EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0411

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411 tal-10 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/5952/2022/INIT

ĠU L 84, 11.3.2022, p. 28–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/411/oj

11.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/411

tal-10 ta’ Marzu 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fl-10 ta’ Settembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1470 (2), biex b’hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-dawl tat-tkomplija tal-ipperikolar jew theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(4)

Il-Kunsill irrieżamina d-deżinjazzjonijiet individwali indikati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Fuq il-bażi ta’ dak ir-rieżami, l-informazzjoni li tikkonċerna 37 individwu u sitt entitajiet jenħtieġ li tiġi emendata.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ Settembru 2022.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1470 tal-10 ta’ Settembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 321, 13.9.2021, p. 32).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“4.

Denis Valentinovich BEREZOVSKIY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ)

Denys Valentynovych BEREZOVSKYY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 15.7.1974

Post tat-twelid: Kharkiv, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna)

Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali Ukrena fl-1 ta’ Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, u b’hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015.

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Paċifiku tal-Federazzjoni Russa u Viċi Ammirall.

17.3.2014

8.

Sergey Pavlovych TSEKOV

(Сергей Павлович ЦЕКОВ)

Serhiy Pavlovych TSEKOV

(Сергiй Павлович ЦЕКОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 28.9.1953 jew 28.8.1953

Post tat-twelid: Simferopol, l-Ukrajna

Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma’ Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f’dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ mill-2014, maħtur mill-ġdid f’Settembru 2019. Membru tal-Kunsill tal-Kumitat Federali għall-Affarijiet Barranin.

17.3.2014

17.

Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK

(Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 30.7.1970

Post tat-twelid: San Pietruburgu (qabel kienet Leningrad), il-Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Appoġġa b’mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b’appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

Eks Viċi President u eks membru tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat għall-Affarijiet Internazzjonali.

Membru tal-Presidju tal-Kunsill Ġenerali tal-partit Russja Magħquda.

17.3.2014

19.

Aleksandr Viktorovich VITKO

(Александр Викторович ВИТКО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 13.9.1961

Post tat-twelid: Vitebsk, RSS Belarussa (illum il-Belarussja)

Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Eks Kap tal-Persunal u kien l-Ewwel Viċi Kap Kmandant tal-Forza Navali Russa.

17.3.2014

27.

Alexander Mihailovich NOSATOV

(Александр Михайлович НОСАТОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 27.3.1963

Post tat-twelid: Sevastopol, RSS Ukrena (illum l--Ukrajna)

Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Attwalment Ammirall, Kap tal-Persunal Ewlieni tal-Flotta Navali Russa.

21.3.2014

32.

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK

(Игорь Николаевич ТУРЧЕНЮК)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 5.12.1959

Post tat-twelid: Osh, RSS Kirgiża (illum il-Kirgiżistan)

Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea, annessa illegalment, (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment ‘milizzji lokali għall-awtodifiża’). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar.

Kap tad-Distrett tan-Nofsinhar tal-Gwardja Nazzjonali Russa.

21.3.2014

37.

Sergei Ivanovich MENYAILO

(Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 22.8.1960

Post tat-twelid: Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR (illum il-Federazzjoni Russa)

Eks Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta’ Sevastopol.

Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana mid-19 ta’ Settembru 2021.

29.4.2014

38.

Olga Fyodorovna KOVITIDI

(Ольга Фёдоровна КОВИТИДИ)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 7.5.1962

Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)

Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ annessa mill-2014, maħtura mill-ġdid fl-2019.

Membru tal-Kumitat tal-Kunsill Federali dwar il-Leġiżlazzjoni Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat.

29.4.2014

50.

Vladimir Anatolievich SHAMANOV

(Владимир Анатольевич ШАМАНОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 15.2.1957

Post tat-twelid: Barnaul, il-Federazzjoni Russa

Eks Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta’ awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

Eks President tal-Kumitat ta’ Difiża tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Membru tad-Duma tal-Istat, Kumitat għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili.

12.5.2014

60.

Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

(Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 18.3.1980

Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta’ Voroshilovgrad, RSS Ukrena jew Yevpatoria, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment.

