Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0336

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/336 tat-28 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ĠU L 58, 28.2.2022, p. 1–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/336/oj

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/336

tat-28 ta’ Frar 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Fil-konklużjonijiet tal-24 u l-25 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill Ewropew appella lir-Russja biex tassumi bis-sħiħ ir-responsabbiltà tagħha fl-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehimiet ta’ Minsk bħala l-kondizzjoni ewlenija għal kwalunkwe bidla sostanzjali fil-pożizzjoni tal-Unjoni. Huwa enfasizza l-ħtieġa għal rispons sod u koordinat mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għal kwalunkwe attività malizzjuża, illegali u ta’ tfixkil mir-Russja, bl-użu sħiħ tal-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tal-Unjoni, u l-iżgurar ta’ koordinazzjoni mas-sħab. Għal dak il-għan, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) biex jippreżentaw opzjonijiet għal miżuri restrittivi addizzjonali, inkluż sanzjonijiet ekonomiċi.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa urġenti li r-Russja tnaqqas it-tensjoni kkawżata mit-tisħiħ tal-forzi militari tul il-fruntiera tagħha mal-Ukrajna u r-retorika aggressiva. Huwa tenna l-appoġġ sħiħ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Filwaqt li inkoraġġixxa sforzi diplomatiċi u appoġġa l-format tan-Normandija fil-kisba tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehimiet ta’ Minsk, il-Kunsill Ewropew iddikjara li kwalunkwe aggressjoni militari ulterjuri kontra l-Ukrajna jkollha konsegwenzi enormi u kost kbir bħala rispons, inkluż miżuri restrittivi kkoordinati mas-sħab.

(5)

Fl-24 ta’ Jannar 2022, il-Kunsill approva konklużjonijiet li fihom ikkundanna l-azzjonijiet aggressivi u t-theddid kontinwi tar-Russja kontra l-Ukrajna, u appella lir-Russja biex tnaqqas it-tensjoni, tirrispetta d-dritt internazzjonali u tidħol b’mod kostruttiv fi djalogu permezz tal-mekkaniżmi internazzjonali stabbiliti. Il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn sħiħ tal-Unjoni għall-prinċipji ewlenin li fuqhom hija mibnija s-sigurtà Ewropea, minquxa fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u d-dokumenti kostituttivi tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, inkluż l-Att Finali ta’ Ħelsinki u l-Karta ta’ Pariġi. Dawn il-prinċipji ewlenin jinkludu b’mod partikolari l-ugwaljanza sovrana u l-integrità territorjali tal-Istati, l-invjolabbiltà tal-fruntieri, l-astensjoni mit-theddida jew l-użu tal-forza, u l-libertà tal-Istati li jagħżlu jew jibdlu l-arranġamenti tas-sigurtà tagħhom stess. Il-Kunsill iddikjara li dawk il-prinċipji la huma negozjabbli u lanqas soġġetti għal reviżjoni jew interpretazzjoni mill-ġdid u li l-ksur tagħhom mir-Russja huwa ostaklu għal spazju ta’ sigurtà komuni u indiviżibbli fl-Ewropa u jhedded il-paċi u l-istabbiltà fil-kontinent Ewropew. Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill tenna li kwalunkwe aggressjoni militari ulterjuri mir-Russja kontra l-Ukrajna jkollha konsegwenzi enormi u kost kbir, inkluż firxa wiesgħa ta’ miżuri restrittivi settorjali u individwali li jiġu adottati f’koordinazzjoni mas-sħab.

(6)

Fid-19 ta’ Frar 2022, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tesprimi tħassib dwar it-tisħiħ massiv tal-forzi armati Russi fl-Ukrajna u madwarha u ħeġġet lir-Russja biex tidħol fi djalogu sinifikattiv u f’diplomazija, iżżomm lura u tnaqqas it-tensjoni billi tirtira sostanzjalment il-forzi militari mill-viċinanza tal-fruntieri tal-Ukrajna. L-Unjoni ddikjarat li kwalunkwe aggressjoni militari ulterjuri min-naħa tar-Russja kontra l-Ukrajna jkollha konsegwenzi enormi u kost kbir bħala rispons, inkluż miżuri restrittivi koordinati mas-sħab.

(7)

Fil-21 ta’ Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ffirma digriet li jirrikonoxxi l-“indipendenza u s-sovranità” taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tar-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk, u ordna lill-forzi armati Russi jidħlu f’dawk iż-żoni.

(8)

Fit-22 ta’ Frar 2022, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna dak l-att illegali, li jkompli jdgħajjef is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u huwa ksur serju tad-dritt internazzjonali u tal-ftehimiet internazzjonali, inkluż il-Karta tan-NU, l-Att Finali ta’ Ħelsinki, il-Karta ta’ Pariġi u l-Memorandum ta’ Budapest, kif ukoll tal-Ftehimiet ta’ Minsk u r-Riżoluzzjoni 2202 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2015). Ir-Rappreżentant Għoli ħeġġeġ lir-Russja, bħala parti fil-konflitt, biex treġġa’ lura dak ir-rikonoxximent, tonora l-impenji tagħha, tirrispetta d-dritt internazzjonali u terġa’ lura għad-diskussjonijiet fil-format tan-Normandija u l-Grupp ta’ Kuntatt Trilaterali. Huwa ħabbar li l-Unjoni ser twieġeb għal dan l-aħħar ksur mir-Russja billi tadotta miżuri restrittivi addizzjonali b’urġenza.

(9)

Fl-24 ta’ Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk kontra l-Ukrajna. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(10)

Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna fl-aktar termini qawwija possibbli l-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u l-involviment tal-Belarussja f’din l-aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-Rappreżentant Għoli indika li r-rispons tal-Unjoni ser jinkludi miżuri restrittivi kemm settorjali kif ukoll individwali.

(11)

Fl-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Bl-azzjonijiet militari illegali tagħha, ir-Russja qed tikser b’mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-NU, u qed iddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali. Il-Kunsill Ewropew qabel dwar aktar miżuri restrittivi li ser jimponu konsegwenzi massivi u severi fuq ir-Russja għall-azzjonijiet tagħha, f’koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab u l-alleati tagħna.

