Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2432

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2432 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/15573/2022/INIT

    ĠU L 318I, 12.12.2022, p. 32–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2432/oj

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 318/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2432

    tat-12 ta’ Diċembru 2022

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

    (2)

    L-Unjoni tibqa' soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    (3)

    L-Iran jipprovdi appoġġ militari għall-gwerra ta' aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li erba' individwi u erba' entitajiet involuti fl-iżvilupp u l-kunsinna ta' Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ lir-Russja jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

    (4)

    Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex ċertu miżuri jiġu implimentati.

    (5)

    Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


    ANNESS

    Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

    Persuni

     

    Ismijiet

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “1268.

    Yousef ABOUTALEBI

    یوسف ابوطالبی

    Data tat-twelid: 29.5.1983

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Direttur maniġerjali ta' OJE Parvaz Mado Nafar Company (Mado)

    Yousef Aboutalebi huwa d-direttur maniġerjali ta' OJE Parvaz Mado Nafar Company (Mado) elenkata mill-UE, kumpanija bbażata fl-Iran speċjalizzata fil-manifattura ta' komponenti ta' vVtturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAV) u fl-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti kummerċjali.

    MADO hija affiljata mal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Permezz ta' Mado, Aboutalebi akkwista magni ta' UAVs maħsuba għall-użu militari mill-IRGC u minn entitajiet marbuta mal-IRGC.

    Magni manifatturati minn Mado nstabu fl-UAVs Iranjani Shahed-136 użati mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk, Yousef Aboutalebi qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    1269.

    Ali Reza

    BALALI

    علیرضا بلالی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Pożizzjoni: Uffiċjal

    tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika u konsulent għall-kap tal-Forza Ajruspazjali (IRGC AF), Amir Ali Hajizadeh

    Il-Brigadier Ġeneral Ali Reza Balali huwa uffiċjal tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u konsulent għall-kap tal-Forza Ajruspazjali tal-IRGC (IRGC AF), elenkat mill-UE, Amir Ali Hajizadeh.

    Balali organizza u ppromwova avveniment biex jintwerew Vetturi tal-Ajru militari mingħajr Ekwipaġġ (UAVs) u jsir taħtriġ b'dawn il-vetturi f'Kashan, l-Iran f'Awwissu 2022, li għalih ġew mistiedna u li fih ipparteċipaw il-forzi Russi. B'dan il-mod, huwa appoġġa lill-forzi Russi fl-użu ta' UAVs Iranjani fil-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk, il-Brigadier Ġeneral Amir Ali Hajizadeh qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    1270.

    Abdollah

    MEHRABI

    عبدلله مهرابی

    Data tat-twelid: 22.12.1961

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Pożizzjoni: Kap tar-Research and Self-Sufficiency Jihad Organization tal-Forza Aerospazjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC AF)

    Il-Brigadier Ġeneral Abdollah Mehrabi huwa l-kap tar-Research and Self-Sufficiency Jihad Organization tal-Forza Ajruspazjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC AF) u ex-koproprjetarju ta' OJE Parvaz Mado Nafar Company (Mado) elenkata mill-UE.

    Mehrabi akkwista magni ta' Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAV) minn Mado għall-użu mill-IRGC AF Research and Self-Sufficiency Jihad Organization. Il-magni manifatturati minn Mado nstabu fl-UAVs Iranjani Shahed-136 użati mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għaldaqstant, il-Brigadier Ġeneral Abdollah Mehrabi qed jappoġġa azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    1271.

    Hamid VAHEDI

    حمید واحدی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru Iranjana

    Il-Brigadier Ġeneral Hamid Vahedi huwa l-Kap Kmandant tal-Forza tal-Ajru Iranjana.

    F'din il-pożizzjoni, huwa involut fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-programm Iranjan ta' Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAV), l-esportazzjonijiet ta' UAVs u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża mal-Federazzjoni Russa f'dan il-qasam, li kollha wasslu biex l-UAVs Iranjani jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għaldaqstant, il-Brigadier Ġeneral Hamid Vahedi qed jappoġġa azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022”.