Eks Prosekutriċi tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Implimentat b’mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

Eks Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Internazzjonali, membru tal-Kummissjoni dwar l-investigazzjoni tal-interferenza barranija fl-affarijiet interni tal-Federazzjoni Russa, membru tal-Kumitat għas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Għandha pożizzjoni ta’ Ambaxxatriċi fil-korpi diplomatiċi tal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

62.

Aleksandr Yurevich BORODAI

(Александр Юрьевич БОРОДАЙ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 25.7.1972

Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ (eż. fit-8 ta’ Lulju 2014 iddikjara li ‘l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-“faxxisti” Ukreni’), firmatarju tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-‘unjoni ta’ Novorossiya’. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti; imexxi l-‘Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbas’.

President tal-Bord tal-Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbass. Involut b’mod attiv fir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-‘voluntiera’ mibgħuta jiġġieldu f’Donbas.

Membru tad-Duma tal-Istat minn Settembru 2021. F’Ottubru 2021 iddikjara li l-forzi separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna huma ‘forzi Russi’.

12.7.2014

65.

Alexander KHRYAKOV

Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV

(Александр Витальевич ХРЯКОВ)

Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV

(Олександр Вiталiйович ХРЯКОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 6.11.1958

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ eks ‘Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-Kumitat dwar il-Baġit, il-Finanzi u l-Politika Ekonomika tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Għadu attiv fl-appoġġ tal-azzjonijiet separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna.

12.7.2014

66.

Marat Faatovich BASHIROV

(Марат Фаатович БАШИРОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 20.1.1964

Post tat-twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa

L-hekk imsejjaħ eks ‘Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’, ikkonfermat fit-8 ta’ Lulju 2014.

Responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’.

Attwalment xjentist politiku fl-Istitut tal-Ġestjoni tal-Komunikazzjoni u Direttur taċ-Ċentru għall-Istudju tal-Problemi tar-Reġimi Internazzjonali ta’ Sanzjonijiet.

Ikompli b’attivitajiet ta’ appoġġ għal strutturi separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’.

12.7.2014

77.

Boris Vyacheslavovich GRYZLOV

(Борис Вячеславович ГРЫЗЛОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 15.12.1950

Post tat-twelid: Vladivostok, il-Federazzjoni Russa

Eks membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Huwa għadu president tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda u rappreżentant plenipotenzjarju tal-Federazzjoni Russa fil-Grupp ta’ Kuntatt dwar is-soluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-intrapriża tal-Istat Tactical Missiles Corporation JSC.

25.7.2014

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV

(Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 10.7.1981

Post tat-twelid: Kuibyshev (Samara), il-Federazzjoni Russa

Eks Membru tad-Duma tal-Istat.

Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-‘ambaxxata de facto’ tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ f’Moska, jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Eks President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Mid-19 ta’ Settembru 2021, Gvernatur ta’ Khabarovsk Krai.

Mis-6 ta’ Frar 2021, Koordinatur tal-fergħa reġjonali tal-Partit Demokratiku Liberali tar-Russja.

25.7.2014

84.

Fyodor Dmitrievich BEREZIN

(Фëдор Дмитриевич БЕРЕЗИН)

Fedir Dmytrovych BEREZIN

(Федiр Дмитрович БЕРЕЗIН)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 7.2.1960

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ eks ‘viċi Ministru għad-difiża’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Huwa assoċjat ma’ Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti. Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. President attwali tal-Bord tal-Unjoni tal-Kittieba tad-DNR.

25.7.2014

98.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO

(Мирослав Владимирович РУДЕНКО)

Myroslav Volodymyrovych RUDENKO

(Мирослав Володимирович РУДЕНКО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 21.1.1983

Post tat-twelid: Debaltsevo, l-Ukrajna

Assoċjat mal-‘Milizzja tal-Poplu ta’ Donbass’. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-Kumitat dwar l-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’.

12.9.2014

108.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

(Владимир Абдуалиевич ВАСИЛЬЕВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 11.8.1949

Post tat-twelid: Klin, Reġjun ta’ Moska, Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali ‘dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol’.