(12)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li 26 persuna u entità waħda jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(13)

Għalhekk l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entità elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

1.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

“671

Igor Ivanovich SECHIN

(Игорь Иванович СЕЧИН)

Data tat-twelid: 7.9.1960

Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: Raġel

Igor Sechin huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ Rosneft, kumpannija statali taż-żejt Russa u waħda mill-akbar produtturi taż-żejt mhux maħdum tad-dinja. Huwa wieħed mill-konsulenti l-aktar fdati u qrib Vladimir Putin, kif ukoll ħabib personali tiegħu. Kien f’kuntatt mal-President Russu kuljum. Huwa meqjus bħala wieħed mill-membri l-aktar b’saħħithom tal-elit politiku Russu. Ir-rabtiet tiegħu ma’ Vladimir Putin imorru lura ħafna fiż-żmien u huma profondi. Ħadem mal-President fl-uffiċċju tas-sindku ta’ San Pietruburgu fid-disgħinijiet u dejjem ta prova tal-lealtà tiegħu minn dak iż-żmien ‘l hawn. Fl-1999, is-Sur Sechin sar il-viċi kap tal-amministrazzjoni ta’ Vladimir Putin, fl-2008 sar viċi Prim Ministru, u fl-2012 l-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ Rosneft. Huwa wieħed mill-oligarki Russi li jopera fi sħubija mal-istat Russu.

28.2.2022

 

 

 

Huwa fost dawk il-persuni miċ-ċirku ta’ Putin li jirċievu gwadann finanzjarju u inkarigi importanti bħala tpattija għas-subordinazzjoni u l-lealtà. Huwa ngħata kompiti importanti u diffiċli mill-President u ġie ppremjat bit-tmexxija ta’ Rosneft u ġid kbir. Taħt it-tmexxija ta’ Igor Sechin, Rosneft kienet involuta fil-finanzjament tal-vinji tal-kumpless tal-palazzi viċin Gelendzhik, li jitqies li jintuża b’mod personali mill-President Putin.

Għaldaqstant appoġġa attivament, b’mod materjali jew finanzjarju, u bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, Rosneft Aero, sussidjarja ta’ Rosneft li l-uffiċjal kap eżekuttiv tagħha huwa s-Sur Sechin, tagħti l-fjuwil tal-ġettijiet lil Simferopol Airport li tipprovdi konnessjoni permezz ta’ titjiriet bejn it-territorju tal-Krimea u Sevastapol illegalment anness u r-Russja. Għaldaqstant qed jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

 

672.

Nikolay Petrovich TOKAREV

(Николай Петрович ТОКАРЕВ)

Data tat-twelid: 20.12.1950

Post tat-twelid: Karaganda, Kazakh SSR (issa Kazakhstan)

Nikolay Tokarev huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ Transneft, kumpannija ewlenija Russa taż-żejt u l-gass. Huwa konoxxenza antika ta’ Vladimir Putin u kollaboratur mill-qrib tiegħu. Serva flimkien ma’ Putin fil-KGB fit-tmeninijiet. Is-Sur Tokarev huwa wieħed mill-oligarki statali Russi li ħadu l-kontroll ta’ assijiet statali kbar fis-snin elfejn hekk kif il-President Putin ikkonsolida l-poter, u li joperaw fi sħubija mill-qrib mal-istat Russu. Is-Sur Tokarev ilu jmexxi lil Transneft, waħda mill-aktar kumpanniji importanti kkontrollati mill-gvern, li tittrasporta ammont konsiderevoli ta’ żejt Russu permezz ta’ network ta’ pipelines taż-żejt żviluppati tajjeb.

Taħt it-tmexxija ta’ Nikolay Tokarev, Transneft hija waħda mill-isponsors ewlenin tal-kumpless tal-palazzi viċin Gelendzhik, li jitqies li jintuża b’mod personali mill-President Putin. Huwa jibbenefika mill-prossimità mal-awtoritajiet Russi. Qraba u kollaboraturi mill-qrib tas-Sur Tokarev jarrikkixxu lilhom infushom bis-saħħa ta’ kuntratti ffirmati mill-kumpanniji tal-istat.

Għaldaqstant appoġġa attivament, b’mod materjali jew finanzjarju, u bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

28.2.2022

673.

Alisher USMANOV

(Russu: Алишер Бурханович УСМАНОВ; Użbek: Alisher USMONOV)

Data tat-twelid: 9.9.1953

Post tat-twelid: Chust, Uzbek SSR, Soviet Union

Funzjoni: Oligarka Russu

Alisher Usmanov huwa oligark favur il-Kremlin b’rabtiet partikolarment mill-qrib mal-President Russu Vladimir Putin. Issemma bħala wieħed mill-oligarki l-aktar favoriti ta’ Vladimir Putin. Huwa meqjus bħala wieħed min-negozjanti-uffiċjali tar-Russja, li ġew fdati bis-servizzjar ta’ flussi finanzjarji, iżda l-pożizzjonijiet tagħhom jiddependu fuq ir-rieda tal-President. Is-Sur Usmanov ġie rrappurtat li deher għall-President Putin u solvielu l-problemi tan-negozju tiegħu. Skont fajls tal-FinCEN ħallas $6 miljun lill-konsulent influwenzali ta’ Vladimir Putin, Valentin Yumashev. Dmitry Medvedev, il-Viċi President tal-Kunsill tas-Sigurtà tar-Russja u eks President u Prim Ministru tar-Russja, ibbenefika mill-użu personali ta’ residenzi lussużi kkontrollati mis-Sur Usmanov.

Għaldaqstant appoġġa attivament, b’mod materjali jew finanzjarju, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

28.2.2022

 

 

 

Is-Sur Usmanov għandu interessi f’kumpanniji tal-mineral tal-ħadid u l-azzar, tal-media u l-internet. L-akbar azjenda tiegħu hija l-kumpannija ġganta tal-azzar Metalloinvest. Meta s-Sur Usmanov ħa l-kontroll tal-ġurnal ta’ kuljum dwar in-negozju Kommersant, tnaqqset il-libertà tal-persunal editorjali u l-gazzetta ħadet pożizzjoni manifestament favur il-Kremlin. Taħt is-sjieda tas-Sur Usmanov il-Kommersant ippubblikat artiklu propogandist kontra l-Ukrajna minn Dmitry Medvedev, li fih l-eks President tar-Russja għamel l-argument li kienx hemm sens f’li jkun hemm impenn f’taħdidiet mal-awtoritajiet Ukreni attwali, li fl-opinjoni tiegħu kienu taħt kontroll barrani dirett.

Għaldaqstant appoġġa attivament il-politiki tal-gvern Russu ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

 

674.

