Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R2204

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2204 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fir-rigward tas-sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/8924

ĠU L 446, 14.12.2021, p. 34–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2204/oj

14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 446/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2204

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fir-rigward tas-sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu għall-forniment lill-pubbliku ġenerali ta’ sustanzi li huma kklassifikati bħala sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategoriji 1 A jew 1B, u elenkati fl-Appendiċijiet 1 sa 6 ta’ dak l-Anness, u ta’ taħlitiet li jkun fihom sustanzi bħal dawn f’konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk speċifikati.

(2)

Is-sustanzi kklassifikati bħala CMR huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

L-Appendiċijiet 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2096 (3), għadhom ma jirriflettux il-klassifikazzjonijiet il-ġodda tas-sustanzi bħala CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif emendat bir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2020/1182 (4) u (UE) 2021/849 (5). Għalhekk jixraq li s-sustanzi CMR tal-kategoriji 1 A jew 1B elenkati fir-Regolamenti Delegati (UE) 2020/1182 u (UE) 2021/849 li għadhom kif ġew ikklassifikati jiżdiedu fl-Appendiċijiet 2, 4 u 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(4)

Il-klassifikazzjoni tas-sustanzi elenkati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/1182 se japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2022. Ir-restrizzjoni introdotta b’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ sustanzi kklassifikati bħala CMR tal-kategorija 1 A jew 1B bir-Regolament (UE) 2020/1182 għalhekk jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Marzu 2022. Id-data tal-applikazzjoni ma twaqqafx lill-operaturi milli japplikaw ir-restrizzjonijiet relatati mas-sustanzi CMR tal-kategorija 1 A jew 1B ikklassifikati skont ir-Regolament (UE) 2020/1182 iktar kmieni.

(5)

Il-klassifikazzjoni tas-sustanzi elenkati fir-Regolament Delegat (UE) 2021/849 se japplikaw mis-17 ta’ Diċembru 2022. Ir-restrizzjoni introdotta b’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ sustanzi kklassifikati bħala CMR tal-kategorija 1 A jew 1B bir-Regolament Delegat (UE) 2021/849 għalhekk jenħtieġ li tapplika mis-17 ta’ Diċembru 2022. Id-data tal-applikazzjoni ma twaqqafx lill-operaturi milli japplikaw ir-restrizzjonijiet relatati mas-sustanzi CMR tal-kategorija 1 A jew 1B ikklassifikati skont ir-Regolament Delegat (UE) 2021/849 iktar kmieni.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness għandu japplika kif ġej:

ir-ringieli li jikkonċernaw il-fibri tal-karbur tas-siliċju (b’dijametru < 3 μm, b’tul > 5 μm u bi proporzjon tal-aspett ≥ 3:1), dibenżo[def,p]krisen; dibenżo[a,l]piren, m-bis(2,3-epossipropossi)benżen; etere tad-digliċidil tar-resorċinol, 2,2-bis(bromometil)propan-1,3-diol, sodju N-(idrossimetil)gliċinat; [formaldeid rilaxxat mis-sodju N-(idrossimetil)gliċinat], ossimu tal-butanon; ketossimu tal-metil tal-etil; ossimu tal-keton tal-metil tal-etil u N-(idrossimetil)akrilammid; metilolakrilammid; [NMA] għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2022,

ir-ringieli li jikkonċernaw it-tetrafluworoetilen, 1,4-diossan u 7-ossa-3-ossiranilbiċiklo[4.1.0]ettan; 1,2-epossi-4-epossietilċikloeżan; Id-diepossidu ta’ 4-vinilċikloeżen għandu japplika mis-17 ta’ Diċembru 2022.

Il-punt (2) tal-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2022.

Il-punt (3) tal-Anness għandu japplika kif ġej:

ir-ringieli li jikkonċernaw it-tris(2-metossietossi)vinilsilan; 6-(2-metossietossi)-6-vinil-2,5,7,10-tetraossa-6-silaundekan, diklorodiottilstannan, dilawurat tad-diottiltin; derivati ta’ [1] stannan, diottil-, bis(koko aċilossi) [2], ipkonażol (ISO); (1RS,2SR,5RS;1RS,2SR,5SR)-2-(4-klorobenżil)-5-isopropil-1-(1H-1,2,4-triażol-1-ilmetil)ċiklopentanol, bis(2-(2-metossietossi)etil)etere; tetraglim, 2-(4-tert-butilbenżil)propionaldeid, ftalat tad-diisoottil, akrilat ta’ 2-metossietil, żingu piritijon; (T-4)-bis[1-(idrossi-.kappa.O)piridina-2(1H)-tijonato-.kappa.S]żingu, fluworokloridon (ISO); 3-kloro-4-(klorometil)-1-[3-(trifluworometil)fenil]pirrolidin-2-on u perossidu ta’ bis (α,α-dimetilbenżil) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2022,

ir-ringieli li jikkonċernaw il-mankożeb (ISO); kumpless (polimeriku) tal-etilenebis(ditijokarbamat) tal-manganiż bil-melħ taż-żingu, 7-ossa-3-osiranilbiċiklo[4.1.0]ettan; 1,2-epossi-4-epossietilċikloeżan; diepossidu ta’ 4-vinilċikloeżen, 6,6’-di-tert-butil-2,2’-metilenedi-p-kresol; [DBMC], dimethomorph (ISO); (E,Z)-4-(3-(4-klorofenil)-3-(3,4-dimetossifenil)akriloil)morfolin, 1,2,4-triażol u 3-metilpirażol għandhom japplikaw mis-17 ta’ Diċembru 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2096 tal-15 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fir-rigward ta’ sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tagħmir kopert mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, inkwinanti organiċi persistenti, ċerti sustanzi jew taħlitiet likwidi, nonilfenol u metodi ta’ ttestjar għall-ażokoloranti (ĠU L 425, 16.12.2020, p. 3).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1182 tad-19 ta’ Mejju 2020 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet (ĠU L 261, 11.8.2020, p. 2).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/849 tal-11 ta’ Marzu 2021 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet (ĠU L 188, 28.5.2021, p. 27).