Eks kap tar-Repubblika ta’ Dagestan. Eks Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa.

Membru tad-Duma tal-Istat u mexxej tal-fazzjoni Russja Magħquda fid-Duma tal-Istat.

12.9.2014

114.

Igor Vladimirovich LEBEDEV

(Игорь Владимирович ЛЕБЕДЕВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 27.9.1972

Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali ‘dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol’.

12.9.2014

119.

Alexander Mikhailovich BABAKOV

(Aлександр Михайлович БАБАКОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 8.2.1963

Post tat-twelid: Chisinau, RSS Moldovana (illum ir-Repubblika tal-Moldova)

Eks membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Membru tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin. Huwa membru prominenti ta’ ‘Russja Magħquda’ u negozjant b’investimenti kbar fl-Ukrajna u fil-Krimea.

Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali ‘dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol’.

Wara l-amalgamazzjoni tal-partiti politiċi – ‘Russja Ġusta’, ‘Għall-Verità’, u ‘Patrijotti tar-Russja’, Babakov sar is-Segretarju tal-Presidju tal-Kunsill Ċentrali tal-entità amalgamata.

Membru tad-Duma tal-Istat, membru tal-Kummissjonijiet dwar l-Enerġija, l-appoġġ għall-SMEs, l-Affarijiet tal-Commonwealth tal-Istati Indipendenti (CIS), l-integrazzjoni Ewro-Asjatika u l-appoġġ għall-kompatrijotti.

12.9.2014

121.

Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV)

(Олег Константинович АКИМОВ)

Oleh Kostiantynovych AKIMOV

(Олег Костянтинович АКIМОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 15.9.1981

Post tat-twelid: Luhansk, l-Ukrajna

Deputat tal-‘Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk’ fil-‘Kunsill Nazzjonali’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ tal-hekk imsejjaħ ‘Kap’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. Dawn l-‘elezzjonijiet’ kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Eks ‘Kap’ tal-hekk imsejħa ‘Federazzjoni tat-Trade Unions’. Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. President attwali tal-Bord tal-Organizzazzjoni Pubblika Interreġjonali ‘Unjoni tal-Komunitajiet ta’ Lugansk’, rappreżentant tal-Kumitat ta’ Integrazzjoni ‘Russja-Donbass’.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-‘elezzjonijiet’ illegali, huwa appoġġa għaldaqstant b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Jappoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

29.11.2014

131.

Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV)

(Евгений Вячеславович ОРЛОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 10.5.1980 jew 21.10.1983

Post tat-twelid: Snezhnoye, oblast ta’ Donetsk, l-Ukrajna

г. Снежное, Донецкой области, Украина

Eks membru tal-‘Kunsill Nazzjonali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Eks president tal-moviment pubbliku ‘Donbass Ħieles’.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.

Eks Viċi President tal-Kumitat dwar l-Industrija u l-Kummerċ tal-Assemblea Nazzjonali tad-DPR.

29.11.2014

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN

(Эдуард Александрович БАСУРИН)

Eduard Oleksandrovych BASURIN

(Едуард Олександрович БАСУРIН)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 27.6.1966

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

Kelliem u Viċi Kap tal-‘Milizzja tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.

Viċi Kap u rappreżentant uffiċjali tad-‘Dipartiment tal-Milizzja tal-Poplu tad-DPR’.

16.2.2015

140.

Sergey Yurevich KUZOVLEV (magħruf ukoll bħala IGNATOV, TAMBOV)

(КУЗОВЛЕВ Сергей Юрьевич (magħruf ukoll bħala Сергей; ИГНАТОВ, ТAMБOB))

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 7.1.1967

Post tat-twelid: Michurinsk, oblast ta’ Tambov, Federazzjoni Russa

Мичуринск, Тамбовская область, Российская Федерация

L-hekk imsejjaħ eks Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna.

Eks Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu.

16.2.2015

149.

Andrei Valeryevich KARTAPOLOV

(Андрей Валерьевич КАРТAПOЛOВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 9.11.1963

Post tat-twelid: l-eks Repubblika Demokratika tal-Ġermanja

Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b’mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa kien involut b’mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Eks Viċi Ministru għad-Difiża.