Petr Olegovich AVEN

(Пëтр Олегович АВЕН)

Data tat-twelid: 16.3. 1955

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Funzjoni: Oligarka qrib Vladimir Putin. Wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ Alfa Group

Sess: Raġel

Petr Aven huwa wieħed mill-oligarki l-aktar qrib Vladimir Putin. Huwa azzjonist importanti ta’ Alfa Group, li jinkludi wieħed mill-banek ewlenin Russi, Alfa Bank. Huwa wieħed minn madwar 50 negozjant sinjur Russu li jiltaqgħu regolarment ma’ Vladimir Putin fil-Kremlin. Ma joperax indipendentement mit-talbiet tal-President. Il-ħbiberija tiegħu ma’ Vladimir Putin tmur lura għall-bidu tad-disgħinijiet. Meta kien il-Ministru għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Barranin għen lil Vladimir Putin, li dak iż-żmien kien viċi sindku ta’ San Pietruburgu, fir-rigward tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Sal’ye. Huwa magħruf bħala ħabib personali speċjalment qrib tal-kap ta’ Rosneft Igor Sechin, alleat ewlieni ta’ Putin. It-tifla l-kbira ta’ Vladimir Putin, Maria, mexxiet proġett tal-karità, Alfa-Endo, li kien iffinanzjat minn Alfa Bank.

Is-Sur Aven ibbenefika mir-rabtiet tiegħu mal-gvern. Kiteb ittra lil Vladimir Putin li fiha lmenta dwar id-deċiżjoni tal-Qorti ta’ Arbitraġġ ta’ Moska fil-kawża legali dwar l-interessi ta’ wieħed min-negozji tas-Sur Aven. Vladimir Putin ta struzzjonijiet lill-Prosekutur Ġenerali tar-Russja biex jinvestiga l-każ. Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta’ Alfa Group lejn l-awtoritajiet Russi billi pprovda għajnuna politika lill-pjanijiet ta’ investimenti barranin ta’ Alfa Group.

28.2.2022

 

 

 

Is-Sur Aven u s-sieħeb fin-negozju tiegħu Mikhail Fridman ilhom impenjati fl-isforzi tal-Kremlin biex jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Punent maħruġa biex jiġġieldu kontra l-politika aggressiva Russa kontra l-Ukrajna. Fl-2016, Vladimir Putin avża lis-Sur Aven dwar il-prospett li l-Istati Uniti kienet ser timponi sanzjonijiet addizzjonali kontra s-Sur Aven u/jew Alfa-Bank u ssuġġerixxa li kellu bżonn jieħu passi biex jipproteġi lilu nnifsu u lil Alfa-Bank, u s-Sur Aven għamel dan. Fl-2018, is-Sur Aven, flimkien mas-Sur Fridman, żaru Washington D.C. fuq missjoni mhux uffiċjali biex iwasslu l-messaġġ tal-gvern Russu dwar is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti u dwar il-kontrosanzjonijiet mill-Federazzjoni Russa.

Għaldaqstant appoġġa attivament, b’mod materjali jew finanzjarju, u bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

 

675.

Mikhail Maratovich FRIDMAN

(Михаил Маратович ФРИДМАН)

Data tat-twelid: 21.4.1964

Post tat-twelid: Lviv, Russian Federation

Sess: Raġel

Mikhail Fridman huwa l-fundatur u wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ Alfa Group, li jinkludi l-bank ewlieni Russu Alfa Bank. Huwa rnexxielu jibni rabtiet b’saħħithom mal-amministrazzjoni ta’ Vladimir Putin, u ssemma bħala l-finanzjatur u l-faċilitatur ewlieni Russu taċ-ċirku ta’ ġewwa ta’ Putin. Irnexxielu jakkwista assijiet statali permezz ta’ rabtiet mal-gvern. It-tifla l-kbira ta’ Vladimir Putin, Maria, mexxiet proġett tal-karità, Alfa-Endo, li kien iffinanzjat minn Alfa Bank. Vladimir Putin ippremja l-lealtà ta’ Alfa Group lejn l-awtoritajiet Russi billi pprovda għajnuna politika lill-pjanijiet ta’ investimenti barranin ta’ Alfa Group.

Is-Sur Fridman u s-sieħeb fin-negozju tiegħu Petr Aven ilhom impenjati fl-isforzi tal-Kremlin biex jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Punent maħruġa biex jiġġieldu kontra l-politika aggressiva Russa kontra l-Ukrajna. Fl-2018, is-Sur Fridman, flimkien mas-Sur Aven, żaru Washington D.C. fuq missjoni mhux uffiċjali biex iwasslu l-messaġġ tal-gvern Russu dwar is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti u dwar il-kontrosanzjonijiet mill-Federazzjoni Russa.

28.2.2022

 

 

 

Għaldaqstant appoġġa attivament, b’mod materjali jew finanzjarju, u bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

 

676.

Sergei Pavlovich ROLDUGIN (Сергей Павлович РОЛДУГИН)

Data tat-twelid: 28.9.1951

Post tat-twelid: Sakhalin Oblast

Ċellist

Funzjoni: negozjant, ħabib qarib ta’ Vladimir Putin.

Is-Sur Roldugin huwa negozjant b’rabtiet mill-qrib ma’ Vladimir Putin. Huwa parti mill-iskema finanzjarja tan-network ta’ Putin. Huwa s-sid ta’ mill-inqas ħames entitajiet offshore u jżomm l-assijiet tiegħu f’Bank Rossiya (sanzjonat mill-Unjoni), magħruf f’Moska bħala l-’’Kartiera ta’ Putin’’ (‘‘Putin’s wallet’’). Skont l-investigazzjoni mill-ICIJ, is-Sur Roldugin huwa responsabbli għar-riorganizzazzjoni (‘‘shuffling’’) ta’ mill-inqas 2 biljun USD permezz ta’ banek u kumpanniji offshore bħala parti min-network finanzjarju moħbi ta’ Putin. Ħa sehem ukoll fit-’’Troika Laundromat’’, u għadda biljuni ta’ USD mis-sistema. Barra minn hekk, irċieva aktar minn 69 miljun USD minn kumpanniji fit-’’Troika Laundromat’’.

Huwa għaldaqstant responsabbli li appoġġa attivament, b’mod materjali jew finanzjarju, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

28.2.2022

677.

Dmitry Sergeyevich PESKOV

(Дмитрий Сергеевич ПЕСКОВ)

Data tat-twelid: 17.10.1967

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Sess: Raġel

Dmitri Peskov huwa s-segretarju tal-istampa tal-President Putin. Huwa ddefenda pubblikament il-politika aggressiva tar-Russja kontra l-Ukrajna, inkluż l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa. F’diversi dikjarazzjonijiet, huwa enfasizza li t-territorju tal-Krimea u Sevastopol huwa parti integrali mir-Russja, u li l-irkupru tiegħu mill-Ukrajna mhux possibbli. Huwa sejjaħ l-azzjonijiet tal-Ukrajna mmirati biex itemmu l-okkupazzjoni Russa tal-Peniżola tal-Krimea bħala pretensjoni territorjali kontra r-Russja. Huwa esprima l-opinjoni tiegħu dwar l-impossibbiltà ta’ negozjati mal-awtoritajiet Ukreni, u saħaq li dawn ma kinux meqjusa bħala sieħeb min-naħa Russa. Huwa ddikjara, għall-kuntrarju tal-fatti, li ma kienx hemm truppi Russi f’Donbass. Huwa wassal ukoll il-messaġġ li s-sanzjonijiet tal-Punent ma għandhom l-ebda effett reali fuq ir-Russja. Huwa hedded li r-Russja kienet ser timponi kontrosanzjonijiet bi tweġiba.

