Artyom Chernov huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Artyom Chernov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    16.12.2022

    1362.

    Stanislav Aleksandrovich MINKOV

    (Станислав Александрович МИНКОВ)

    Data tat-twelid: 16.6.1984

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Il-Kaptan Stanislav Minkov huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Stanislav Minkov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1363.

    Alexey Sergeevich VOLKOV

    (Алексей Сергеевич ВОЛКОВ)

    Data tat-twelid: 27.6.1997

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 784202352764 (Russia)

    Il-Logutenent Alexey Volkov huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għalhekk il-Logutenent Alexey Volkov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1364.

    Andrey Anatolievitch IVANYUTIN

    (Андрей Анатольевич ИВАНЮТИН)

    Data tat-twelid: 3.9.1980

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Maġġur

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 503114955109 (Russia)

    Il-Maġġur Andrey Ivanyutin huwa membru tal-unità Missile Pre-Planning fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Maġġur Andrey Ivanyutin huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1366.

    Pavel Aleksandrovich VASILYEV

    (Павел Александрович ВАСИЛЬЕВ)

    Data tat-twelid: 19.3.1990

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent Għoli

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 532007713046 (Russia)

    Il-Logutenent Għoli Pavel Vasilyev huwa membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre tal-Persunal Ġenerali (GVC) tar-Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għalhekk il-Logutenent Għoli Pavel Vasilyev huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1367.

    Alexey Nikolaevich MIKHAYLOV

    (Алексей Николаевич МИХАЙЛОВ)

    Data tat-twelid: 29.1.1985

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 770474370653 (Russia)

    Il-Kaptan Alexey Mikhaylov huwa membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre tal-Persunal Ġenerali (GVC) tar-Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għalhekk il-Kaptan Alexey Mikhaylov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1368.

    Elvira Yunusovna OBUKHOVA

    (Эльвира Юнусовна ОБУХОВА)

    Data tat-twelid: 14.6.1988

    Post tat-twelid: Perm, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: mara

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 590613130708 (Russia)

    Il-Kaptan Elvira Obukhova hija membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, hija figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Elvira Obukhova hija persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġat jew implimentat azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1369.

    Pavel Borisovich OBUKHOV

    (Павел Борисович ОБУХОВ)

    Data tat-twelid: 7.2.1983

    Post tat-twelid: Podolsk, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 503614915506 (Russia)

    Il-Kaptan Pavel Obukhov huwa membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Pavel Obukhov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1370.

    Vitaly Viktorovich YASKELAYNEN

    (Виталий Викторович ЯСКЕЛАЙНЕН)

    Data tat-twelid: 1.10.1986

    Post tat-twelid: St. Petersburg, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kaptan

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 780625739170 (Russia)

    Il-Kaptan Vitaly Yaskelaynen huwa membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kaptan Vitaly Yaskelaynen huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1371.

    Alexandr Arsenovich GREGORYAN

    (Александр Арсенович ГРЕГОРЯН)

    Data tat-twelid: 22.5.1998

    Post tat-twelid: Tver, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 695010890820 (Russia)

    Il-Logutenent Alexandr Gregoryan huwa membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Logutenent Alexandr Gregoryan huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1372.

    Artyom Andreevich VEDENOV

    (Артём Андреевич ВЕДЕНОВ)

    Data tat-twelid: 10.2.1989

    Post tat-twelid: Kostroma, Russian Federation

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent

    Sess: raġel

    Il-Logutenent Artyom Vedenov huwa membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Logutenent Artyom Vedenov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1373.

    Nikita Evgenievich POPLAVSKIY

    (Никита Евгеньевич ПОПЛАВСКИЙ)

    Data tat-twelid: 15.3.1998

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 504602606022 (Russia)

    Il-Logutenent Nikita Poplavskiy huwa membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Logutenent Nikita Poplavskiy huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1374.

    Vladimir Sergeevich PETROV

    (Владимир Сергеевич ПЕТРОВ)

    Data tat-twelid: 23.2.1998

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 521406165185 (Russia)

    Il-Logutenent Vladimir Petrov huwa membru tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Logutenent Vladimir Petrov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1375.

    Evgeniy Grigorievitch KAPSHUK

    (Евгений Григорьевич КАПШУК)

    Data tat-twelid: 15.7.1974

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Kurunell

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 773128151404 (Russia)

    Il-Kurunell Evgeniy Kapshuk huwa Kmandant tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Kurunell Evgeniy Kapshuk huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1376.

    Anton Yurievich TIMOSHINOV

    (Антон Юрьевич ТИМОШИНОВ)

    Data tat-twelid: 29.1.1986

    Post tat-twelid: Ebda data disponibbli

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent Kurunell

    Sess: raġel

    Il-Logutenent Kurunell Anton Timoshinov huwa Kmandant tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Logutenent Kurunell Anton Timoshinov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1377.

    Igor Borisovich BAGNYUK

    (Игорь Борисович БАГНЮК)

    Data tat-twelid: 30.4.1982

    Post tat-twelid: Riga, Latvia

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Logutenent Kurunell

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 770470599386 (Russia)

    Il-Logutenent Kurunell Igor Bagnyuk huwa Kmandant tal-Missile Pre-Planning unit fil-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Logutenent Kurunell Igor Bagnyuk huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    16.12.2022

    1378.

    Robert Petrovich BARANOV

    (Роберт Петрович БАРАНОВ)

    Data tat-twelid: 20.3.1975

    Post tat-twelid: Yalchiki jew Nizhny Tagil, l-eks USSR, (issa Russian Federation)

    Nazzjonalità: Russa

    Grad: Maġġur Ġeneral

    Sess: raġel

    Nru tal-Identità tat-Taxxa: 012190931739, 502239120417

    Il-Maġġur Ġeneral Robert Baranov huwa d-Direttur tal-Main Computing Centre of the General Staff (GVC) ta’ Russia’s Armed Forces General Staff. F’dan ir-rwol, huwa figura ewlenija fl-attakki bil-missili tar-Russja fuq l-Ukrajna minn April sa Ottubru 2022, inkluż fuq bersalli ċivili, fejn f’Ottubru 2022 biss inqatlu aktar minn 30 persuna u ndarbu aktar minn 100 persuna. Għaldaqstant, il-Maġġur Ġeneral Robert Baranov huwa persuna fiżika responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità.

    16.12.2022”


    Top