Membru tad-Duma tal-Istat mid-19 ta’ Settembru 2021.

16.2.2015

152.

Ruslan Ismailovich BALBEK

(Руслан Исмаилович БАЛЬБЕК)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 28.8.1977

Post tat-twelid: Bekabad, RSS tal-Użbekistan (illum l-Użbekistan)

Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment.

Eks Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi.

Fl-2014, Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ u ħadem f’din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b’midalja ‘Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea’. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fergħa tal-Krimea) u f’artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta’ Lulju 2016.

9.11.2016

154.

Dmitry Anatolievich BELIK

(Дмитрий Анатольевич БЕЛИК)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 17.10.1969

Post tat-twelid: Kular, id-distrett Ust-Yansky, RSS awtonoma ta’ Yakut (illum il-Federazzjoni Russa)

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta’ Sevastopol li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar l-affarijiet internazzjonali.

Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta’ Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ ‘Sindku tal-Poplu’ Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit web personali tiegħu u f’intervista ppubblikata fil-21 ta’ Frar 2016 fuq is-sit web nation-news.ru.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ ‘Mertu lejn il-Patrija – it-tieni grad’.

9.11.2016

155.

Andrei Dmitrievich KOZENKO

(Андрей Дмитриевич КОЗЕНКО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 3.8.1981

Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)

Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment.

Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.

F’Marzu 2014, Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f’intervista ppubblikata fis-sit web gazetakrimea.ru fit-12 ta’ Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta’ annessjoni ġie ppremjat b’midalja ‘Għad-difiża tar-“Repubblika tal-Krimea”’ mill-‘awtoritajiet’ lokali.

9.11.2016

156.

Svetlana Borisovna SAVCHENKO

(Светлана Борисовна САВЧЕНКО)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 24.6.1965

Post tat-twelid: Belogorsk, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)

Eks Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment.

Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura.

Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ sa mill-2012 u minn Marzu 2014 appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F’Settembru 2014, Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f’għadd ta’ okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta’ April 2016 u l-20 ta’ Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-Istat Russu ‘Għal servizzi lill-art tat-twelid’– grad II fl-2014 u bl-ordni ‘Għal-lealtà għad-dmir’ mill-‘awtoritajiet’ tar-‘Repubblika tal-Krimea’ fl-2015.

9.11.2016

157.

Pavel Valentinovich SHPEROV

(Павел Валентинович ШПЕРОВ)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 4.7.1971

Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna)

Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment.

Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma għall-Affarijiet tas-CIS, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u r-Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti.

F’Settembru 2014, Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’.

Huwa pubblikament ammetta, inkluż f’intervista ppubblikata fuq is-sit web ldpr-rk.ru fit-3 ta’ Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b’mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola.

9.11.2016

162.

Inna Nikolayevna GUZEYEVA

(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

Inna Nikolayevna GUZEEVA

(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

Inna Mykolayivna HUZIEIEVA

(Iнна Миколаївна ГУЗЄЄВА)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 20.5.1971

Post tat-twelid: il-Krimea, l-Ukrajna

Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

163.

Natalya Ivanovna BEZRUCHENKO/Natalia Ivanovna BEZRUCHENKO

(Наталья Ивановна БЕЗРУЧЕНКО)

Nataliya Ivanivna BEZRUCHENKO

(Наталiя Iванiвна БЕЗРУЧЕНКО)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 22.8.1979

Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

167.

Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA

(Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА)

Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA

(Ольга Валерiївна ПОЗДНЯКОВА)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 30.3.1982

Post tat-twelid: Shakhty, Oblast ta’ Rostov, USSR (illum il-Federazzjoni Russa)

Eks ‘President’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’, u b’hekk appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Eks Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fl-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ ‘Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’.

10.12.2018

183.

Aleksandr Vladimirovich DVORNIKOV

(Александр Владимирович ДВОРНИКОВ)

Ġeneru: maskil; Data tat-twelid: 22.8.1961

Post tat-twelid: Ussuriysk, Primorskiy Krai, Federazzjoni Russa

Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi, Kurunell Ġenerali u responsabbli għall-forzi militari fir-reġjun, inkluż il-Krimea u Sevastopol annessi illegalment. F’dan ir-rwol, kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed u forzi militari oħra tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta’ Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov, u li b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

184.