ANNESS

L-Anness XVII huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Appendiċi 2, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

Sustanzi

Nru tal-Indiċi

Nru KE

Nru CAS

Noti

“fibri tal-karbur tas-siliċju (b’dijametru < 3 μm, b’tul > 5 μm u bi proporzjon tal-aspett ≥ 3:1)

014-048-00-5

206-991-8

409-21-2

308076-74-6”

 

“dibenżo[def,p]krisen; dibenżo[a,l]piren

601-092-00-0

205-886-4

191-30-0”

 

“tetrafluworoetilen

602-110-00-X

204-126-9

116-14-3”

 

“1,4-diossan

603-024-00-5

204-661-8

123-91-1”

 

m-bis(2,3-epossipropossi)benżen; etere tad-digliċidil tar-resorċinol

603-065-00-9

202-987-5

101-90-6”

 

“7-ossa-3-ossiranilbiċiklo[4.1.0]ettan; 1,2-epossi-4-epossietilċikloeżan; diepossidu ta’ 4-vinilċikloeżen

603-066-00-4

203-437-7

106-87-6”

 

“2,2-bis(bromometil)propan-1,3-diol

603-240-00-X

221-967-7

3296-90-0”

 

“sodju N-(idrossimetil)gliċinat; [formaldeid rilaxxat mis-sodju N-(idrossimetil)gliċinat]

607-746-00-1

274-357-8

70161-44-3”

 

“ossimu tal-butanon; ketossimu tal-metil tal-etil; ossimu tal-keton tal-metil tal-etil

616-014-00-0

202-496-6

96-29-7”

 

N-(idrossimetil)akrilammid; metilolakrilammid; [NMA]

616-230-00-5

213-103-2

924-42-5”;

 

(2)

Fl-Appendiċi 4, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

Sustanzi

Nru tal-Indiċi

Nru KE

Nru CAS

Noti

“2,2-bis(bromometil)propan-1,3-diol

603-240-00-X

221-967-7

3296-90-0”

 

N-(idrossimetil)akrilammid; metilolakrilammid; [NMA]

616-230-00-5

213-103-2

924-42-5”;

 

(3)

Fl-Appendiċi 6, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

Sustanzi

Nru tal-Indiċi

Nru KE

Nru CAS

Noti

“mankożeb (ISO); kumpless (polimeriku) tal-etilenebis(ditijokarbamat) tal-manganiż bil-melħ taż-żingu

006-076-00-1

-

8018-01-7”

 

“tris(2-metossietossi)vinilsilan; 6-(2-metossietossi)-6-vinil-2,5,7,10-tetraossa-6-silaundekan

014-050-00-6

213-934-0

1067-53-4”

 

“diklorodiottilstannan

050-021-00-4

222-583-2

3542-36-7”

 

“dilawrat tad-diottiltin; [1]

derivati ta’ stannan, diottil-, bis(koko aċilossi) [2]

050-031-00-9

222-883-3 [1]

293-901-5 [2]

3648-18-8 [1]

91648-39-4 [2]”

 

“7-ossa-3-ossiranilbiċiklo[4.1.0]ettan; 1,2-epossi-4-epossietilċikloeżan; 4-vinilċikloeżen diepossidu

603-066-00-4

203-437-7

106-87-6”

 

“ipkonażol (ISO); (1RS,2SR,5RS;1RS,2SR,5SR)-2-(4-klorobenżil)-5-isopropil-1-(1H-1,2,4-triażol-1-ilmetil)ċiklopentanol

603-237-00-3

-

125225-28-7

115850-69-6

115937-89-8”

 

“bis(2-(2-metossietossi)etil)etere; tetraglim

603-238-00-9

205-594-7

143-24-8”

 

“6,6’-di-tert-butil-2,2’-metilenedi-p-kresol; [DBMC]

604-095-00-5

204-327-1

119-47-1”

 

“2-(4-tert-butilbenżil)propionaldeid

605-041-00-3

201-289-8

80-54-6”

 

“ftalat tad-diisoottil

607-740-00-9

248-523-5

27554-26-3”

 

“akrilat ta’ 2-metossietil

607-744-00-0

221-499-3

3121-61-7”

 

“dimethomorph (ISO); (E,Z)-4-(3-(4-klorofenil)-3-(3,4-dimetossifenil)akriloil)morfolina

613-102-00-0

404-200-2

110488-70-5”

 

“1,2,4-triażol

613-111-00-X

206-022-9

288-88-0”

 

“żingu piritijon; (T-4)-bis[1-(idrossi-.kappa.O)piridina-2(1H)-tijonato-.kappa.S]żingu

613-333-00-7

236-671-3

13463-41-7”

 

“flurokloridon (ISO); 3-kloro-4-(klorometil)-1-[3-(trifluworometil)fenil]pirrolidin-2-on

613-334-00-2

262-661-3

61213-25-0”

 

“3-metilpirażol

613-339-00-X

215-925-7

1453-58-3”

 

“perossidu ta’ bis(α,α-dimetilbenżil)

617-006-00-X

201-279-3

80-43-3”

 


Top