Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1791

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1791 tal-11 ta’ Ottubru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/12268/2021/INIT

    ĠU L 359I, 11.10.2021, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1791/oj

    11.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 359/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1791

    tal-11 ta’ Ottubru 2021

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    L-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa.

    (3)

    Mill-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta’ Sevastopol ’il hawn, il-Federazzjoni Russa ilha tagħmel sforzi kontinwi biex dawk it-territorji okkupati jiġu soġġetti għall-governanza tagħha. B’mod partikolari, il-Federazzjoni Russa tuża s-setgħat tal-ġudikatura tagħha biex toppressa l-opponenti tal-annessjoni illegali tagħha tal-Krimea u Sevastopol.

    (4)

    Diversi mħallfin, prosekuturi u uffiċjali tas-sigurtà huma responsabbli għall-infurzar tal-liġi Russa fil-Krimea u Sevastopol okkupati illegalment. Dawk il-persuni kienu qed jieħdu deċiżjonijiet preġudikati f’diversi proċedimenti kriminali politikament motivati jew iħarrku attivisti favur l-Ukrajna jew jintensifikaw il-kampanja ta’ oppressjoni kontra l-opponenti tal-annessjoni illegali.

    (5)

    Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu tmien individwi mal-lista’ ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għar-rwol tagħhom fl-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    (6)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PODGORŠEK


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

     

    Isem

    Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “193.

    Mikhail Nikolaevich BELOUSOV

    (Михаил Николаевич Белоусов)

    Sess: Raġel;

    Data tat-twelid: 26.11.1964;

    Post tat-twelid: ir-Russja;

    Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea);

    Indirizz: 117 Balaklavs’ka St, App 48, Simferopol, Crimea, Ukraine

    Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta’ Kievskiy f’Simferopol.

    Huwa ħa għadd ta’ deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    11.10.2021

    194.

    Andrey Nikolaevich DOLGOPOLOV

    (Андрей Николаевич Долгополов)

    Sess: Raġel

    Data tat-twelid: 15.2.1959

    Post tat-twelid: il-Kirgiżistan;

    Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

    Indirizz: 82 Peremohy Ave, App. 343, Simferopol, Crimea, Ukraine.

    President tal-Qorti Distrettwali ta’ Kievskiy f’Simferopol.

    Huwa ħa għadd ta’ deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol.Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    11.10.2021

    195.

    Yevgeniy Sergeevich KOLPIKOV

    (Евгений Сергеевич КОЛПИКОВ)

    Sess: Raġel

    Data tat-twelid: 6.5.1974.

    Post tat-twelid: Beryozovskaya, id-Distrett ta’ Danilovsky, Oblast ta’ Volgograd, ir-Russja;

    Nazzjonalità: Russa;

    Indirizz: Military Prosecutor’s Office of the Southern Military District of the Russian Federation. Pushkinskaya Ulitsa, 72А, Rostov, Rostov Oblast, Russia, 344022

    Tel. (+ 7) 8863263-04-67, (+ 7) 8863282-79-68

    Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Federazzjoni Russa f’Rostov-on-Don.

    Huwa ħarrek lill-attivisti favur l-Ukrajna oppressi minħabba li opponew l-annessjoni tal-Peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa. Huwa ressaq akkużi quddiem qorti fil-Federazzjoni Russa kontra ċ-ċittadini Ukreni li kienu ġew trasferiti bil-forza mill-Peniżola okkupata tal-Krimea. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    11.10.2021

    196.

    Magomed Farmanovich MAGOMEDOV

    (Магомед Фарманович Магомедов)

    Sess: Raġel;

    Data tat-twelid: 5.2.1981

    Investigatur ta’ każijiet speċjali fl-Ewwel Dipartiment tal-Investigazzjoni, Direttorat għall-Investigazzjoni ta’ Każijiet Partikularment Importanti tad-Dipartiment Prinċipali tal-Investigazzjoni tal-Kumitat Investigattiv tar-Russja għar-Repubblika tal-Krimea u l-belt ta’ Sevastopol.

    Huwa kien involut f’investigazzjonijiet kriminali politikament motivati kontra l-mexxejja tal-Mejlis tal-Poplu Tatar tal-Krimea mħarrka minħabba l-oppożizzjoni attiva tagħhom għall-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    11.10.2021

    197.

    Leonid Vladimirovich MIKHAILIUK

    (Леонид Владимирович МИХАЙЛЮК)

    Sess: Raġel

    Data tat-twelid: 1.1.1970 JEW 8.7.1963

    Nazzjonalità: Russa;

    Indirizz (Xogħol): 295034, Simferopol, 13 I. Franko blvd., Crimea, Ukraine

    Kap tas-Servizz tas-Sigurtà Federali (FSB) fil-Krimea u Sevastopol u tal-Kumitat reġjonali Kontra t-Terroriżmu.

    Mexxa l-forzi tal-FSB, li intensifikaw il-kampanja ta’ oppressjoni kontra l-opponenti tal-okkupazzjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa. Uħud mill-attivisti favur l-Ukrajna detenuti mill-unitajiet tal-FSB taħt il-kmand tiegħu ġew trasferiti bil-forza lejn Krasnodar u Rostov-on-Don fir-Russja. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    11.10.2021

    198.

    Viktor Anatolyevich MOZHELIANSKIY (Виктор Анатольевич Можелянский)

    Sess: Raġel

    Data tat-twelid: 10.5.1964

    Post tat-twelid: Kharkiv, l-Ukrajna

    Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

    Indirizz: 35 Marshala Zhukova St, App. 53, Simferopol, Crimea, Ukraine or Anhars’ka St, 8 Simferopol, Crimea, Ukraine.

    Viċi president tal-Qorti Distrettwali Ċentrali f’Simferopol u eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Kievskiy f’Simferopol.

    Huwa ħa għadd ta’ deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    11.10.2021

    199.

    Galina Vladimirovna REDKO

    (Галина Владимировна Редько)

    Sess: Mara

    Data tat-twelid: 22.3.1974

    Post tat-twelid: Romany, Oblast ta’ Poltava, l-Ukrajna;

    Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

    Imħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Krimea.

    Hija ħadet għadd ta’ deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Hija b’hekk b’mod attiv appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    11.10.2021

    200.

    Vladimir Nikolaevich TERENTEV

    (Владимир Николаевич Терентьев)

    Sess: Raġel;

    Data tat-twelid: 11.11.1977

    Post tat-twelid: Voronezh, ir-Russja

    Nazzjonalità: Russa

    Numru tal-passaport, numru tal-ID nazzjonali, numri oħra tad-dokumenti tal-identità: 03 01 118013

    Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Prinċipali tal-Kumitat Investigattiv tar-Russja għar-Repubblika tal-Krimea u l-belt ta’ Sevastopol.

    Huwa ssorvelja l-attivitajiet tal-Kumitat fil-każijiet politikament motivati kontra l-attivisti favur l-Ukrajna oppressi għall-azzjonijiet tagħhom li kellhom il-mira li jopponu l-annessjoni illegali tal-Ukrajna u r-restawr tal-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    Huwa mexxa l-ħidma tal-investigaturi kriminali, u b’hekk huwa b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    11.10.2021”


    Top