Sergei Andreevich DANILENKO

(Сергей Андреевич ДАНИЛЕНКО)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 14.3.1960

Post tat-twelid: Krasnodar, USSR (illum il-Federazzjoni Russa)

Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’dik il-kapaċità, huwa pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

185.

Lidia Aleksandrovna BASOVA

(Лидия Александровна БАСОВА)

Lidiya Oleksandrivna BASOVA

(Лiдiя Олександрiвна БАСОВА)

Ġeneru: femminil

Data tat-twelid: 1972

Eks Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.1.2020

192.

Leonid Kronidovich RYZHENKIN

(Леонид Кронидович РЫЖЕНЬКИН)

Ġeneru: maskil

Data tat-twelid: 10.11.1967

Post tat-twelid: mhux magħruf

Numru tal-passaport: 722706177 (fl-2015)

Eks viċi direttur ġenerali għall-proġetti ta’ infrastruttura fi Stroigazmontazh (SGM), li mill-2015 issorvelja l-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch (inkluż il-parti ferrovjarja tal-pont) li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020”

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Chernomorneftegaz’

(qabel kienet magħrufa bħala PJSC ‘Chernomorneftegaz’)

Prospekt Kirov 52, Simferopol, Crimea, Ukraine 295000

пр. Кирова 52, г. Симферополь, Крым, Украина 295000

Nru tat-telefon:

+ 7 (3652) 66-70-00

+ 7 (3652) 66-78-00

http://gas.crimea.ru/

office@chernomorneftegaz.ru

Numru ta’ reġistrazzjoni: 1149102099717

Fis-17 ta’ Marzu 2014 il-‘Parlament tal-Krimea’ adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f’isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fid-29 ta’ Novembru 2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Chernomorneftegaz’ (Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Черноморнефтегаз’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Fjuwil u l-Enerġija tar-‘Repubblika tal-Krimea’ (Министерство топлива и энергетики ‘Республики Крым’).

12.5.2014

19.

Istituzzjoni tal-baġit tal-Istat Federali għax-xjenza u r-riċerka ‘Istituzzjoni nazzjonali ta’ riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid, l-Akkademja tax-Xjenzi Russa “Magarach”’

Федеральное государственное бюджетное учреждение науки ‘Всероссийский национальный научно-исследовательский институт виноградарства и виноделия “Магарач” РАН’

(Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’”

Qabel kienet magħrufa bħala “Intrapriża statali ‘Magarach’ tal-istitut nazzjonali tal-inbid”“Государственное предприятие Агрофирма ‘Магарач’ Национального института винограда и вина ‘Магарач”

Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”)

298600, Kirov Street 31, Yalta, Crimea, Ukraine

298600, ул. Кирова, 31, г. Ялта, Крым, Украина

priemnaya@magarach-institut.ru

www.magarach-institut.ru

+ 7(3654) 32-05-91

Numru tar-reġistrazzjoni: 1159102130857

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014 il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni Nru 1991 6/14 ‘Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-“Repubblika tal-Krimea”’ tas-26 ta’ Marzu 2014 u Nru 1836 6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li tinsab fit-territorju tar-“Repubblika tal-Krimea”’ fejn ġiet iddikjarata l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lill-entità statali ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Agrofirma “Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”’ f’isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea.

Reġistrata mill-ġdid fil-15 ta’ Jannar 2015 bħala ‘Istituzzjoni Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” l-Istitut Nazzjonali tal-Inbid “Magarach”’.

(Государственное бюджетное учреждение ‘Республики Крым’‘Национальный научно исследовательский институт винограда и вина “Магарач”’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Agrikoltura tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство сельского хозяйства ‘Республики Крым’).