Għaldaqstant, b’mod attiv appoġġa azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

678.

Dmitry Nikolaevich CHERNYSHENKO

(Дмитрий Николаевич ЧЕРНЫШЕНКО)

Data tat-twelid: 20.9.1968

Post tat-twelid: Saratov, Russia

Funzjoni: Viċi Prim Ministru tar-Russja għat-Turiżmu, l-Isport, il-Kultura u l-Komunikazzjoni

Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Russian Railways

Sess: Raġel

Dmitry Chernyshenko huwa l-Viċi Prim Ministru tar-Russja għat-Turiżmu, l-Isport, il-Kultura u l-Komunikazzjoni u membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Russian Railways, maħtur f’din il-pożizzjoni mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

F’Ottubru 2021, ir-Russja bdiet tisħiħ tal-forzi militari bla preċedent fuq il-fruntiera mal-Ukrajna, jew qribha, u fir-reġjun okkupat tal-Krimea tal-Ukrajna. Hemmhekk, il-Forzi Armati Russi wettqu eżerċizzji militari fuq skala kbira. Dan wassal għal eskalazzjoni tal-konflitt u qiegħed pressjoni destabbilizzanti fuq l-Ukrajna. Kemm il-persunal militari kif ukoll it-tagħmir militari tal-Forzi Armati Russi ġew trasportati għaż-żoni qrib il-fruntiera Ukrena minn Russian Railways li tagħha s-Sur Chernyshenko huwa membru fil-Bord tad-Diretturi. Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja nediet aggressjoni militari fuq skala kbira kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

679.

Irek Envarovich FAIZULLIN

(Ирек Энварович ФАЙЗУЛЛИН)

Data tat-twelid: 8.12.1962

Post tat-twelid: Kazan, USSR, issa Russian Federation

Funzjoni: Membru tal-Bord tad-Diretturi tar-Russian Railways.

Ministru għall-Kostruzzjoni u d-Djar tal-Federazzjoni Russa.

Sess: Raġel

Is-Sur Irek Faizullin huwa Ministru għall-Kostruzzjoni u d-Djar tar-Russja u membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Russian Railways, maħtur f’din il-pożizzjoni mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

F’Ottubru 2021, ir-Russja bdiet it-tisħiħ bla preċedent tal-forzi militari fuq il-fruntiera mal-Ukrajna, jew qribha, u fir-reġjun okkupat tal-Krimea tal-Ukrajna. Hemmhekk, il-Forzi Armati Russi wettqu eżerċizzji militari fuq skala kbira. Dan wassal għal eskalazzjoni tal-konflitt u qiegħed pressjoni destabbilizzanti fuq l-Ukrajna. Kemm il-persunal militari kif ukoll it-tagħmir militari tal-Forzi Armati Russi ġew trasportati għaż-żoni qrib il-fruntiera Ukrena minn Russian Railways li tagħha s-Sur Faizullin huwa membru fil-Bord tad-Diretturi.

Għaldaqstant, huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

680.

Vitaly Gennadyevich SAVELYEV

(Виталий Геннадьевич САВЕЛЬЕВ)

Data tat-twelid: 18.1.1954

Post tat-twelid: Tashkent, Uzbekistan

Funzjoni: Membru tal-Bord tad-Diretturi tar-Russian Railways. Ministru għat-Trasport tar-Russja mill-2020, eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Aeroflot

Vitaly Savelyev huwa Ministru għat-Trasport tal-Federazzjoni Russa u membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Russian Railways, maħtur f’din il-pożizzjoni mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Huwa l-eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Aeroflot.

F’Ottubru 2021, ir-Russja bdiet it-tisħiħ bla preċedent tal-forzi militari fuq il-fruntiera mal-Ukrajna, jew qribha, u fir-reġjun okkupat tal-Krimea tal-Ukrajna. Hemmhekk, il-Forzi Armati Russi wettqu eżerċizzji militari fuq skala kbira. Dan wassal għal eskalazzjoni tal-konflitt u qiegħed pressjoni destabbilizzanti fuq l-Ukrajna. Kemm il-persunal militari kif ukoll it-tagħmir militari tal-Forzi Armati Russi ġew trasportati lejn iż-żoni qrib il-fruntiera Ukrena minn Russian Railways li tagħha s-Sur Savelyev huwa membru tal-Bord tad-Diretturi.

28.2.2022

 

 

 

Barra minn hekk, Aeroflot taħt it-tmexxija tas-Sur Savelyev ipprovdiet trasport bl-ajru regolari għall-passiġġieri bejn ajruporti Russi u l-ajruport internazzjonali ta’ Simferopol, u għalhekk appoġġat il-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li mbagħad kompliet iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Għaldaqstant, huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

 

681.

Andrey Anatolyevich TURCHAK

(ТУРЧАК, Андрей Анатольевич)

Data tat-twelid: 20.12.1975

Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa Russian Federation)

Funzjoni: Segretarju tal-kunsill ġenerali tal-partit United Russia

L-ewwel deputat speaker tal-Kunsill tal-Federazzjoni.

Andrey Turchak huwa s-segretarju tal-Kunsill Ġenerali tal-partit United Russia u l-ewwel viċi kelliem tal-Kunsill tal-Federazzjoni. Is-suċċess politiku tiegħu huwa marbut ma’ missieru, Anatoly Turchak, li kien jitħarreġ fil-judo ma’ Vladimir Putin u l-aħwa Rotenberg. Huwa ppromwova attitudni pożittiva għar-rikonoxximent tal-hekk imsejħa “Repubbliki tal-Poplu” separatisti ta’ Donetsk u Luhansk.

Huwa appella lill-awtoritajiet Russi biex jipprovdu armi avvanzati lill-forzi separatisti pro-Russi fir-reġjun ta’ Donbas. Huwa stqarr pubblikament li kien impossibbli li l-konflitt ta’ Donbas jissolva b’mod paċifiku mal-awtoritajiet Ukreni. Huwa esprima allegazzjonijiet infondati dwar offensiva militari Ukrena ppjanata f’Donbas. Huwa mexxa n-negozjati ma’ Denis Pushilin. kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu” separatista ta’ Donetsk. Huwa żar punt ta’ mobilizzazzjoni tal-forzi armati separatisti fiż-żona tal-ewwel linja ta’ Donbas biex personalment jifraħ lis-suldati tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” separatista f’Jum id-Difensur tal-Patrija. Huwa ddefenda pubblikament id-deċiżjoni tar-Russja li tirrikonoxxi r-“repubbliki” separatisti ta’ Donbas. Huwa ddikjara li r-Russja hija indifferenti għas-sanzjonijiet tal-Punent.

