This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1276
Council Decision (CFSP) 2022/1276 of 21 July 2022 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1276 tal-21 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1276 tal-21 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/11119/2022/INIT
ĠU L 194, 21.7.2022, p. 11–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1276
tal-21 ta’ Lulju 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tkompli tikkundanna l-azzjonijiet u l-politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
Ir-reġim Sirjan jipprovdi appoġġ, inkluż appoġġ militari, għall-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li sitt individwi u entità waħda involuti fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Sirjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mat-truppi Russi, jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni u l-entità li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
‘‘1176. |
Muhammad AL-SALTI (Muhamad AL-SALTI, Akram Muhammad AL-SALTI, Muhammad SALTI) - محمد السلطي, أكرم السلطي, أكرم محمد السلطي, محمد |
Nazzjonalità: Sirjana Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-’’Armata għal-Liberazzjoni tal-Palestina’’ Sess: raġel |
Muhammad AL-SALTI huwa l-Kap Kmandant tal-“Armata għal-Liberazzjoni tal-Palestina”, involut fir-reklutaġġ tal-Palestinjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mar-Russja. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. |
21.7.2022 |
1177. |
Abu Hani SHAMMOUT (Abu Hani SHAMOUT, Abu SHAMMOUT, Hani SHAMMOUT) - أبو هاني شموط, أبو شموط, هاني شموط |
Sess: raġel |
Abu Hani SHAMMOUT huwa eks uffiċjal militari Sirjan u mexxej tal-fazzjoni ‘‘al-Ahdat al-Omariya’’, responsabbli, flimkien ma’ reklutaturi Russi, għar-reġistrazzjoni ta’ merċenarji Sirjani minn Yalda, Babila u Beit Sahem, fin-Nofsinhar ta’ Damasku, destinati li jiġġieldu għall-forzi Russi fil-Libja u fl-Ukrajna. Huwa ġie inkarigat direttament mill-Grupp Wagner biex jissorvelja r-reklutaġġ tal-veterani. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. |
21.7.2022 |
1178. |
Nabeul AL-ABDULLAH (Nabel AL-ABDULLAH, Nabel AL-ABDALLAH, Nabel ABDALLAH, Nabel ABDULLAH) - نابل عبدالله, نابل العبدالله |
Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Suqaylabiyah Sess: raġel |
Nabeul AL-ABDULLAH huwa l-kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Suqaylabiyah. Ilu jissorvelja r-reklutaġġ tal-merċenarji Sirjani biex jiġġieldu fl-Ukrajna flimkien mar-Russja sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. |
21.7.2022 |
1179. |
Simon AL WAKIL (Simon WAKIL, Simon Al WAQIL, Simon WAQIL, Simon AL WAKEEL, Simon WAKEEL) - سيمون الوكيل, سيمون |
Pożizzjoni: kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Maharda Sess: raġel |
Simon AL WAKIL huwa l-kmandant tal-Forzi tad-Difiża Nazzjonali fil-belt ta’ Maharda (Hama). Huwa jikkollabora direttament mal-kmand tal-forzi Russi fis-Sirja, u huwa rilej attiv tal-operazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni biex wieħed jiġġieled fl-Ukrajna flimkien mar-Russja. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. |
21.7.2022 |
1180. |
Fawaz Mikhail GERGES - فواز ميخائيل جرجس |
Pożizzjoni: negozjant, CEO ta’ Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Sess: raġel |
Fawaz Mikhail Gerges huwa d-direttur ta’ Al Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd, kumpannija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u l-iżgurar ta’ siti taż-żejt). Huwa responsabbli għar-reklutaġġ tal-merċenarji għall-benefiċċju tal-forzi Russi fil-Libja u fl-Ukrajna. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. |
21.7.2022 |
1181. |
Yasar Hussein IBRAHIM (Yassar Hussein IBRAHIM, Yassar IBRAHIM) - ياسر حسين ابراهيم |
Nazzjonalità: Sirjana Data tat-twelid: 9.4.1983 Post tat-twelid: Damasku Sess: raġel |
Yasar Hussein Ibrahim huwa l-koproprjetarju ta’ Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd, kumpannija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u l-iżgurar tas-siti taż-żejt). Il-kumpannija hija attiva fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Sirjani fil-Libja u fl-Ukrajna. Għalhekk Yasar Hussein Ibrahim huwa responsabbli biex jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. |
21.7.2022’’ |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“102. |
Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd (aka “ISIS Hunters”) - شركة الصياد لخدمات الحراسة والحماية |
Data tal-ħolqien: 2017 Kwartieri Ġenerali: AL Suqaylabiya (reġjun ta’ Hama) |
Al-Sayyad Company for Guarding and Protection Services Ltd hija kumpannija tas-sigurtà privata Sirjana stabbilita fl-2017 u ssorveljata mill-Grupp Wagner fis-Sirja, attiva fil-protezzjoni tal-interessi Russi (il-fosfati, il-gass u l-iżgurar tas-siti taż-żejt). Il-kumpannija, li topera bl-isem ‘‘ISIS Hunters’’, hija attiva fir-reklutaġġ ta’ merċinarji Sirjani għal-Libja u l-Ukrajna. Għalhekk, il-kumpannija hija responsabbli biex tappoġġa jew timplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. |
21.7.2022” |