Fid-9 ta’ Frar 2015, l-Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-‘Istitut Nazzjonali tal-Inbid “Magarach”’ ġie ttrasformat f’faċilità xjentifika Baġitarja Federali ‘Istitut ta’ riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid “Magarach”’, fi ħdan l-Akkademja Russa tax-Xjenzi.

25.7.2014

20.

Kumpannija b’ishma konġunti ‘Impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’

Aкционерное общество ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’

Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża statali unitarja tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-‘Impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’

Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Завод шампанских вин ‘Новый Свет’’

Gosudarstvennoye unitarnoye predpriyatiye Respubliki Krym ‘Zavod shampanskykh vin “Novy Svet”’ u bħala ‘Intrapriża statali impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’

Государственное предприятие Завод шампанских вин ‘Новый свет’ (Gosudarstvenoye predpriyatiye Zavod shampanskykh vin ‘Novy Svet’)

298032, Crimea, Sudak, Novy Svet, str. Shalapina 1.

298032, Крым, г. Судак, пгт. Судак, пгт. Новый Свет, ул. 1

+ 7-(365) 663-35-00

+7-(365) 663-35-22

+7-978-914- 00-10

http://nsvet-crimea.ru/

Numru tar-reġistrazzjoni: 1179102021460

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014, il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta d-deċiżjoni Nru 1991-6/14 ‘Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-“Repubblika tal-Krimea”’ tas-26 ta’ Marzu 2014, u Nru 1836-6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li tinsab fit-territorju tar-“Repubblika tal-Krimea”’ fejn ġiet iddikjarata l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu għall-intrapriża tal-istat ‘Zavod shampanskykh vin Novy Svet’ f’isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’.

L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fl-4 ta’ Jannar 2015 bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’ (Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Agrikoltura tar-‘Repubblika tal-Krimea’ (Министерство сельского хозяйства Республики Крым)

Reġistrata mill-ġdid wara r-riorganizzazzjoni fid-29 ta’ Awwissu 2017 bħala Kumpannija b’ishma konġunti Impjant tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’ (Aкционерное общество ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’). Fundatur: il-Ministeru għar-Regolamenti dwar l-Art u l-Proprjetà tar-‘Repubblika tal-Krimea’ (Министерство земельных и имущественных отношений Республики Крым).

25.7.2014

25.

Il-moviment pubbliku ‘Paċi għar-Reġjun ta’ Luhansk’ (Mir Luganschine) Общественное движение ‘Мир Луганщине’

https://mir-lug.info/

Indirizz: Karl Marx Street 7, Luhansk, Ukraine

улица Карла Маркса, 7, г. Луганск, Украина

info@mir-lug.info

‘Organizzazzjoni’ pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’ fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-‘elezzjonijiet’ huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Mis-17 ta’ Frar 2018, il-president tal-organizzazzjoni huwa Leonid PASECHNIK u għalhekk hi assoċjata ma’ persuna ddeżinjata mill-Kunsill.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-‘elezzjonijiet’ illegali, hi għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna.

29.11.2014

26.

Moviment pubbliku ‘Donbass Ħieles’ (magħruf ukoll bħala ‘Donbas Ħieles’, ‘Svobodny Donbass’) Общественное движение ‘Свободньιй Донбасс’

http://www.odsd.ru/

https://xn--d1aa2an.xn--p1ai/

Indirizz:

102, Khmelnitsky Ave., Donetsk (office 512)

Донецк, пр. Б.Хмельницкого, 102, офис 512

press-odsd@yandex.ru

‘Organizzazzjoni’ pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-elezzjonijiet huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-‘elezzjonijiet’ illegali, hija għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna.

29.11.2014

33.

Brigata Prizrak

Бригада ‘Призрак’

Indirizz: District 50 Year of the USSR, 18; c. of Kirovsk

https://vk.com/battalionprizrak

mail@prizrak.info

+ 38 (072) 199-86-39

Grupp separatist armat li appoġġa b’mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ ‘It-tieni Korp tal-Armata’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Lugansk’.

Jissejjaħ ukoll l-14-il Battaljun Motorizzat tal-Azzarini.

Parti mill-hekk imsejħa Milizzja tal-Poplu tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’.

16.2.2015”


Top