28.2.2022

 

 

 

Għalhekk, huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni b’mod attiv, ta’ azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

 

682.

Tigran Edmondovich KEOSAYAN

(Тигран Эдмондович КЕОСАЯН)

Data tat-twelid: 4.1.1966

Post tat-twelid: Moscow, Russia

Funzjoni: Attur u direttur, preżentatur tal-programm televiżiv ta’ propaganda dwar affarijiet politiċi fuq il-kanal NTV, imsejjaħ “International Sawmill with Tigran Keosayan”.

Is-Sur Tigran Keosayan huwa direttur tal-films u ġurnalist li xerred il-propaganda kontra l-Ukrajna fil-media Russa. Fil-programm televiżiv tiegħu ffinanzjat mill-istat, “International Sawmill with Tigran Keosayan”, huwa konsistentement ippreżenta lill-Ukrajna bħala pajjiż dgħajjef u korrott, li baqa’ għaddej biss bis-saħħa tal-għajnuna tal-Punent. Huwa ssuġġerixxa li l-awtoritajiet Ukreni ma kinux leġittimi. Huwa ddikjara ripetutament li l-Krimea kienet tappartjeni lir-Russja, u li Donbas ma kinitx parti mill-Ukrajna. Is-Sur Keosayan ipparteċipa fil-forum tad-“Donbas Russu” li ġie organizzat f’Donetsk mill-awtoritajiet tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” bil-għan li tinfirex id-duttrina tad-“Donbas Russu”. Huwa akkuża pubblikament lill-Ukrajna li eskalat il-konflitt.

Għaldaqstant, huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

 

 

 

Il-programm televiżiv “International Sawmill with Tigran Keosayan” irċieva finanzjament miminn kumpanniji statali Russi, li ma kienx ġustifikat għal raġunijiet kummerċjali, iżda ngħata bħala premju lis-Sur Keosayan għall-isforzi propagandisti tiegħu u għal-lealtà tiegħu lejn Vladimir Putin. Is-Sur Keosayan idderieġa film ta’ propaganda “The Crimean Bridge. Made with Love!”, li gglorifika l-Pont tal-Krimea li jgħaqqad it-territorju tal-Peniżola tal-Krimea annessa illegalment mar-Russja. Ġie rrappurtat li l-film kien maħsub bħala rigal lill-President Putin. Alexei Gromov, l-ewwel viċi kap tal-amministrazzjoni presidenzjali, għen biex jiġi żgurat finanzjament statali għall-film, li bis-saħħa tiegħu s-Sur Keosayan kiseb profitt finanzjarju.

Għaldaqstant huwa bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

 

683.

Olga Vladimirovna SKABEYEVA

(Ольга Владимировна СКАБЕЕВА)

Data tat-twelid: 11.12.1984

Funzjoni: Kofundatur u editur kap tal-portal REGNUM;

Post tat-twelid: Volzhsky, Russia

Funzjoni: Ġurnalista tat-TV tal-Istat Rossiya-1, li tmexxi programm ta’ taħdit politiku “60 minuta” (flimkien ma’ żewġha Yevgeniy Popov) – l-aktar talk-show popolari fir-Russja)

Sess: Mara

Is-Sa Olga Skabeyeva hija ġurnalista tal-istazzjon televiżiv tal-istat Rossiya-1. Flimkien ma’ żewġha Yevgeniy Popov, hija tospita l-aktar dibattitu politiku televiżiv popolari fir-Russja, “60 Minutes”, fejn xerrdet propaganda kontra l-Ukrajna, u ppromwoviet attitudni pożittiva lejn l-annessjoni tal-Krimea u l-azzjonijiet tas-separatisti f’Donbas.

Fil-programm televiżiv tagħha hija konsistentement ippreżentat is-sitwazzjoni fl-Ukrajna b’mod preġudikat, u wriet il-pajjiż bħala stat artifiċjali, sostnut kemm militarment kif ukoll finanzjarjament mill-Punent u għalhekk hija satellita tal-Punent u għodda f’idejn in-NATO. Hija naqqset ukoll ir-rwol tal-Ukrajna għall-“anti-Russja moderna”. Barra minn hekk, hija spiss stiednet mistednin bħas-Sur Eduard Basurin, is-Segretarju tal-Istampa tal-Kmand Militari tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u s-Sur Denis Pushilin, kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Hija keċċiet mistieden li ma kkonformax mal-linji narrattivi tal-propaganda Russa, bħall-ideoloġija tad-“dinja Russa”. Is-Sa Skabeyeva tidher li hija konxja tar-rwol ċiniku tagħha fil-magna ta’ propaganda Russa, flimkien ma’ żewġha.

Għaldaqstant, hija responsabbli li b’mod attiv appoġġat jew implimentat azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

684.

Alexander PONOMARENKO

(Алексaндр Анатольевич ПОНОМАРEНКО)

Data tat-twelid: 27.10. 1964

Post tat-twelid: Bilohirsk, Ukrainian SSR

Funzjoni: Oligarka Russu, President tal-Bord ta’ Sheremetyevo International Airport

Alexander Ponomarenko huwa oligarka Russu u President tal-Bord ta’ Sheremetyevo International Airport. Is-Sur Ponomarenko għandu rabtiet mill-qrib ma’ oligarki oħrajn assoċjati ma’ Vladimir Putin, kif ukoll ma’ Sergey Aksyonov, mexxej tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” fit-territorju tal-Peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Kien involut fil-finanzjament tal-kumpless tal-palazz viċin Gelendzhik, li jitqies li jintuża b’mod personali mill-President Putin.

Għaldaqstant appoġġa attivament, b’mod materjali jew finanzjarju, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

28.2.2022

685.

Modest Alexeyevich KOLEROV

(Модест Алексеевич КОЛЕРОВ)

Data tat-twelid: 12.4.1963

Post tat-twelid: Kimovsk, Russia

Funzjoni: Kofundatur u editur kap tal-portal REGNUM, li jispeċjalizza fiż-żona post-Sovjetika. Mill-2005 sal-2007 huwa ħadem fl-Amministrazzjoni Presidenzjali.

