Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0340

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/340 tat-28 ta’ Frar 2022 li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    ST/6413/2022/INIT

    ĠU L 56, 28.2.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/340/oj

    28.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 56/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/340

    tat-28 ta’ Frar 2022

    li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010.

    (2)

    Fit-18 ta' Frar 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 751 (1992) approva li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-Y. LE DRIAN


    (1)   ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.


    ANNESS

    Il-persuni elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010:

    I.

    Persuni

    21. Ali Mohamed RAGE (magħruf ukoll bħala: a) Ali Mohammed Rage b) Ali Dheere c) Ali Dhere d) Ali Mohamed Rage Cali Dheer e) Ali Mohamud Rage).

    Deżinjazzjoni: Kelliem ta’ Al-Shabaab

    Data tat-twelid: 1966

    Post tat-twelid: Somalja

    Nazzjonalità: Somalja

    Indirizz: Somalja

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 18 ta’ Frar 2022

    Informazzjoni oħra:

    Elenkat f'konformità mal-paragrafu 43(a) tar-riżoluzzjoni 2093 (2013) billi kien ‘Involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja jew jipprovdi appoġġ għalihom, inkluż atti li jheddu l-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni fis-Somalja, jew jheddu lill-Gvern Federali tas-Somalja jew lill-AMISOM bil-forza.’ Bħala kelliem ta’ Al-Shabaab, Rage huwa involut fil-promulgazzjoni u l-appoġġ għall-attivitajiet terroristiċi tal-grupp.”


    Top