EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0660

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/660 tal-21 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/6035/2022/INIT

ĠU L 120, 21.4.2022, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/660/oj

21.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/660

tal-21 ta’ April 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

L-Unjoni tkompli tikkundanna l-azzjonijiet u l-politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

(3)

Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżdiedu żewġ individwi mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għar-rwol tagħhom fl-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u talli jibbenefikaw minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“211.

Serhiy Vitaliyovich KURCHENKO

(Ukren: Сергiй Вiталiйович Курченко; Russu: Сергей Витальевич КУРЧЕНКО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 21.9.1985

Post tat-twelid: Kharkiv, l-Ukrajna

Nazzjonalità: Ukren

Is-Sur Serhiy Kurchenko huwa negozjant Ukren. Bl-appoġġ ta’ separatisti favur ir-Russja, ħa l-kontroll ta’ diversi impjanti kbar metallurġiċi, kimiċi u tal-enerġija fiż-żoni ta’ Donbas miżmuma mis-separatisti. Il-kumpannija tiegħu “Gaz-Alliance” kellha monopolju fl-estrazzjoni tal-faħam f’Donbas wara li l-kompetituri tagħha ġew imġiegħla joħorġu mis-suq, allegatament bl-għajnuna tar-Russja. Huwa organizza u bbenefika mill-iskema illegali ta’ esportazzjoni tal-faħam ta’ Donbas lejn ir-Russja u l-Ewropa minkejja s-sanzjonijiet tal-UE. Il-faħam estratt fil-minjieri tas-Sur Kurchenko ġie rreġistrat mill-ġdid u esportat illegalment permezz tal-portijiet Russi.

Is-Sur Kurchenko għen lil kumpanniji Russi kbar u lil azjendi tal-Istat jevitaw il-miżuri restrittivi tal-UE billi aġixxa bħala s-sottokuntrattur tagħhom fit-territorji miżmuma mir-Russja. Huwa kien intermedjarju fl-esportazzjonijiet Russi tal-gass, tal-fjuwil u tal-elettriku lejn il-partijiet ta’ Donbas miżmuma mis-separatisti, li saħħew il-provvisti indipendenti tagħhom tal-enerġija u dgħajfu l-integrazzjoni ekonomika tagħhom mal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa wassal fjuwil lejn il-Peniżola tal-Krimea okkupata illegalment. B’dan il-mod, huwa saħħaħ il-provvisti indipendenti tal-elettriku ta’ dan it-territorju. Huwa s-sid ukoll tal-akbar depożitu taż-żejt fil-Peniżola tal-Krimea.

B’hekk huwa bbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna, wettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna, u appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.4.2022

234.

Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN

(Евгений Викторович ПРИГОЖИН)

Data tat-twelid: 1.6.1961

Post tat-Twelid: Leningrad, eks USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa)

Funzjoni: negozjant prominenti, b’rabtiet mill-qrib mat-tmexxija politika Russa

Yevgeniy Prigozhin huwa negozjant prominenti Russu b’rabtiet mill-qrib mal-President Putin u l-Ministeru għad-Difiża Russu. Huwa l-finanzjatur u l-kap mhux uffiċjali ta’ Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja, responsabbli għall-iskjerament tal-merċenarji ta’ Wagner Group fl-Ukrajna.

Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpannija li Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, u grupp ta’ kumpanniji oħra b’rabtiet miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża Russu wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja.

21.4.2022”

Persuni assoċjati: Lyubov Valentinovna Prigozhina (konjuġi); Violetta Prigozhina (omm)

Entitajiet assoċjati: Wagner Group, Internet Research Agency, Concord company group, Concord Management and Consulting LLC, Megaline LLC

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Huwa għalhekk responsabbli għal azzjonijiet li dgħajfu u heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u implimentahom b’mod attiv. Hu bbenefika wkoll minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.


Top