Sess: Raġel

Modest Kolerov huwa kofundatur u kap editur tal-portal REGNUM, li huwa uża biex ixerred narrattivi propagandisti aggressivi u preġudikati kontra l-Ukrajna, u biex jippromwovi attitudni pożittiva lejn l-annessjoni tal-Krimea u l-azzjonijiet tas-separatisti f’Donbas. Spiss wera lill-Ukrajna bħala pajjiż faxxista jew neo-Nazista, u pupazz tal-Punent. Huwa ddikjara li l-Ukrajna nħolqot artifiċjalment minn Lenin u Stalin. Skont il-pubblikazzjonijiet tiegħu, l-Ukrajna taf l-indipendenza tagħha lir-Russja u għalhekk ma jistħoqqilha l-ebda dritt li tkun stat sovran. Huwa ssuġġerixxa wkoll li r-Russja għandha ttemm l-eżistenza tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, huwa ppropona li l-Ukrajna tinqasam bejn il-ġirien tagħha u hedded li Ukrajna indipendenti tkun ta’ theddida għar-Russja. Huwa ppromwova b’mod attiv ir-rikonoxximent tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u għal aktar azzjonijiet Russi favur is-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna. Huwa ċaħad il-provi tal-appoġġ militari Russu għas-separatisti, u indika l-missjoni tal-OSKE fil-Lvant tal-Ukrajna bħala preġudikata u subordinata għal Kiev.

28.2.2022

 

 

 

Għalhekk, huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni b’mod attiv, ta’ azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u għat-tfixkil tal-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

 

686.

Roman Georgievich BABAYAN

(Роман Георгиевич БАБАЯН)

Data tat-twelid: 7.12.1967

Post tat-twelid: Baku, Azerbaijan

Funzjoni: Ġurnalist, preżentatur tal-programm televiżiv “Own Truth” fuq l-istazzjon NTV u “Right of Voice” fuq TV Cent. Huwa wkoll il-kap editur tar-radju “Moscow Speaks”. Huwa wkoll membru ta’ tad-Duma tal-Belt ta’ Moska.

Sess: Raġel

Is-Sur Roman Babayan huwa ġurnalist u membru tad-Duma tal-Belt ta’ Moska. Huwa jospita l-programm televiżiv “Own Truth” fuq l-istazzjon NTV u “Right of Voice” fuq TV Cent. Huwa wkoll il-kap editur tar-radju “Moscow Speaks”. Huwa xerred propaganda kontra l-Ukrajna u ppromwova attitudni pożittiva lejn l-azzjonijiet tas-separatisti f’Donbas.

F’intervista li ta lil Ukrajna.ru, stqarr b’mod ċar li kull abitant ta’ Donbas jippreferi li r-reġjun jingħaqad mar-Russja, u qajjem dubji dwar id-dritt tal-Ukrajna għat-territorji tagħha stess. Barra minn hekk, huwa akkuża lill-awtoritajiet Ukreni b’persekuzzjonijiet ibbażati fuq in-nazzjonalità f’Donbas u de facto b’ġenoċidju, u qal li l-Ukreni qatlu tfal u anzjani f’Donbas. Huwa appoġġa wkoll in-narrattiva Russa dwar ir-“reġim faxxista” fl-Ukrajna. Sabiex jagħmel dan, huwa ppreżenta reġistrazzjoni mhux ċara ta’ suldati lebsin l-arma navali tal-Ġermanja Nazista, u ddeskrivihom bħala Ukreni.

Għalhekk, huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni b’mod attiv, ta’ azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

28.2.2022

687.

Yevgeniy Nikolaevich PRILEPIN

(Евгений Николаевич ПРИЛЕПИН),

magħruf ukoll bħala Zakhar PRILEPIN (Russu: Захар ПРИЛЕПИН),

magħruf ukoll bħala Yevgeniy LAVLINSKIY (Russu: Евгений ЛАВЛИНСКИЙ)

Data tat-twelid: 7.7.1975

Post tat-twelid: Il’inka, Russia

Funzjoni: Ġurnalist, kittieb, kopresident tal-partit A Just Russia – Patriots – For Truth, attivist.

Is-Sur Prilepin huwa attivist, ġurnalist u kittieb Russu, u kopresident tal-partit A Just Russia – Patriots – For Truth. Huwa esprima l-appoġġ pubbliku tiegħu għas-separatisti Russi fil-Krimea u f’Donbas. Huwa bagħat għajnuna lil Donetsk u ta pariri lill-mexxejja separatisti. Huwa pparteċipa fil-konflitt ta’ Donbas fuq in-naħa separatista, u serva bħala viċi kmandant ta’ wieħed mill-battaljuni separatisti, u ddeskriva l-involviment tiegħu fid-dettall.

Barra minn hekk, huwa uża l-fama u r-reputazzjoni tiegħu bħala kittieb famuż biex ixerred propaganda kontra l-Ukrajna, u biex jippromwovi attitudni pożittiva lejn l-annessjoni tal-Krimea u l-azzjonijiet tas-separatisti f’Donbas. Is-Sur Prilepin indika lill-awtoritajiet Ukreni bħala korrotti, tahom ħtija għall-eskalazzjoni tal-konflitt, sejjaħ lil Kiev bħala belt Russa u ddikjara li l-għan aħħari tar-Russja għandu jkun li tinħataf Kiev. Huwa ħa sehem f’film dokumentarju ta’ propaganda Russu “Krimea: Lura d-Dar” li glorifika l-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea mir-Russja.

Għaldaqstant, huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

688.

Anton Vyacheslavovich KRASOVSKY

(Антон Вячеславович КРАСОВСКИЙ),

magħruf ukoll bħala Anton Vyacheslavovich KUZNETSOV-KRASOVSKY (Антон Вячеславович КУЗНЕЦОВ-КРАСОВСКИЙ).

Data tat-twelid: 18.7.1975

Post tat-twelid: Podolsk, Russia

Funzjoni: Attivist, ġurnalist, propagandist, ospitant ta’ programm ta’ taħdit bl-isem “The Antonyms” fuq RT, stazzjon televiżiv Russu ffinanzjat mill-istat

Is-Sur Anton Krasovsky huwa ġurnalist, li jospita d-dibattitu televiżiv “The Antonyms” fuq RT, stazzjon televiżiv Russu ffinanzjat mill-istat. Huwa xerred il-propaganda kontra l-Ukrajna. Huwa sejjaħ lill-Ukrajna art Russa u ddenigra lill-Ukreni bħala nazzjon. Huwa hedded ukoll lill-Ukrajna bl-invażjoni Russa jekk l-Ukrajna din kienet ser tagħmel pass eqreb biex tingħaqad man-NATO. Huwa ssuġġerixxa li tali azzjoni kienet ser twassal għat-“teħid” tal-kostituzzjoni tal-Ukrajna, b’din “tinħaraq fuq Khreshchatyk”. Barra minn hekk, huwa ssuġġerixxa li l-Ukrajna għandha tingħaqad mar-Russja.