    Entitajiet

     

    Ismijiet

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “122.

    Design and Manufacturing of Aircraft Engines (DAMA)

    طراحی و ساخت موتور هواپیما

    Indirizz: Shishesh Mina Street, Karaj Special Road, Tehran, Iran

    Numru tar-reġistrazzjoni: 14005160213

    Post prinċipali tan-negozju: L-Iran

    Design and Manufacturing of Aircraft Engines (DAMA) hija kumpannija Iranjana

    DAMA hija involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-programm ta' Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAVs) Iranjani Shahed-171, li huwa proprjetà tal-Forza Ajruspazjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC AF). DAMA hija kumpannija faċċata li wettqet attivitajiet ta' akkwist bil-moħbi għal Aircraft Manufacturing Industries tal-Iran (HESA), entità affiljata mal-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Iran (MODAFL) .

    L-Iran biegħ diversi tipi ta' UAV lill-Federazzjoni Russa, inkluż Shahed-171, żviluppati minn DAMA. Il-UAVs Shahed-171 intużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk, DAMA qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    123.

    Islamic Revolutionary Guard Corps Research and Self-Sufficiency Jihad Organization (IRGC SSJO)

    سازمان جهاد خودکفایی و تحقیقات سپاه

    Indirizz: Teheran u Isfahan, l-Iran

    Tip ta' entità: Kuntrattur militari

    Post tar-reġistrazzjoni: Tehran, l-Iran

    Data tar-reġistrazzjoni: 1993

    Post prinċipali tan-negozju: L-Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guard Corps Research and Self-Sufficiency Jihad Organization (IRGC SSJO) hija unità ta' riċerka u żvilupp li tiżviluppa u timmanifattura radar li jippenetra l-art, sistemi ta' komunikazzjoni, armi, vetturi tal-ġlied u tagħmir elettroniku tal-gwerra ċibernetika.

    Bħala parti mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), l-IRGC SSJO kienet involuta f'attivitajiet ta' riċerka u żvilupp u ta' akkwist marbuta mal-iżvilupp tal-Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAVs) Iranjani, li wħud minnhom qed jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk, l-IRGC SSJO qed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    124.

    Oje Parvaz Mado Nafar Company (Mado)

    شرکت اوژه پرواز مادو نفر (مادو)

    Magħrufa wkoll bħala: Owj Parvaz Mado Nafar Company LLC

    Indirizz: Qom, No. 1106, 11 Hemmat Corner, Hemmat Square, Hemmat Boulevard, Shokuhieh Industrial Town, Qom Province, 3718116354, Iran

    OJE Parvaz Mado Nafar Company (Mado) hija kumpanija bbażata fl-Iran speċjalizzata fil-manifattura ta' komponenti ta' vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAV).

    MADO pproduċiet magni ta' UAVs għal entitajiet marbuta mal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), inkluż magni użati UAVs Shahed-136. UAVs Shahed-136 qed jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna, taħt l-isem Geran-2.

    Għaldaqstant, Madoqed tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022

    125.

    Paravar Pars Company

    شرکت پراور پارس

    Magħrufa wkoll bħala: Paravar Pars Aerospace Research and Engineering Services; Paravar Pars Aerospace Research Institute; Paravar Pars Engineering and Services Aerospace Research Company; Paravar Pars; ParavarPars; Pravarpars Engineering Research and Design Company

    Post prinċipali tan-negozju: 13-il km minn Shahid Babaei Highway, wara l-Università Imam Hossein, maġenb Telo Road, Tehran, l-Iran

    Email: info@paravar-pars.com

    Paravar Pars Company hija assoċjata mill-qrib mal-Università Imam Hossein, li hija kkontrollata mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

    Paravar Pars Company ipproduċiet Vetturi tal-Ajru mingħajr Ekwipaġġ (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali tal-IRGC (IRGC AF) u ttestjat UAVs għall-Forza Navali tal-IRGC. B'mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjan żviluppati mill-IRGC AF. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk, Paravar Pars Company għandha tappoġġa b'mod materjali azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.12.2022”.


    Top