Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0253

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/253 tas-6 ta’ Frar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/5534/2023/INIT

ĠU L 35, 7.2.2023, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/253/oj

7.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/253

tas-6 ta’ Frar 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-714/20 (2), jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014 p. 6.

(2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2022 , Dmitry Vladimirovich Ovsyannikov v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-714/20, ECLI:EU:T:2022:674.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014, “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2”, taħt l-intestatura “Persuni”, titħassar l-entrata li tikkonċerna l-persuna li ġejja:

161.

Dmitry Vladimirovich OVSYANNIKOV.


Top