Għaldaqstant, huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

689.

Arkady Viktorovich MAMONTOV

(Аркадий Викторович МАМОНТОВ)

Data tat-twelid: 26.5.1962

Post tat-twelid: Novosibirsk, Russia

Funzjoni: Ġurnalist tat-TV u preżentatur tat-TV, ospitant tal-programm tat-TV “Author’s Program of Arkady Mamontov” fuq l-istazzjon televiżiv Rossiya-1, awtur ta’ films dokumentarji.

Is-Sur Arkady Mamontov jospita l-programm televiżiv “Author’s Program of Arkady Mamontov” u huwa awtur ta’ films dokumentarji għat-televiżjoni Russa. Huwa xerred il-propaganda kontra l-Ukrajna.

Huwa dderieġa film propagandista b’appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li fih huwa ppreżenta l-ħakma Ukrena qabel l-annessjoni illegali bħala kaotika u mimlija anarkija. Fil-films tiegħu, huwa wera lill-Ukrajna bħala ċentru tan-neo-Nazismu, il-faxxiżmu, in-nazzjonaliżmu u s-sentiment anti-Russu. Huwa eżaġera r-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-lemin estrem fl-Ukrajna. Huwa akkuża lill-Ukrajna b’politiki diskriminatorji kontra l-kultura u l-lingwa Russa fl-Ukrajna. Huwa dgħajjef il-kredibbiltà u l-leġittimità tal-awtoritajiet Ukreni billi ssuġġerixxa li Euromaidan kien kolp ta’ stat ispirat minn barra l-pajjiż, u li l-gvern Ukren kien dipendenti fuq l-Istati Uniti tal-Amerka.

Għaldaqstant, huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

690.

Sergei Mikhailovich PINCHUK

(Сергей Михайлович ПИНЧУК)

Data tat-twelid: 26.07.1971

Post tat-twelid: Sevastopol, Ukrainian SSR, (now Ukraine)

Funzjoni: Viċi Ammirall, l-ewwel Viċi Kap Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed

Sergey Pinchuk huwa Viċi Ammiral u l-ewwel Viċi Kap Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, li hija subordinat għad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi, u kien involut f’azzjonijiet militari kontra l-Ukrajna.

Minn nofs Ottubru 2021, il-forzi militari Russi bdew skjerament militari mingħajr preċedent fil-fruntiera tal-Ukrajna jew qrib tagħha u fir-reġjun tal-Krimea okkupat mill-Ukrajna. F’dan ir-rigward ħafna osservaturi u dawk li jfasslu l-politika esprimew tħassib dwar il-possibbiltà ta’ invażjoni ġdida tal-Ukrajna jew azzjonijiet aggressivi oħra min-naħa tar-Russja. Forzi tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed ħadu sehem fi eżerċizzji militari fuq skala kbira qrib u fi ħdan il-fruntieri tal-Ukrajna.

Wara d-deċiżjoni ta’ Vladimir Putin li jirrikonoxxi l-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, suldati tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar daħlu fit-territorju ta’ dawk iż-żewġ repubbliki awtoproklamati. Meta fl-24 ta’ Frar 2022 ir-Russja nediet invażjoni militari fuq skala sħiħa fuq l-Ukrajna, it-truppi Russi tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed wettqu operazzjoni ta’ ħatt l-art f’Mariupol u Odessa.

Għaldaqstant, Sergei Pinchuk huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

691.

Alexey Yurevich AVDEEV

(Алексей Юрьевич АВДЕЕВ)

Data tat-twelid: 17.5.1967

Post tat-twelid: Tashkent, USSR (now Uzbekistan)

Funzjoni: Logutenent Ġeneral, Viċi kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar

Sess: Raġel

Alexey Avdeev huwa viċi kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja, li kien involut f’azzjonijiet militari kontra l-Ukrajna.

Dan l-aħħar l-Ukrajna saret il-mira ewlenija tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Minħabba dan ġiet iffurmata t-tmien Armata l-ġdida u ġiet estiża l-preżenza tad-Distrett fit-territorju tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Minn nofs Ottubru 2021, il-forzi militari Russi bdew skjerament militari mingħajr preċedent fil-fruntiera tal-Ukrajna jew qrib tagħha u fir-reġjun tal-Krimea okkupat mill-Ukrajna. F’dan ir-rigward ħafna osservaturi u dawk li jfasslu l-politika esprimew tħassib dwar il-possibbiltà ta’ invażjoni ġdida tal-Ukrajna jew azzjonijiet aggressivi oħra min-naħa tar-Russja. Truppi mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar wettqu eżerċizzji militari f’żoni madwar l-Ukrajna u ċaqalqu gruppi tattiċi tal-artillerija u tal-battaljun fil-peniżola tal-Krimea. Wara d-deċiżjoni ta’ Vladimir Putin li jirrikonoxxi l-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, suldati tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar daħlu fit-territorju ta’ dawn iż-żewġ repubbliki awtoproklamati. Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar issorvelja wkoll l-eżerċizzji militari tal-forzi armati tar-“repubbliki” separatisti.

Għaldaqstant, Alexey Avdeev huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

28.2.2022

692.

Rustam Usmanovich MURADOV

(МУРАДОВ Рустам Усманович)

Data tat-twelid: 21.3.1973

Post tat-twelid: Dagestan,Russia

Funzjoni: Logutenent Ġeneral, Viċi kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar

Sess: Raġel

Rustam Muradov huwa logutenent ġeneral u viċi kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar, li kien involut f’azzjonijiet militari kontra l-Ukrajna.

Dan l-aħħar l-Ukrajna saret il-mira ewlenija tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Minħabba dan ġiet iffurmata t-tmien Armata l-ġdida u ġiet estiża l-preżenza tad-Distrett fit-territorju tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Minn nofs Ottubru 2021, il-forzi militari Russi bdew skjerament militari mingħajr preċedent fil-fruntiera tal-Ukrajna jew qrib tagħha u fir-reġjun tal-Krimea okkupat mill-Ukrajna. F’dan ir-rigward ħafna osservaturi u dawk li jfasslu l-politika esprimew tħassib dwar il-possibbiltà ta’ invażjoni ġdida tal-Ukrajna jew azzjonijiet aggressivi oħra min-naħa tar-Russja. Truppi mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar wettqu eżerċizzji militari f’żoni madwar l-Ukrajna u ċaqalqu gruppi tattiċi tal-artillerija u tal-battaljun fil-peniżola tal-Krimea. Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar issorvelja wkoll l-eżerċizzji militari tal-forzi armati tar-“repubbliki” separatisti. Wara d-deċiżjoni ta’ Vladimir Putin li jirrikonoxxi l-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, suldati tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar daħlu fit-territorju ta’ dawn iż-żewġ repubbliki awtoproklamati. Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja nediet invażjoni militari fuq skala kbira fuq l-Ukrajna.

28.2.2022

 

 

 

Għaldaqstant, Rustam MURADOV huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

 

693.

Andrey Ivanovich SYCHEVOY

(Андрей Иванович СЫЧЕВОЙ)

Data tat-twelid: 16.5.1969

Post tat-twelid: village of Troitskaya, Krymsky District, Krasnodar Territory, USSR

Funzjoni: Logutenent Ġeneral, Kmandant tat-tmien Armata tal-Gwardji tal-Armi Magħquda tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar

Sess: Raġel

Andrey Sychevoy huwa logutenent ġeneral u kmandant tat-tmien Armata tal-Gwardji tal-Armi Magħquda tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar, li kien involut f’azzjonijiet militari kontra l-Ukrajna.

Dan l-aħħar l-Ukrajna saret il-mira ewlenija tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Minħabba dan ġiet iffurmata t-tmien Armata l-ġdida u ġiet estiża l-preżenza tad-Distrett fit-territorju tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Minn nofs Ottubru 2021, il-forzi militari Russi bdew skjerament militari mingħajr preċedent fil-fruntiera tal-Ukrajna jew qrib tagħha u fir-reġjun tal-Krimea okkupat mill-Ukrajna. F’dan ir-rigward ħafna osservaturi u dawk li jfasslu l-politika esprimew tħassib dwar il-possibbiltà ta’ invażjoni ġdida tal-Ukrajna jew azzjonijiet aggressivi oħra min-naħa tar-Russja. Truppi mid-Distrett Militari tan-Nofsinhar wettqu eżerċizzji militari f’żoni madwar l-Ukrajna u ċaqalqu gruppi tattiċi tal-artillerija u tal-battaljun fil-peniżola tal-Krimea. Id-Distrett Militari tan-Nofsinhar issorvelja wkoll l-eżerċizzji militari tal-forzi armati tar-“repubbliki” separatisti. Wara d-deċiżjoni ta’ Vladimir Putin li jirrikonoxxi l-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, suldati tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar daħlu fit-territorju ta’ dawn iż-żewġ repubbliki awtoproklamati. Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Russja nediet invażjoni militari fuq skala kbira fuq l-Ukrajna.

28.2.2022

 

 

 

Għaldaqstant, Andrey Sychevoy huwa responsabbli li b’mod attiv appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

 

694.

Gennady Nikolayevich TIMCHENKO

(Геннадий Николаевич ТИМЧЕНКО)

Funzjoni: Sid tal-grupp ta’ investiment privat Volga Group

Data tat-twelid: 9.11.1952

Post tat-twelid: Leninakan, Sovjet Union (now: Gyumri, Armenia)

Nazzjonalità: Armena, Russa, Finlandiża

Sess: Raġel

Gennady Timchenko huwa konoxxenza għal żmien twil tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u huwa deskritt b’mod ġenerali bħala wieħed mill-persuni ta’ fiduċja tiegħu.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma’ persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet. Huwa fundatur u azzjonist ta’ Volga Group, grupp ta’ investiment b’portafoll ta’ investimenti f’setturi ewlenin tal-ekonomija Russa. Volga Grupp jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ekonomija Russa u l-iżvilupp tagħha.

Huwa wkoll azzjonist ta’ Bank Rossiya li huwa meqjus bħala l-bank personali ta’ Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f’Sevastopol, biex b’hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħhom fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li, min-naħa tiegħu, jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politika tal-gvern Russu ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

28.2.2022

 

 

 

Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Huwa responsabbli wkoll għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju u materjali, u li jibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

 

695.

Alexey Alexandrovits MORDASCHOV

(Алексей Александрович МОРДАШОВ)

Funzjoni: President ta’ Severstal u Severgroup

Data tat-twelid: 26.9.1965

Post tat-twelid: Cherepovets, Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: Raġel

Assoċjati: Yuriy KOVALCHUK; Nikolay SHAMALOV

Alexey Mordaschov qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma’ persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet. Huwa l-President tal-kumpannija Severgroup. Din il-kumpannija hija t-tieni l-akbar azzjonist ta’ Bank Rossiya, li fl-2017 kien jippossjedi madwar 5,4 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat bħala l-bank personali ta’ Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f’Sevastopol, biex b’hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħhom fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, Severgroup għandha interessi konsiderevoli fin-National Media Group li, min-naħa tiegħu, jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politika tal-gvern Russu ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, Severgroup hija s-sid tal-kumpannija JSC Power Machines li hija responsabbli għall-bejgħ ta’ erba’ turbini eoliċi lill-peniżola okkupata tal-Krimea.

28.2.2022

 

 

 

Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Huwa responsabbli wkoll għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju u materjali, u li jibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

 

696.

Peter Mikhaylovich FRADKOV

(Петр Михайлович ФРАДКОВ)

Funzjoni: President ta’ PJSC Promsvyazbank

Data tat-twelid: 7.2.1978

Post tat-twelid: Moscow, Russia

Sess: Raġel

Petr Fradkov huwa l-president ta’ PJSC Promsvyazbank u l-uniku korp eżekuttiv tal-bank. Promsvyazbank huwa bank tal-Istat Russu, li jipprovdi appoġġ finanzjarju lis-settur tad-difiża Russu u lill-Militar Russu, li huwa responsabbli għall-iskjerament massiv ta’ truppi Russi tul il-fruntiera mal-Ukrajna u għall-preżenza ta’ truppi Russi fil-peniżola tal-Krimea.

Promsvyazbank jingħata struzzjonijiet direttament mill-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u għalhekk jipprovdi appoġġ finanzjarju u materjali lil persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna u l-annessjoni illegali tal-Krimea.

Promsvyazbank jopera fil-Peniżola tal-Krimea.

Għalhekk, bħala president ta’ Promsvyazbank, huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.2.2022

2.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

Data tal-elenkar

56.

Gas Industry Insurance Company SOGAZ

(Акционерное общество «Страховое общество газовой промышленности» АО «СОГАЗ»)

Indirizz: Sakharov boulevard 10, Moscow, 107078, Russian Federation

Telefon:

+7 8(495) 234-44-24

+7 8 800 333 0 888

Sit web: https://sogaz.ru

Posta elettronika: sogaz@sogaz.ru ; cf@sogaz.ru

Il-kumpannija b’ishma konġunti “Gas Industry Insurance Company Sogaz” assigurat il-kostruzzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja li tgħaqqad il-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch u l-Port ta’ Taman u assigurat mill-ġdid il-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch. Għaldaqstant appoġġat il-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha kompliet iddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.2.2022”


Top